Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 4 - Agrikoltura u sajd - Artikolu III-228
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0100 - 0101
Artikolu III-228 1. Sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu III-227, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli. Din l-organizzazzjoni għandha tieħu waħda mill-forom li ġejjin, skond il-prodott konċernat: a) regoli komuni dwar il-kompetizzjoni; b) kordinazzjoni obbligatorja tal-varji organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq; ċ) organizzazzjoni ta' suq Ewropew. 2. L-organizzazzjoni komuni stabbilita skond il-paragrafu 1 tista' tinkludi l-miżuri kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu III-227, b'mod partikolari ir-regolament tal-prezzijiet, l-għajnuniet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti varji, l-ħażna u l-arranġamenti ta' riporti u l-makkinarju komuni għall-istabbilizzazzjoni ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. L-organizzazzjoni komuni għandha tkun limitata għat-twettiq ta' l-għanijiet previsti fl-Artikolu III-227 u għandha teskludi kull diskriminazzjoni bejn il-produtturi jew il-konsumaturi fl-Unjoni. Kull politika komuni ta' prezz għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni u metodi uniformi ta' kalkolu. 3. Sabiex l-organizzazzjoni komuni prevista fil-paragrafu 1 tkun tista' tilħaq il-miri tagħha, jistgħu jiġu stabbiliti fond agrikolu wieħed jew iktar ta' gwida u garanzija. --------------------------------------------------