Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0166 - 0167
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-akkwist ta' timbri komuni ta' dħul u ħruġ (SCH/Com-ex (94)16 rev.) IL-KUMITAT EŻEKUTIV, Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, Wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni msemmija iktar 'il fuq,Jieħu nota ta' u jtapprova d-dokument SCH/I-Front (94)43 u IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: L-akkwist ta' timbri komuni ta' dħul u ħruġ mill-Partijiet Kontraenti għandhom jsiru skond il-prinċipju mniżżlin fid-dokument SCH/Gem-handb (93)15 [1]. Heidelberg, fil-21 ta' Novembru 1994. Il-President Bernd Schmidbauer [1] Dokument konfidenzjalit. See SCH/Kum-ex (98)17. -------------------------------------------------- SCH/I-Front (94)43 AKKWIST TA' TIMBRI KOMUNI TA' DĦUL U ĦRUĠ Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-ispeċifikazzjonijiet għal manifattura tat-timbri komuni ta' dħul u ħruġ, datat is-17 ta' Settembru 1993 (SCH/Gem-handb (93)15), bħala l-bażi ta' l-akkwist ta' timbri li jiċċertifikaw id-dħul u l-ħruġ mill-fruntieri esterni għat-territorju ta' Schengen. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jipprovdu li jridu jintużaw timbri li għandhom żewġ kuluri ta' l-inka. B'eċċezzjoni, it-timbri komuni ta' dħul u ħruġ li għandhom kulur wieħed li diġà ġew manifatturati u distribwiti lil-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jintużaw sakemm għandhom jiġu mibdula. It-timbri li ġew mibdula għandhom jkunu b'żewġ kuluri f'kull każ. --------------------------------------------------