|
Stat Membru
|
Rakkomandazzjonijiet għat-tħejjija tat-tielet RBMPs
|
Rakkomandazzjonijiet għat-tħejjija tat-tieni FRMPs
|
|
L-Awstrija (AT)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, l-Awstrija hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżgura l-adozzjoni f’waqtha tat-tielet RBMPs.
·Tiżgura l-kontinwità, l-effikaċja u l-finanzjament xieraq fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-kisba f’waqtha tal-objettivi tad-WFD. Tiffoka b’mod partikolari fuq il-miżuri mfasslin apposta biex jitnaqqas l-ammont sinifikanti ta’ pressjonijiet idromorfoloġiċi.
·Turi ambizzjoni u pragmatiżmu fl-indirizzar tat-tniġġis mis-sustanzi kimiċi, filwaqt li timxi lil hinn minn sempliċi miżuri ta’ ġbir ta’ għarfien.
·Tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 9 dwar l-irkupru tal-ispejjeż, inklużi l-kalkolu u l-internalizzazzjoni ta’ spejjeż ambjentali u ta’ riżorsi.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, l-Awstrija hija imħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżviluppa objettivi tal-FRMP miżurabbli u torbot il-miżuri proposti magħhom, sabiex tkun tista’ tivvaluta l-progress li sar.
·Tispjega kif jintgħażlu u jiġu prijoritizzati l-miżuri proposti eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru huma ppeżati (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima).
·Tiżviluppa metodoloġija aktar dettaljata għall-valutazzjoni tal-kosteffikaċja globali tal-miżuri proposti, filwaqt li tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż u s-sorsi ta’ finanzjament rilevanti.
·Tiżgura kontroreferenzi xierqa bejn l-FRMPs, il-PFRAs/l-APSFRs u l-FHRMs, filwaqt li tiżgura li jkunu kontinwament disponibbli għall-partijiet interessati kollha u għall-pubbliku f’format aċċessibbli, inkluż diġitalment.
|
|
Il-Belġju (BE)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tiegħu, il-Belġju huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Jistipula impenji finanzjarji ċari għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Miżuri.
·Jirfina l-istrateġija tiegħu għall-kisba tal-objettivi tad-WFD u jsaħħaħ il-fattibbiltà teknika tal-RBMPs li jmiss tiegħu, billi jaħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-komunità tal-biedja u mal-awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni nazzjonali tal-PAK kif ukoll billi jiżgura aktar sinerġiji bejn l-għanijiet tad-WFD u l-politiki u l-istrumenti rilevanti kollha (eż. il-PŻR, il-Pilastru 1 tal-PAK, id-Direttiva dwar in-Nitrati, eċċ.) kif implimentati b’mod nazzjonali.
·Juri ambizzjoni u pragmatiżmu fl-indirizzar tat-tniġġis mis-sustanzi kimiċi, billi jiżviluppa approċċ aktar speċifiku għas-sustanzi kemm fl-ilma tal-wiċċ kif ukoll fl-ilma ta’ taħt l-art, b’fokus fuq is-Sustanzi Prijoritarji, il-kontaminanti speċifiċi għax-xmajjar u dawk speċifiċi għall-ilma ta’ taħt l-art.
·Fejn rilevanti, u abbażi ta’ metodoloġija spjegata b’mod ċar, iwettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-miżuri proposti u jispjega kif din l-analiżi wasslet għas-selezzjoni u l-prijoritizzazzjoni ta’ dawk il-miżuri.
·Jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 9 dwar l-irkupru tal-ispejjeż, inklużi l-kalkolu u l-internalizzazzjoni ta’ spejjeż ambjentali u ta’ riżorsi.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tiegħu, il-Belġju huwa imħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Jipprovdi deskrizzjoni aktar dettaljata tal-impatti mistennija tat-tibdil fil-klima fuq l-okkorrenza ta’ għargħar, abbażi tal-istudji disponibbli.
·Jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż tal-miżuri u s-sorsi ta’ finanzjament mistennija.
·Jinkorpora analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji (eż. għall-prijoritizzazzjoni tal-miżuri adattati għaliha) fl-FRMPs u jipprovdi deskrizzjoni ċara tal-metodoloġija użata.
·Jiżgura koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
|
|
Il-Bulgarija (BG)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, il-Bulgarija hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali, billi tiżviluppa approċċi aktar armonizzati għall-valutazzjoni tal-istat ta’ korpi tal-ilma komuni u twettaq valutazzjonijiet u Programmi ta’ Miżuri kkoordinati aħjar biex tiżgura l-kisba f’waqtha tal-objettivi tad-WFD.
·Ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ tagħha bl-għan li tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-ġudizzju espert għall-valutazzjoni tal-istat/tal-potenzjal ekoloġiku tal-korpi tal-ilma tagħha.
·Tibbaża l-użu tal-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-passi kollha kif mitlub mid-WFD u tindika, b’mod trasparenti, fl-RBDs kollha, liema huma l-ġustifikazzjonijiet għall-invokar tal-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) tad-WFD.
·Tiżgura aktar konformità, b’mod speċjali fi bliet kbar, mal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, b’relazzjoni mar-rekwiżit ta’ trattament aktar strett tal-ilmijiet mormija għall-iskariku f’żoni sensittivi.
·Tipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-lakuni għal tagħbijiet ta’ kontaminanti minn sorsi diffużi mill-agrikoltura (nutrijienti, sustanzi kimiċi għall-agrikoltura, sediment, materja organika) fl-ilmijiet kollha fl-RBDs tagħha u torbotha direttament mal-miżuri ta’ mitigazzjoni proposti (skont l-Artikolu 11(3)(h) tad-WFD). Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu speċifiċi, ikollhom bażi legali ċara u jinkludu reġimi ta’ monitoraġġ u ta’ spezzjoni xierqa.
·Tiżgura li ssir distinzjoni ċara bejn l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa fil-politika dwar l-ilma u li jiġi adottat Pjan ta’ Mmaniġġar tan-Nixfiet jew Pjan ta’ allokazzjoni u mmaniġġar tar-riżorsi tal-Ilma.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, il-Bulgarija hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Ittejjeb l-elaborazzjoni tal-objettivi u l-miżuri billi tindika b’mod ċar l-iskeda ta’ żmien għall-kisba u l-implimentazzjoni.
·Tipprovdi deskrizzjoni aktar dettaljata tal-impatti mistennija tat-tibdil fil-klima fuq l-okkorrenza tal-għargħar u tiżgura koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima ladarba tiġi adottata.
·Fejn rilevanti, u abbażi ta’ metodoloġija spjegata b’mod ċar, twettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-miżuri proposti u tispjega kif din l-analiżi wasslet għas-selezzjoni u l-prijoritizzazzjoni ta’ dawk il-miżuri.
|
|
Ċipru (CY)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tiegħu, Ċipru huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Ikompli jtejjeb il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-istat tal-kategoriji kollha tal-ilma (inklużi l-ilmijiet territorjali), bl-għan li jnaqqas il-proporzjon ta’ ilmijiet bi stat mhux magħruf u jiżgura valutazzjoni aħjar rigward il-preżenza ta’ kwalunkwe waħda mis-Sustanzi Prijoritarji.
·Jimmonitorja l-korpi tal-ilma tiegħu b’mod li jipprovdi riżoluzzjoni temporali u kopertura spazjali biex jikklassifikahom kollha (possibbilment flimkien ma’ raggruppament robust/metodi ta’ estrapolazzjoni).
·Iżid l-użu tal-kejl tiegħu (b’mod speċjali għall-agrikoltura) biex jiddetermina aħjar l-istat kwantitattiv tal-korpi tal-ilma u jnaqqas l-astrazzjoni żejda tal-ilma ta’ taħt l-art, b’mod partikolari minħabba l-awtoastrazzjonijiet u l-permessi mhux irregolati li huma allinjati b’mod insuffiċjenti mar-rekwiżiti ambjentali.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tiegħu, Ċipru huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Jispjega kif jagħżel u jipprijoritizza l-miżuri proposti, eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima) huma ppeżati.
·Jistabbilixxi linja bażi u indikaturi rilevanti biex jiġi vvalutat il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti.
·Jikkkunsidra b’mod sistematiku l-opportunitajiet biex jiġu implimentati soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (inkluż l-NWRM), bħala alternattivi, kull fejn possibbli, għat-tħammil u l-modifiki tal-“infrastruttura griża” tax-xtut tax-xmajjar u tal-qigħan tax-xmajjar.
|
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, ir-Repubblika Ċeka hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżgura monitoraġġ aħjar, b’mod partikolari numru suffiċjenti ta’ korpi tal-ilma u kopertura xierqa tal-elementi ta’ kwalità rilevanti kollha. Il-monitoraġġ operazzjonali tal-lagi jenħtieġ li jittejjeb u jkun marbut aħjar mal-analiżi tal-pressjonijiet u tal-impatti. Jenħtieġ li l-elementi ta’ kwalità idromorfoloġika jiġu mmonitorjati fil-kategoriji kollha tal-ilma.
·Ittejjeb l-affidabbiltà tal-valutazzjoni tal-istat/tal-potenzjal ekoloġiku u b’mod partikolari, ittejjeb il-metodi ta’ valutazzjoni għall-elementi idromorfoloġiċi, u torbot il-konfini fiżikokimiċi mal-elementi ta’ kwalità bijoloġika rilevanti fix-xmajjar.
·Tipprovdi ġustifikazzjoni aħjar għall-użu tal-eżenzjonijiet tal-Artikolu 4(4) u 4(5); u tiddistingwi b’mod ċar bejniethom. Dan huwa importanti partikolarment għaliex huwa mistenni li numru sinifikanti ta’ korpi tal-ilma mhumiex se jiksbu l-objettivi tad-WFD qabel l-2027 u l-eżenzjonijiet huma applikati b’mod wiesa’.
·Tikkwantifika t-tnaqqis meħtieġ fit-tagħbija tal-kontaminanti biex jinkisbu l-objettivi tad-WFD; l-impatt fil-baċin kollu tal-miżuri ta’ mitigazzjoni relatati mas-sorsi agrikoli tat-tniġġis tal-ilma u l-punt sa fejn il-miżuri diġà meħuda skont l-ND u l-UWWTD jikkontribwixxu u jidentifikaw il-miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu biex l-objettivi jinkisbu b’mod sħiħ.
·Tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 9 dwar l-irkupru tal-ispejjeż, inklużi l-kalkolu u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, ir-Repubblika Ċeka hija mħeġġa biex b’mod partikolari :
·Tiżviluppa l-objettivi tal-FRMP miżurabbli u torbot il-miżuri proposti magħhom, sabiex tkun tista’ tivvaluta l-progress li sar.
·Tipprovdi stima tal-ispejjeż għal kull miżura u baġit globali għall-miżuri kollha, filwaqt li tindika jekk din tkoprix kemm l-ispejjeż ta’ investiment kif ukoll dawk operazzjonali.
·Tiddeskrivi l-metodu għall-prijoritizzazzjoni tal-miżuri u tipprovdi informazzjoni ċara dwar il-metodi użati biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri.
·Tiżgura koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima
|
|
Il-Ġermanja (DE)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, il-Ġermanja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Ittejjeb il-monitoraġġ tax-xejriet għas-sustanzi rilevanti kollha għall-RBDs kollha, b’mod li jipprovdi riżoluzzjoni temporali u kopertura spazjali suffiċjenti.
·Tiġġustifika aħjar l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet tal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 4(5), b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni dwar l-ispejjeż sproporzjonati.
·Tlesti valutazzjoni komprensiva tal-lakuni għat-tagħbijiet tal-kontaminanti minn sorsi diffużi mill-agrikoltura fl-ilmijiet kollha fl-RBDs kollha u torbotha direttament mal-miżuri ta’ mitigazzjoni. Jinħtieġu miżuri addizzjonali biex jiġi evitat it-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn pressjonijiet agrikoli.
·Tikkunsidra l-Pjanijiet ta’ Mmaniġġar tan-Nixfiet għal żoni li jinsabu fl-aktar riskju ta’ nixfiet.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, il-Ġermanja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżviluppa objettivi miżurabbli (skeda ta’ żmien, indikaturi) u tiddefinixxi kriterji ċari ta’ x’inhuma l-impatti negattivi sinifikati tal-għargħar.
·Tiddefinixxi l-miżuri f’aktar dettall fil-pjanijiet, inkluż kemm dawn il-miżuri se jikkontribwixxu għall-objettivi u kif se jiġu ffinanzjati.
·Tispjega kif jintgħażlu u jiġu prijoritizzati l-miżuri proposti eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru huma ppeżati (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima).
·Tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima
|
|
Id-Danimarka (DK)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, id-Danimarka hijamħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tikkjarifika t-tqassim tal-pressjonijiet sinifikanti fost is-setturi differenti sabiex tkun tista’ tidentifika l-miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni.
·Ittejjeb il-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ billi tkopri l-elementi kollha rilevanti ta’ kwalità bijoloġika, fiżikokimika u idromorfoloġika fil-kategoriji kollha tal-ilma u żżid il-proporzjon tal-korpi tal-ilma koperti mill-monitoraġġ għall-Kontaminanti Speċifiċi tal-Baċini tax-Xmajjar.
·Tlesti l-iżvilupp tal-metodi ta’ valutazzjoni għall-elementi kollha ta’ kwalità bijoloġika fil-kategoriji tal-ilma kollha, inklużi l-metodi li huma sensittivi għan-nutrijenti fix-xmajjar u tinkludi l-elementi ta’ kwalità idromorfoloġika fil-klassifika tal-istat ekoloġiku.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, id-Danimarka hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tipprovdi aktar informazzjoni, li hija wkoll aktar konsistenti, dwar il-proċess għall-iżvilupp tal-FRMPs, inkluż kif il-PFRA u l-FHRMs intużaw fit-tħejjija tagħhom. Tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
·Tikkunsidra approċċ aktar uniformi għall-FRMPs diversi, billi fil-preżent dawn huma ta’ natura pjuttost diversa (f’termini ta’ strateġija u livell ta’ dettall). Għal dan l-għan, tikkunsidra aktar skambju ta’ informazzjoni fost id-diversi amministrazzjonijiet.
·Tipprovdi aktar dettalji dwar l-ispejjeż u s-sorsi ta’ finanzjament għall-miżuri u twettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji kull fejn possibbli. Tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-prijoritizzazzjoni tal-miżuri, inklużi l-kriterji użati. Tipprovdi informazzjoni fl-FRMPs kollha dwar il-mekkaniżmi li għandhom jintużaw biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom.
|
|
L-Estonja (EE)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, l-Estonja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżgura li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ referenza għall-Elementi ta’ Kwalità rilevanti kollha għall-ilmijiet tal-wiċċ kollha.
·Tlesti l-inventarji tal-emissjonijiet, tal-iskariki u tat-telf ta’ sustanzi kimiċi.
·Iżżid l-isforzi biex jiġi vvalutat l-istat tal-korpi tal-ilma kollha, billi żżid il-fiduċja fil-valutazzjoni tal-istat u tnaqqas il-proporzjon tal-ilmijiet bi stat mhux magħruf. Jenħtieġ li l-monitoraġġ jipprovdi riżoluzzjoni temporali u kopertura spazjali suffiċjenti (inkluż fil-bijota).
·Tiġġustifika aħjar l-eżenzjonijiet billi tiżviluppa u tapplika kriterji ċari għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) u tiddistingwihom b’mod ċar mill-kriterji u mill-ġustifikazzjonijiet użati skont l-Artikolu 4(5).
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, l-Estonja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżviluppa objettivi tal-FRMP speċifiċi u miżurabbli u tiddeskrivi l-proċess għall-istabbiliment tal-objettivi.
·Tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar kemm tkun tiswa l-implimentazzjoni tal-miżuri f’kull UoM u dwar l-iskedi ta’ żmien tagħhom. Tipprovdi wkoll indikaturi tal-progress. Fl-FRMPs tiddeskrivi l-metodoloġija użata għall-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u tippreżenta r-riżultati.
|
|
Il-Greċja (EL)
|
L-RBMPs ma ġewx irrapportati fil-ħin, u għalhekk ma ġewx inklużi fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
|
L-FRMPs ma ġewx irrapportati fil-ħin, u għalhekk ma ġewx inklużi fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
|
|
Spanja (ES)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, Spanja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżgura li l-RBMPs li jmiss jiġu adottati fil-ħin filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti dwar il-konsultazzjoni pubblika.
·Tagħmel aktar użu mill-miters tal-fluss, biex tiżgura li l-astrazzjonijiet kollha jitkejlu u jiġu rreġistrati, u li l-permessi jkunu adattati għar-riżorsi disponibbli, u tiżgura li l-utenti jirrapportaw b’mod regolari lill-awtoritajiet tal-baċini tax-xmajjar dwar il-volumi li effettivament jiġu astratti, b’mod speċjali f’dawk id-distretti tal-baċini tax-xmajjar li jippreżentaw pressjonijiet ta’ astrazzjoni sinifikanti.
·Tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 9 dwar l-irkupru tal-ispejjeż, inklużi l-kalkolu u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi.
·Tiżgura li l-ħtiġijiet kwantitattivi u kwalitattivi għall-ħabitats u l-ispeċijiet protetti, jiġu speċifikati u tradotti f’objettivi speċifiċi għal kull Żona Protetta, u tispeċifika wkoll il-monitoraġġ u l-miżuri rilevanti.
·Tiżgura li jiġu adottati Pjanijiet ta’ Mmaniġġar tan-Nixfiet ġodda.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, Spanja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tadotta b’urġenza l-FRMPs għall-Gżejjer Kanarji u tiżgura li l-FRMPs li jmiss jiġu adottati fil-ħin.
·Tispjega u tiddokumenta aħjar il-proċess tal-prijoritizzazzjoni tal-objettivi, eż. tispjega liema istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati ħadu sehem fih, u liema raġunijiet ingħataw biex tittieħed deċiżjoni dwar il-prijoritajiet għoljin jew baxxi għall-objettivi differenti. Tiżviluppa objettivi u indikaturi miżurabbli għall-impatt tal-miżuri biex jiġi megħjun il-proċess tal-valutazzjoni tal-progress.
·Tippreżenta l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-miżuri f’termini tal-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll l-applikazzjoni u r-riżultati ta’ din l-analiżi.
·Tikkunsidra t-tibdil fil-klima, inkluża l-kunsiderazzjoni sistematika bl-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
|
|
Il-Finlandja (FI)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, il-Finlandja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżgura monitoraġġ aħjar tal-ilmijiet tal-wiċċ, tkopri l-korpi tal-ilma kollha għall-elementi ta’ kwalità rilevanti kollha, inklużi l-elementi ta’ kwalità idromorfoloġika u l-Kontaminanti Speċifiċi għall-Baċini tax-Xmajjar fl-ilmijiet kostali.
·Ittejjeb il-monitoraġġ tax-xejriet għas-sustanzi rilevanti kollha għall-RBDs kollha, b’mod li jipprovdi riżoluzzjoni temporali u kopertura spazjali suffiċjenti.
·Tiżgura valutazzjoni bir-reqqa tal-modifiki l-ġodda proposti b’konformità mar-rekwiżiti tad-WFD, fid-dawl tal-aspettattiva li d-degradazzjoni minn stat għoli għal stat tajjeb tista’ ma tiskattax valutazzjoni tal-Artikolu 4(7).
·Tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 9 dwar l-irkupru tal-ispejjeż, inklużi l-kalkolu u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi.
·Abbażi tal-prevalenza ta’ perjodi ta’ nixfa lokali jew tas-subbaċin bħala wieħed mill-effetti tat-tibdil fil-klima, tikkunsidra mill-ġdid it-tħejjija tal-Pjanijiet ta’ Mmaniġġar tan-Nixfiet fejn xieraq.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, il-Finlandja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tistabbilixxi skeda ta’ żmien ċara fl-FRMPs għall-kisba tal-objettivi.
·Tistabbilixxi konnessjoni aktar b’saħħitha bejn l-objettivi u l-miżuri u tiddikjara b’mod ċar jekk il-miżuri ppjanati humiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi.
·Tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
|
|
Franza (FR)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, Franza hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiġġustifika aħjar l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet tal-Artikoli 4(4) u 4(5) u tirrevedi u taġġorna l-ġustifikazzjonijiet biex tiżgura li jiġu implimentati l-miżuri kollha possibbli.
·Tindirizza b’mod aħjar it-tniġġis min-nutrjienti u tivvaluta u tirrapporta l-effett mistenni tal-miżuri.
·Iżżid l-isforzi biex timplimenta u tirrapporta l-miżuri idromorfoloġiċi għall-korpi tal-ilma kollha affettwati minn pressjonijiet idromorfoloġiċi, u għall-RBDs kollha, anki biex jintlaħqu l-impenji internazzjonali biex jitneħħew l-ostakoli għall-kontinwità tax-xmajjar.
·Tikkunsidra l-iżvilupp tal-Pjanijiet ta’ Mmaniġġar tan-Nixfiet għal żoni li jinsabu f’riskju akbar ta’ nixfiet.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, Franza hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tipprovdi aktar informazzjoni dettaljata dwar il-passi preċedenti għall-FRMPs, inklużi mapep sommarji u t-test rigward l-APSFRs, u r-referenzi fejn dawn ikunu jistgħu jiġu aċċessati. Tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
·Tiżviluppa objettivi b’elementi speċifiċi u miżurabbli sa fejn huwa possibbli u żżomm rabta ċara bejn l-objettivi tal-ogħla livell u dawk ta’ livell aktar baxx u bejn il-miżuri u l-objettivi.
·Tipprovdi aktar informazzjoni fl-FRMPs dwar il-miżuri inklużi l-ispejjeż u s-sorsi ta’ finanzjament, id-dettalji dwar il-post u l-informazzjoni dwar il-prijoritizzazzjoni u l-progress tal-monitoraġġ.
|
|
Il-Kroazja (HR)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, il-Kroazja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Iżżid il-ħidma fuq l-identifikazzjoni tal-pressjonijiet, b’mod partikolari f’ilmijiet tranżizzjonali u kostali.
·Tiżviluppa metodoloġija xierqa għad-deżinjazzjoni ta’ Korpi tal-Ilma Mmodifikati Ħafna. Id-deżinjazzjoni ta’ HMWBs (Korpi tal-Ilma Mmodifikati Ħafna) għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 4(3), u tistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni tal-potenzjal ekoloġiku.
·Tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha fuq il-livell tal-konformità u ż-żmien biex tinkiseb il-konformità tal-agglomerazzjonijiet b’mod konformi mad-Direttiva 91/271/KEE: Tiżgura wkoll il-konformità mal-Artikolu 5 tal-UWWTD għal trattament aktar strett, b’mod speċjali fi bliet kbar.
·Tikkunsidra miżuri addizzjonali rigward it-tniġġis ta’ sors ta’ punt lil hinn mir-rekwiżiti tal-UWWTD u l-IED biex jiġu ssodisfati l-objettivi tad-WFD, u tlesti l-identifikazzjoni ta’ Tipi Ewlenin ta’ Miżuri għal sorsi diffużi.
·Tiżgura li jkunu fis-seħħ kontrolli ta’ astrazzjoni u li tinġabar u tiġi rrapportata l-informazzjoni dwar l-użi, l-isfruttament u x-xejriet tal-ilma; tikkunsidra l-użu tal-miżuri taż-żamma tal-ilma naturali biex jiġi mmitigat ir-riskju għall-kwalità tal-ilma minn kontaminanti agrikoli, tikkunsidra l-adozzjoni tal-Pjan(ijiet) ta’ Mmaniġġar tan-Nixfiet u tkompli tirrevedi l-kontrolli eżistenti biex tiżgura li l-prattiki agrikoli ma jikkawżawx pressjoni idromorfoloġika u taġġorna l-kontrolli fejn ikun meħtieġ.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, il-Kroazja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tippreżenta l-objettivi tal-immaniġġjar tal-għargħar speċifiċi u miżurabbli u torbot b’mod ċar il-miżuri mal-objettivi. Tindika l-linja bażi kontra liema jista’ jiġi mmonitorjat il-progress.
·Tispjega kif jintgħażlu u jiġu prijoritizzati l-miżuri proposti eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru huma ppeżati (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima).
·Tipprovdi aktar dettalji dwar l-approċċ għall-konsultazzjoni pubblika u l-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati.
|
|
L-Ungerija (HU)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, l-Ungerija hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Iżżid l-isforzi biex jiġi vvalutat l-istat tal-korpi tal-ilma kollha, iżżid il-fiduċja fil-valutazzjoni tal-istat u tnaqqas il-proporzjon tal-ilmijiet bi stat mhux magħruf. Jenħtieġ li l-monitoraġġ jipprovdi riżoluzzjoni temporali u kopertura spazjali suffiċjenti.
·Jenħtieġ li s-Sustanzi Prijoritarji kollha jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-istat, fil-matriċi rilevanti. Jekk tintuża matriċi differenti, jenħtieġ li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet.
·Tindirizza l-inċertezza fid-deżinjazzjoni tal-korpi tal-ilma mmodifikati ħafna u dawk artifiċjali permezz ta’ monitoraġġ aħjar, data mtejba dwar il-pressjonijiet idromorfoloġiċi u fehim imtejjeb tal-effetti fuq l-elementi ta’ kwalità bijoloġika. Tiżgura li d-deżinjazzjoni ta’ HMWBs tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 4(3).
·Tiżgura li l-astrazzjonijiet huma soġġetti għall-permessi, għall-kejl u għall-kontrolli effettivi.
·Tiżgura li fil-politika dwar l-ilma ssir distinzjoni ċara bejn l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa u li jiġi adottat Pjan ta’ Mmaniġġar tan-Nixfiet.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, l-Ungerija hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżviluppa objettivi li huma aktar speċifiċi f’termini tal-miri kwantitattivi, il-postijiet u l-iskedi ta’ żmien għall-kisba.
·Tipprovdi aktar ċarezza dwar in-numru ta’ miżuri, ir-relazzjoni bejn il-miżuri tal-FRMPs u miżuri oħra identifikati bħala preliminari u l-prijoritizzazzjoni tagħhom.
·Tinkludi stima tal-ispiża tal-miżuri kollha fl-FRMP li jmiss.
·Tiżgura koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
|
|
L-Irlanda (IE)
|
L-RBMPs ma ġewx irrapportati fil-ħin, u għalhekk ma ġewx inklużi fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
|
L-FRMPs ma ġewx irrapportati fil-ħin, u għalhekk ma ġewx inklużi fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
|
|
L-Italja (IT)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, l-Italja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tarmonizza l-approċċi reġjonali differenti, b’mod partikolari għad-definizzjoni tas-sinifikat tal-pressjonijiet.
·Tipprovdi informazzjoni sinifikanti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u ż-żmien tal-miżuri fil-Programm ta’ Miżuri sabiex ikun ċar kif għandhom jinkisbu l-objettivi. L-RBMPs jenħtieġ li jindikaw prijoritizzazzjoni sistematika tal-miżuri.
·Tiżgura li l-informazzjoni dwar is-sorsi ta’ finanzjament tal-Programm ta’ Miżuri tkun deskritta b’mod aktar ċar fit-tielet RBMP.
·Issaħħaħ il-kejl għall-astrazzjonijiet kollha, u tirrevedi s-sistemi tal-permessi tal-astrazzjoni. Tiżgura li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati l-astrazzjonijiet illegali b’mod speċjali f’RBDs bi problemi rilevanti ta’ skarsezza tal-ilma.
·Tindirizza l-iskariki tal-ilma urban mormi u tiżgura li l-miżuri ppjanati jkunu suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tad-WFD (kif ukoll il-UWWTD) fl-RBDs kollha
·Tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 9 dwar l-irkupru tal-ispejjeż, inklużi l-kalkolu u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi.
·Tiżgura li Pjan ta’ Mmaniġġjar tan-Nixfiet jiġi adottat ukoll għall-RBD ta’ Sqallija.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, l-Italja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżviluppa objettivi tal-FRMP speċifiċi u miżurabbli u tistabbilixxi rabta bejn l-objettivi u l-miżuri.
·Fl-FRMPs tispjega b’mod konsistenti kif se jitwettaq il-monitoraġġ tal-miżuri u tipprovdi aktar dettall dwar kif jiġu ffinanzjati l-miżuri.
· Tespandi l-użu tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fis-selezzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-miżuri fejn possibbli.
·Tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
|
|
Il-Litwanja (LT)
|
L-RBMPs ma ġewx irrapportati fil-ħin, u għalhekk ma ġewx inklużi fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, l-Litwanja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiċċara l-istat legali tal-FRMP. Tiżgura li l-FRMPs, il-PFRAs/l-APSFRs, u l-FHRMs jirreferu għal xulxin kif xieraq u li jkunu kontinwament disponibbli għal dawk kollha kkonċernati u għall-pubbliku f’format aċċessibbli.
·Torbot b’mod ċar il-miżuri proposti mal-objettivi, sabiex tkun tista’ tivvaluta l-progress li sar.
·Tiddedika spazju għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima fl-FRMPs u tikkoordinahom mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
|
|
Il-Lussemburgu (LU)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tiegħu, il-Lussemburgu huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Itejjeb id-deżinjazzjoni tal-ħtiġijiet tal-korpi tal-ilma mmodifikati ħafna billi jiżviluppa u japplika kriterji ċari biex jistabbilixxi l-effetti negattivi sinifikanti b’mod trasparenti. Japplika metodoloġija aktar irfinata għad-definizzjoni tal-potenzjal ekoloġiku.
·Jiżgura valutazzjoni bir-reqqa ta’ modifiki ġodda possibbli b’konformità mar-rekwiżiti tad-WFD.
·Jirrevedi u jiżviluppa l-istrateġija għall-kisba tal-objettivi tad-WFD u jsaħħaħ il-fattibbiltà teknika tal-RBMPs li jmiss tagħha, b’kooperazzjoni mal-komunità tal-biedja u l-awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni nazzjonali tal-PAK, biex jiżgura li l-politiki u l-istrumenti rilevanti kollha (eż. il-PŻR, il-Pilastru 1 tal-PAK, id-Direttiva dwar in-Nitrati, eċċ.) jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-RBMPs.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tiegħu, il-Lussemburgu huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Jiżviluppa objettivi speċifiċi u miżurabbli, sa fejn huwa possibbli, li mbagħad jippermetti li jiġu stabbiliti miri ċari u li jitkejlu l-kisbiet. jorbot l-objettivi mal-miżuri.
·Jinkludi l-istimi tal-ispejjeż tal-miżuri u jispeċifika s-sorsi ta’ finanzjament fl-FRMP.
·Jispjega kif jintgħażlu u jiġu prijoritizzati l-miżuri proposti eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru huma ppeżati (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima) u jiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
·Jistabbilixxi skeda ta’ żmien aktar ċara tal-implimentazzjoni tal-miżuri fl-FRMP.
|
|
Il-Latvja (LV)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, il-Latvja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tidentifika sorsi ta’ finanzjament biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-objettivi tad-WFD.
·Tlesti l-iżvilupp tal-metodi ta’ valutazzjoni għall-elementi ta’ kwalità bijoloġika kollha. Il-metodi għall-valutazzjoni tal-elementi ta’ kwalità idromorfoloġika jenħtieġ li jiġu żviluppati għall-ilmijiet tranżizzjonali u kostali.
·Tiżgura li għall-applikazzjoni futura potenzjali tal-Artikolu 4(7), issir valutazzjoni bir-reqqa ta’ modifiki ġodda possibbli.
·Tiżgura l-koordinazzjoni adegwata tal-RBMPs mad-Direttiva dwar l-Għargħar u l-Pjanijiet ta’ Mmaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, il-Latvja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Sa fejn huwa possibbli, tiżviluppa l-objettivi tal-FRMP miżurabbli u torbot il-miżuri proposti magħhom, sabiex tkun tista’ tivvaluta l-progress li sar.
·Tispeċifika s-sorsi ta’ finanzjament għall-miżuri.
·Tippreżenta u tapplika metodoloġija għall-valutazzjoni tal-miżuri f’termini tal-ispejjeż u l-benefiċċji fejn rilevanti u tipprovdi r-riżultati tagħha.
·Tispjega fit-tieni ċiklu kif ġew ikkunsidrati l-impatti tat-tibdil fil-klima u tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima ladarba tiġi adottata.
|
|
Malta (MT)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, Malta hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżgura t-tqassim tal-pressjonijiet fost is-sorsi, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati miżuri adegwati.
·Tkompli taħdem fuq it-tlestija tal-iskemi ta’ monitoraġġ għall-istat kwantitattiv tal-ilma ta’ taħt l-art.
·Tiżgura li l-modifiki ġodda possibbli jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-WFD.
·Tindirizza aħjar il-problema tal-iskarsezza tal-ilma u tal-astrazzjoni żejda.
·Tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 9 dwar l-irkupru tal-ispejjeż, inklużi l-kalkolu u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, Malta hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Sa fejn huwa possibbli, tiżviluppa l-objettivi tal-FRMP miżurabbli u torbot, b’mod espliċitu, il-miżuri proposti magħhom, sabiex tkun tista’ tivvaluta l-progress li sar, inklużi l-mekkamiżmi u l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.
·Tipprovdi informazzjoni dwar l-ispiża stmata tal-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-għargħar kollha, il-prijoritizzazzjoni tagħhom u l-metodi għall-prijoritizzazzjoni.
|
|
In-Netherlands (NL)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, in-Netherlands hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tlesti l-valutazzjoni tal-effikaċja tal-miżuri agrikoli eżistenti u tidentifika liema miżuri addizzjonali huma meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tad-WFD.
·Tiżgura li, għat-tniġġis b’sustanzi kimiċi minn sorsi mhux agrikoli, il-Programmi ta’ Miżuri jkunu bbażati fuq valutazzjoni affidabbli tal-pressjonijiet.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, in-Netherlands hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiddefinixxi l-objettivi bl-aktar mod speċifiku u miżurabbli possibbli u tispjega l-proċess. Tiddeskrivi r-rabtiet mal-leġiżlazzjoni u mal-programmi Netherlandiżi preċedenti u attwali oħra fl-FRMPs.
·Tipprovdi informazzjoni dwar l-ispejjeż stmati tal-miżuri fl-FRMPs u tindika jekk tintużax linja bażi għall-progress tal-monitoraġġ, jew tiżviluppa linja bażi.
·Tispjega kif jintgħażlu u jiġu prijoritizzati l-miżuri proposti, eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru huma ppeżati (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima) u tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
·Tipprovdi informazzjoni ċara dwar l-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati.
|
|
Il-Polonja (PL)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, il-Polonja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Issaħħaħ il-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ billi tkopri l-elementi ta’ kwalità rilevanti kollha fil-kategoriji tal-ilma kollha.
·Tipprovdi valutazzjoni sħiħa tal-istat ekoloġiku għall-kategoriji tal-ilma kollha, inklużi l-valutazzjonijiet tal-elementi ta’ kwalità rilevanti kollha.
·Iżżid l-isforzi biex tiġi żviluppata metodoloġija konsistenti għad-deżinjazzjoni tal-korpi tal-ilma mmodifikati ħafna għall-kategoriji tal-ilma rilevanti kollha.
·Tiżgura li l-użu tal-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) huwa bbażat fuq il-valutazzjoni bir-reqqa tal-passi kollha kif meħtieġa mid-WFD.
·Tikseb u timplimenta l-flussi ekoloġiċi.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, il-Polonja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tispjega kif jintgħażlu u jiġu prijoritizzati l-miżuri proposti eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru huma ppeżati (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima).
·Tikkunsidra konklużjonijiet mill-immappjar finalizzat tal-periklu u tar-riskju tal-għargħar tal-ewwel ċiklu għall-passi PFRA, FHRM u FRMP tat-tieni ċiklu.
·Tispjega fit-tieni ċiklu kif ġew ikkunsidrati l-impatti tat-tibdil fil-klima.
|
|
Il-Portugall (PT)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tiegħu, il-Portugall huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Itejjeb il-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ billi jkopri l-elementi ta’ kwalità rilevanti kollha fil-kategoriji tal-ilma kollha. Fil-monitoraġġ operazzjonali jinkludi l-korpi tal-ilma kollha li huma soġġetti għal pressjonijiet sinifikanti, inklużi fl-ilmijiet kostali.
·Ikompli jsaħħaħ il-ġustifikazzjoni għall-użu tal-Artikolu 4(7) billi jiżgura li kull proġett jiġi vvalutat fil-livell tal-korp tal-ilma flimkien ma’ valutazzjonijiet fil-livell strateġiku.
·Ikompli jaġġorna l-liċenzji u l-permessi għall-astrazzjonijiet u r-regolamenti tal-fluss kollha.
·Jiżgura li l-RBDs tal-gżejjer jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-pressjonijiet minn Sustanzi Prijoritarji u Kontaminanti Speċifiċi (potenzjali) għall-Baċini tax-Xmajjar sabiex jiġu ddeterminati miżuri adegwati.
·Jiżgura li l-objettivi speċifiċi għaż-Żoni Protetti tal-Molluski, inklużi l-valuri ta’ gwida għall-istandards mikrobijoloġiċi, jkunu konsistenti mad-Direttiva dwar l-Ilmijiet tal-Molluski revokata.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tiegħu, il-Portugall huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Jiżviluppa objettivi miżurabbli tal-FRMP sa fejn huwa possibbli u jorbot il-miżuri mal-objettivi
·Jiżgura li l-FRMPs, l-APSFRs, u l-FHRMs jirreferu għal xulxin kif xieraq u li jkunu kontinwament disponibbli għal dawk kollha kkonċernati u għall-pubbliku f’format aċċessibbli, inkluż diġitalment.
·Jidentifika s-sorsi ta’ finanzjament għall-miżuri b’mod aktar konkret. Jagħżel u jipprijoritizza l-miżuri b’kunsiderazzjoni għall-ispejjeż u l-benefiċċju fejn rilevanti.
|
|
Ir-Rumanija (RO)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, ir-Rumanija hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tkompli taħdem fuq it-tqassim tal-pressjonijiet fost is-setturi.
·Issaħħaħ il-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ billi tkopri l-elementi ta’ kwalità rilevanti kollha fil-kategoriji tal-ilma kollha, inklużi l-elementi ta’ kwalità idromorfoloġika u ttejjeb il-monitoraġġ kwantitattiv u kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art.
·Tibbaża l-użu tal-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-passi kollha kif mitlub mid-WFD.
·Ittejjeb l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti skont id-Direttiva tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi fir-rigward tar-rekwiżit ta’ trattament aktar strett tal-ilmijiet mormija għall-iskariku f’żoni sensittivi, u tiżgura l-investimenti li jippermettu trattament xieraq tal-ilma mormi minn bliet kbar.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, ir-Rumanija hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tistabbilixxi rabta aktar b’saħħitha bejn l-objettivi u l-miżuri u tindika jekk il-miżuri ppjanati, meta jitlestew, ikunux suffiċjenti biex jinkisbu l-objettivi.
·Tipprovdi l-istimi tal-ispejjeż bi spjegazzjoni ċara tas-sorsi ta’ finanzjament għall-miżuri fl-FRMPs.
·Tispjega kif jintgħażlu u jiġu prijoritizzati l-miżuri proposti eż. kif il-fatturi differenti li jinfluwenzaw l-għażliet li saru huma ppeżati (inklużi l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, l-effikaċja u t-tibdil fil-klima) u tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
·Tiżgura li l-FRMPs, l-APSFRs, u l-FHRMs jirreferu għal xulxin kif xieraq u li jkunu kontinwament disponibbli għal dawk kollha kkonċernati u għall-pubbliku f’format aċċessibbli, inkluż diġitalment.
|
|
L-Iżvezja (SE)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, l-Iżvezja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżgura li l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali jkunu disponibbli u adegwati għall-Kontaminanti Speċifiċi għall-Baċini tax-Xmajjar kollha rilevanti.
·Tagħmel progress fil-ġustifikazzjoni tal-eżenzjonijiet billi tkompli tissostanzja l-valutazzjonijiet relatati b’data u informazzjoni addizzjonali u billi tnaqqas il-grad tal-inċertezzi li jifdal. Tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tnaqqas kemm jista’ jkun in-numru ta’ eżenzjonijiet għaċ-ċiklu li jmiss sabiex tiżgura kisba f’waqtha tal-objettivi tad-WFD.
·Tikkunsidra t-tħejjija tal-Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tan-Nixfiet fejn xieraq, b’mod partikolari f’RBDs b’fenomeni lokali tan-nixfiet.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, l-Iżvezja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tipprovdi informazzjoni speċifika u miżurabbli fl-FRMPs dwar il-miżuri tagħhom, inkluż dwar l-ispejjeż u l-finanzjament; tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-prijoritajiet fil-miżuri u l-metodi kollha użati għall-prijoritizzazzjoni.
·Tirrifletti aħjar kif l-impatti potenzjali tat-tibdil fil-klima ġew ikkunsidrati fit-tieni ċiklu, inkluża l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
·Issaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-FRMPs u l-RBMPs.
|
|
Is-Slovenja (SI)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, is-Slovenja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tkompli ttejjeb il-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ billi tkopri l-elementi tal-kwalità rilevanti kollha fil-kategoriji tal-ilma kollha u tlesti l-iżvilupp ta’ metodi ta’ valutazzjoni għall-elementi ta’ kwalità bijoloġika rilevanti kollha fil-kategoriji tal-ilma kollha.
·Tagħmel distinzjoni ċara bejn id-deżinjazzjoni tal-korpi tal-ilma mmodifikati ħafna u l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet. Tibbaża l-użu tal-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-passi kollha kif mitlub mid-WFD.
·Tiżgura l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġu indirizzati pressjonijiet idromorfoloġiċi, jekk ikun meħtieġ billi jiġu riveduti permessi/konċessjonijiet u jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, is-Slovenja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tispjega u tiddokumenta aħjar il-proċess għall-iżvilupp tal-objettivi. Tiżviluppa objettivi speċifiċi u miżurabbli, sabiex il-kisba tagħhom tkun tista’ tiġi aċċertata;
·Fl-FRMPs tippreżenta u tispjega l-linja bażi għall-implimentazzjoni tal-miżuri li għandhom jintużaw fil-progress tal-monitoraġġ.
·Tiżgura li l-FRMPs, l-APSFRs, u l-FHRMs jirreferu għal xulxin kif xieraq u li jkunu kontinwament disponibbli għal dawk kollha kkonċernati u għall-pubbliku f’format aċċessibbli, inkluż diġitalment. Tippreżenta r-riżultati tal-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija tal-FRMP u tal-konsultazzjoni pubblika fl-FRMPs.
·Tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
|
|
Is-Slovakkja (SK)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tagħha, is-Slovakkja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ referenza għat-tipi kollha ta’ Elementi ta’ Kwalità, b’mod partikolari l-Elementi ta’ Kwalità idromorfoloġika, u ttejjeb il-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti.
·Tlesti l-qafas ta’ monitoraġġ li huwa meħtieġ biex jitfasslu Programmi ta’ Miżuri effettivi.
·Tittratta l-kejl ta’ Sustanzi Prijoritarji li huma aktar baxxi mil-limitu ta’ kwantifikazzjoni bil-mod speċifikat fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE.
·Tibbaża l-użu tal-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-passi kollha kif mitlub mid-WFD.
·Tiżgura li l-miżuri rrapportati għal sustanzi individwali li jikkawżaw falliment huma suffiċjenti biex jinkisbu l-objettivi tad-WFD. Timplimenta u tirrapporta b’mod ċar il-miżuri biex jitrażżnu l-emissjonijiet minn sustanzi perikolużi.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tagħha, is-Slovakkja hija mħeġġa biex b’mod partikolari:
·Tiżviluppa objettivi tal-FRMP speċifiċi u miżurabbli, kif ukoll rabtiet mal-miżuri li juru kif l-objettivi tal-FRMP se jinkisbu bl-implimentazzjoni tal-miżuri. Jenħtieġ li tiġi ddefinita linja bażi.
·Tippreżenta miżuri b’mod aktar ċar fl-FRMPs.
·Issaħħaħ il-preżentazzjoni tal-konsultazzjoni pubblika u tal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-FRMP.
|
|
Ir-Renju Unit (UK)
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mit-tieni RBMPs tiegħu, ir-Renju Unit huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Jiżgura li, fit-tħejjija tal-RBMPs li jmiss, il-pubbliku jiġi kkonsultat kif xieraq filwaqt li jiġu kkunsidrati l-għan u l-kumplessità ta’ dawn id-dokumenti.
·Jindirizza l-inċertezzi kbar irrapportati fir-rigward tal-valutazzjoni tal-istat, il-pressjonijiet u l-effett tal-miżuri potenzjali għall-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art.
·Ikompli jtejjeb il-ġustifikazzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet fir-rigward tal-Artikoli 4(4) u 4(5) u jagħmilhom aktar trasparenti fl-RBMPs kollha. Jikkunsidra mill-ġdid, b’mod partikolari, il-kriterji użati għall-ġustifikazzjoni tal-eżenzjonijiet tal-Artikolu 4(5).
·Jiddikjara b’mod ċar għall-RBDs kollha, f’termini taż-żona koperta u r-riskju tat-tniġġis mitigat, sa liema punt il-miżuri bażiċi jew il-miżuri supplimentari se jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tad-WFD. Jidentifika s-sorsi ta’ finanzjament biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-miżuri fl-RBDs kollha.
|
Abbażi tas-sejbiet li ħarġu mill-ewwel FRMPs tiegħu, ir-Renju Unit huwa mħeġġeġ biex b’mod partikolari:
·Jiżviluppa objettivi miżurabbli tal-FRMPs sa fejn huwa possibbli.
·Jippreżenta l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-miżuri f’termini tal-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll l-applikazzjoni tagħha u r-riżultati ta’ din l-analiżi. Jiddokumenta aħjar il-prijoritizzazzjoni tal-miżuri, inkluż il-proċess.
·Jinkludi stima tal-ispejjeż tal-miżuri fl-FRMPs kollha u jipprovdi spjegazzjoni ta’ kif nuqqas ta’ finanzjament jista’ jkollu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri.
·Jiżgura l-koordinazzjoni sistematika mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Adattament għat-Tibdil fil-Klima
|