19.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ: M.9623—AMG/Shell/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 56/08)

1.   

Fit-12 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AMG Advanced Metallurgical Group N.V. (“AMG”, in-Netherlands),

—

Shell Overseas Investments B.V. (“SOI”, in-Netherlands), sussidjarja tar-Royal Dutch Shell plc (“Shell”, ir-Renju Unit),

—

Shell & AMG Recycling B.V. (“S&AR”, in-Netherlands).

AMG u Shell jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ S&AR.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AMG huwa grupp dinji ta’ speċjalità fil-metalli u fl-inġinerija. Huwa wkoll attiv fir-riċiklaġġ ta’ catalisti residwi wżati, iġġenerati mill-ipproċessar ta’ żejt mhux maħdum mir-raffineriji, fl-Amerka ta’ Fuq u fil-bejgħ ta’ metalli estratti permezz tal-proċess tar-riċiklaġġ,

—

Shell huwa grupp dinji ta’ entitajiet attiv fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. Huwa jissupplixxi katalisti ta’ residwi ġodda biex jintużaw fl-industriji tar-raffineriji u tal-ipproċessar tal-petrokimiċi,

—

S&AR se tkun attiva, barra mill-Amerka ta’ Fuq, fir-riċiklaġġ ta’ katalisti ta’ residwi wżati u fil-bejgħ tal-metalli estratti permezz tal-ipproċessar tar-riċiklaġġ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9623—AMG/Shell/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).