|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/247 |
3.2.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/247
tat-2 ta’ Frar 2026
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 (2) żied l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(2) |
Meta titqies l-evoluzzjoni kontinwa tal-istandards, il-prattiki, il-metodoloġiji u l-għodod internazzjonali fil-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili mill-adozzjoni tal-Anness II, huwa importanti li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità u li dawn jiġu aġġornati kif xieraq. |
|
(3) |
B’mod partikolari, żewġ standards ġodda li jirrikjedu lill-Istati Kontraenti jiżguraw li l-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tagħhom jiddefinixxu proċessi għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar inċidenti ta’ atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji tagħhom (standard 5.1.6), kif ukoll sistema ta’ rapportar kunfidenzjali għall-analiżi ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà pprovduta minn sorsi bħall-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-persunal fuq l-art (standard 3.5.1 (d)), żdiedu mal-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità tal-Istat Membru jrid jippermetti l-iskoperta u t-tiswija mgħaġġla tan-nuqqasijiet. Biex jintlaħaq dan l-objettiv b’mod aktar effiċjenti, l-istandards il-ġodda tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization) imsemmija fil-premessa 3 jenħtieġ li jiġu riflessi fil-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(5) |
B’mod partikolari, li jiġi informat it-tfassil tal-politika, li jiġi ssimplifikat ir-rapportar mill-operaturi u mill-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li tiġi appoġġata l-konformità mal-istandards rilevanti stabbiliti fl-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ġbir, il-kondiviżjoni u l-analiżi tad-data minn okkorrenzi relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni, u b’hekk jiġi sostitwit l-ambjent regolatorju frammentat kurrenti fil-livell nazzjonali. |
|
(6) |
Biex jiġu żgurati l-effettività u l-effiċjenza tal-mekkaniżmu ta’ rapportar, il-qafas komuni jenħtieġ li jirrikjedi li l-operaturi u l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jirrapportaw informazzjoni dwar inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji tagħhom lill-awtoritajiet rilevanti fi żmien skadenzi stabbiliti, skont kemm huwa serju u immedjat l-impatt fuq is-sigurtà tal-avjazzjoni, u jenħtieġ li jistabbilixxu sistema interna ta’ rapportar li trid tintuża mill-persunal kollu tagħhom. Fl-istabbiliment tas-sistemi ta’ rapportar intern tagħhom, l-operaturi u l-entitajiet jenħtieġ li jaħtru persuni jew entitajiet responsabbli, itejbu l-konsistenza tad-data, jirreklutaw u jħarrġu lill-persuni maħtura biex iwettqu kompiti ta’ rapportar, jistandardizzaw il-formoli ta’ rapportar u jużaw klassifikazzjoni komuni. |
|
(7) |
L-obbligi li tiġi rrapportata informazzjoni dwar okkorrenzi, inċidenti, atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji tagħhom tas-sigurtà tal-avjazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar kurrenti rigward ċerti okkorrenzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni b’impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni se jiġu emendati biex jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Biex jiġi żgurat il-livell meħtieġ ta’ kunfidenzjalità, l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti jenħtieġ li tiġi protetta matul l-ipproċessar u l-ħżin tagħha, u tali informazzjoni jenħtieġ li ma tintużax għal skopijiet għajr is-sigurtà tal-avjazzjoni. Il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min jagħmel ir-rapport u tal-persuni msemmija fir-rapport jenħtieġ li tiġi ssalvagwardjata, soġġetta għar-rekwiżiti dwar proċedimenti kriminali, dixxiplinari jew amministrattivi skont il-liġi nazzjonali. |
|
(9) |
Biex tiġi żgurata l-prontezza ta’ kwalunkwe inizjattiva meħtieġa mill-Kummissjoni, minn Stati Membri oħrajn, minn awtoritajiet nazzjonali oħrajn inklużi awtoritajiet tas-sikurezza tal-avjazzjoni, mill-industrija u mis-sħab internazzjonali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati għall-kondiviżjoni, kif xieraq, tal-informazzjoni rilevanti li tinsab fir-rapporti u dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu. |
|
(10) |
Biex tiġi żgurata ħarsa ġenerali effettiva tal-okkorrenzi u tal-inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw rapport annwali lill-Kummissjoni bi statistika dwar ir-rapporti riċevuti u l-analiżi tagħhom. |
|
(11) |
L-okkorrenzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu rrapportati b’mod armonizzat permezz ta’ mudell standardizzat għar-rapportar ta’ tali informazzjoni. Dak il-mudell huwa bbażat fuq il-materjal ta’ gwida eżistenti żviluppat mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u magħmul disponibbli fir-“Rapportar tal-Okkorrenzi u l-Inċidenti tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni” li ġie ppubblikat f’Ġunju 2022. |
|
(12) |
Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-metodoloġija globali ta’ monitoraġġ tal-konformità u tat-terminoloġija settorjali, urew il-ħtieġa ta’ emendi żgħar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. Dawn l-emendi jikkonċernaw ċerti definizzjonijiet (bħal miżuri ta’ sigurtà) u titjib fid-dispożizzjonijiet eżistenti (bħall-iffissar ta’ frekwenzi għall-ispezzjoni tal-ajruporti). |
|
(13) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. Peress li l-għadd u l-firxa tal-emendi li qegħdin jiġu introdotti jitqiesu li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-Anness II eżistenti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, jixraq iktar li dak l-Anness jiġi ssostitwit. |
|
(14) |
L-istabbiliment tal-mekkaniżmu u l-proċess għar-rapportar, il-klassifikazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin, il-protezzjoni, l-analiżi u l-aggregazzjoni ta’ informazzjoni dwar inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji għalihom jirrikjedu perjodu preparatorju adegwat. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet relatati stabbiliti fl-Anness tiġi posposta biex l-Istati Membri jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jiżguraw li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati b’mod effettiv u effiċjenti. |
|
(15) |
Il-Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 ġie kkonsultat u involut mill-qrib fl-iżvilupp tar-rekwiżiti miżjuda ġodda dwar ir-rapportar tal-okkorrenzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/300/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/18(1)/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/376/oj).
ANNESS
“ANNESS II
Speċifikazzjonijiet komuni għall-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità li jridu jiġu implimentati minn kull Stat Membru fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
1. DEFINIZZJONIJIET
|
1.1. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2. SETGĦAT TAL-AWTORITÀ XIERQA
|
2.1. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità xierqa bis-setgħat meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-infurzar tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u tal-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu, inkluża s-setgħa li timponi penali f’konformità mal-Artikolu 21. |
|
2.2. |
L-awtorità xierqa għandha twettaq attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità u għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex tirrikjedi li kwalunkwe nuqqas identifikat jiġi rettifikat fi żmien stabbilit. |
|
2.3. |
Għandu jiġi stabbilit approċċ gradwali u proporzjonat fir-rigward tal-attivitajiet ta’ korrezzjoni tan-nuqqasijiet u l-miżuri ta’ infurzar. Dan l-approċċ għandu jikkonsisti minn passi progressivi li jridu jiġu segwiti sakemm tinkiseb il-korrezzjoni, inklużi:
L-awtorità xierqa tista’ tneħħi wieħed jew aktar minn dawn il-passi, b’mod speċjali meta n-nuqqas ikun serju jew rikorrenti. |
3. OBJETTIVI U KONTENUT TAL-PROGRAMM NAZZJONALI TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ
|
3.1. |
L-objettivi tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità huma li jivverifika li l-miżuri ta’ sigurtà tal-avjazzjoni jiġu implimentati b’mod effettiv u xieraq u li jiddetermina l-livell ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-programm nazzjonali ta’ sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, permezz ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità. |
|
3.2. |
Il-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
4. MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ
|
4.1. |
L-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet l-oħrajn kollha b’responsabbiltajiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati regolarment biex jiġi żgurat li n-nuqqasijiet jiġu osservati u kkorreġuti fil-pront. |
|
4.2. |
Il-monitoraġġ għandu jsir f’konformità mal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità, filwaqt li jitqies il-livell ta’ theddid, it-tip u n-natura tal-operazzjonijiet, l-istandard ta’ implimentazzjoni, ir-riżultati tal-kontroll intern tal-kwalità tal-ajruporti, tal-operaturi u tal-entitajiet, u fatturi u valutazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw il-prijoritajiet u l-frekwenza tal-monitoraġġ. |
|
4.3. |
Il-monitoraġġ għandu jinkludi l-implimentazzjoni u l-effettività tal-miżuri interni ta’ kontroll tal-kwalità tal-ajruporti, tal-operaturi u tal-entitajiet. |
|
4.4. |
Il-monitoraġġ f’kull ajruport individwali għandu jkun magħmul minn taħlita xierqa ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità u għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà fil-qasam. |
|
4.5. |
Il-ġestjoni, l-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-organizzazzjoni tal-programm ta’ kontroll tal-kwalità għandhom jitwettqu indipendentement mill-implimentazzjoni operazzjonali tal-miżuri meħuda skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. |
|
4.6. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom jinkludu awditi, spezzjonijiet u testijiet tas-sigurtà. |
5. METODOLOĠIJA
|
5.1. |
Il-metodoloġija għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandha tikkonforma ma’ approċċ standardizzat, li jinkludi t-tqassim tal-kompiti, l-ippjanar, it-tħejjija, l-attività fuq il-post, il-klassifikazzjoni tas-sejbiet, it-tlestija tar-rapport u l-proċess ta’ korrezzjoni. |
|
5.2. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-ġbir sistematiku ta’ informazzjoni permezz ta’ osservazzjonijiet, intervisti, eżaminazzjoni ta’ dokumenti u verifiki. |
|
5.3. |
Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kemm attivitajiet imħabbra kif ukoll mhux imħabbra. |
6. AWDITI TAS-SIGURTÀ
|
6.1. |
Awditu tas-sigurtà għandu jkopri:
|
|
6.2. |
Għandha tiġi stabbilita metodoloġija għat-twettiq ta’ awditu tas-sigurtà filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:
|
|
6.3. |
Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri tas-sigurtà jiġu implimentati, it-twettiq ta’ awditu tas-sigurtà għandu jkun ibbażat fuq ġbir sistematiku ta’ informazzjoni b’teknika waħda jew b’aktar minn teknika waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
6.4. |
L-ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali ta’ aktar minn 10 miljun passiġġier għandhom ikunu soġġetti għal awditu tas-sigurtà li jkopri l-istandards kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni mill-inqas kull 4 snin. L-eżaminazzjoni għandha tinkludi kampjun rappreżentattiv ta’ informazzjoni. |
7. SPEZZJONIJIET
|
7.1. |
L-ambitu ta’ spezzjoni għandu jkopri mill-inqas sett wieħed ta’ miżuri tas-sigurtà direttament marbuta tal-Anness I u l-atti ta’ implimentazzjoni korrispondenti mmonitorjati bħala attività waħda jew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li normalment ma jaqbiżx it-3 xhur. L-eżaminazzjoni għandha tinkludi kampjun rappreżentattiv ta’ informazzjoni. |
|
7.2. |
Sett ta’ miżuri tas-sigurtà marbutin direttament huwa sett ta’ żewġ rekwiżiti jew aktar kif imsemmi fl-Anness I u fl-atti ta’ implimentazzjoni korrispondenti li jħallu impatt fuq xulxin tant mill-qrib li l-ilħuq tal-objettiv ma jistax jiġi vvalutat b’mod adegwat sakemm ma jitqisux flimkien. Dawn is-settijiet għandhom jinkludu dawk elenkati fl-Appendiċi I ta’ dan l-Anness. |
|
7.3. |
L-ispezzjonijiet ma għandhomx jitħabbru. Meta l-awtorità xierqa tqis li dan ma huwiex prattikabbli, l-ispezzjonijiet jistgħu jitħabbru. Għandha tiġi stabbilita metodoloġija għat-twettiq ta’ spezzjoni filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:
|
|
7.4. |
Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri tas-sigurtà huma effettivi, it-twettiq tal-ispezzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-ġbir sistematiku ta’ informazzjoni b’teknika waħda jew b’aktar minn teknika waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
7.5. |
F’ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali ta’ aktar minn 2 miljun passiġġier, il-frekwenza minima għall-ispezzjoni tas-settijiet kollha ta’ miżuri tas-sigurtà marbuta direttament stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 6 tal-Anness I għandha tkun mill-inqas kull 12-il xahar, sakemm ma jkunx twettaq awditu fl-ajruport matul dak iż-żmien. Il-frekwenza għall-ispezzjoni tal-miżuri kollha tas-sigurtà koperti mill-Kapitoli 7 sa 12 tal-Anness I għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. |
|
7.6. |
Meta Stat Membru ma jkollu l-ebda ajruport b’volum ta’ traffiku annwali akbar minn 2 miljun passiġġier, ir-rekwiżiti tal-punt 7.5 għandhom japplikaw għall-ajruport fit-territorju tiegħu bl-akbar volum ta’ traffiku annwali. |
|
7.7. |
Il-frekwenzi għall-ispezzjoni tal-ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali li ma jaqbiżx 2 miljun passiġġier, operatur u entità għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità xierqa filwaqt li jitqiesu l-elementi msemmija fil-punt 4.2. Il-frekwenzi għandhom jirreferu għall-monitoraġġ tas-settijiet rilevanti kollha ta’ miżuri tas-sigurtà marbutin direttament stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 12 tal-Anness I. |
8. TESTIJIET
|
8.1. |
Għandhom jitwettqu testijiet biex tiġi eżaminata l-effettività tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà elenkati hawn taħt, bħala minimu fl-ajruporti kollha li jaqgħu taħt il-punti 7.5 u 7.6:
Għat-testijiet li jridu jitwettqu fl-ajruporti li ma jaqgħux taħt il-punti 7.5 u 7.6, il-prijoritajiet għandhom jiġu stabbiliti fl-ippjanar annwali tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità. |
|
8.2. |
L-awtorità xierqa tista’, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, twettaq testijiet biex teżamina l-effettività tal-implimentazzjoni tal-miżuri addizzjonali tas-sigurtà li ġejjin:
|
|
8.3. |
Għandu jiġi żviluppat protokoll ta’ ttestjar li jinkludi l-metodoloġija filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti legali, tas-sikurezza u operazzjonali. Il-metodoloġija għandha tindirizza l-elementi li ġejjin:
|
|
8.4. |
Il-frekwenzi għat-testijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità xierqa filwaqt li jitqiesu l-elementi msemmija fil-punt 4.2. |
|
8.5. |
It-testijiet jistgħu jiġu sostitwiti jew issupplimentati b’testijiet evidenti f’każijiet meta ma jkunx possibbli li jinkiseb kampjun rappreżentattiv ta’ testijiet minħabba, pereżempju, l-implimentazzjoni limitata ta’ ċerti miżuri tas-sigurtà, jew meta l-kundizzjonijiet lokali jkunu jfixklu l-effettività tat-testijiet. |
9. STĦARRIĠ
|
9.1. |
L-istħarriġ għandu jitwettaq kull meta l-awtorità xierqa tirrikonoxxi l-ħtieġa li l-operazzjonijiet jiġu evalwati mill-ġdid sabiex tiġi identifikata u indirizzata kwalunkwe vulnerabbiltà. Meta tiġi identifikata vulnerabbiltà, l-awtorità xierqa għandha tirrikjedi l-implimentazzjoni ta’ miżuri protettivi proporzjonati mat-theddida. |
10. RAPPORTAR TAL-ATTIVITAJIET TA’ MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ
|
10.1. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom jiġu rrapportati jew irreġistrati f’format standardizzat li jippermetti analiżi kontinwa tax-xejriet. |
|
10.2. |
L-elementi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-format standardizzat:
|
|
10.3. |
Meta jiġu identifikati nuqqasijiet, l-awtorità xierqa għandha tirrapporta s-sejbiet rilevanti lill-ajruport, lill-operaturi jew lill-entitajiet soġġetti għal monitoraġġ. |
11. KLASSIFIKAZZJONI KOMUNI TAL-KONFORMITÀ
|
11.1. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili bl-użu tas-sistema ta’ klassifikazzjoni armonizzata ta’ konformità stabbilita fl-Appendiċi II. |
12. KORREZZJONI TAN-NUQQASIJIET
|
12.1. |
Il-korrezzjoni tan-nuqqasijiet identifikati għandha tiġi implimentata minnufih. Meta l-korrezzjoni ma tkunx tista’ sseħħ fil-pront, għandhom jiġu implimentati miżuri ta’ kumpens. Meta l-monitoraġġ ġenerali tal-implimentazzjoni ta’ miżura tas-sigurtà, minħabba nuqqasijiet individwali jew iżolati, jirriżulta fil-livell ta’ konformità “Konformi, iżda huwa mixtieq titjib”, dawk in-nuqqasijiet għandhom jiġu kkoreġuti wkoll. |
|
12.2. |
L-awtorità xierqa għandha tirrikjedi li l-ajruporti, l-operaturi jew l-entitajiet soġġetti għal attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità jissottomettu għal ftehim, pjan ta’ azzjoni li jindirizza kwalunkwe nuqqas deskritt fir-rapporti flimkien ma’ perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju u li jipprovdu konferma meta jitlesta l-proċess ta’ korrezzjoni. |
13. ATTIVITAJIET TA’ SEGWITU RELATATI MAL-VERIFIKA TAL-KORREZZJONI
|
13.1. |
Wara konferma mill-ajruport, mill-operatur jew mill-entità soġġetta għall-monitoraġġ li tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħtieġa, l-awtorità xierqa għandha tivverifika l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju. |
|
13.2. |
L-attivitajiet ta’ segwitu għandhom jużaw l-aktar metodu ta’ monitoraġġ rilevanti. |
14. DISPONIBBILTÀ TAL-AWDITURI
|
14.1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ awdituri disponibbli għall-awtorità xierqa direttament jew taħt is-superviżjoni tagħha għat-twettiq tal-attivitajiet kollha ta’ monitoraġġ tal-konformità. |
15. KRITERJI TA’ KWALIFIKA GĦALL-AWDITURI
|
15.1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awdituri li jwettqu funzjonijiet f’isem l-awtorità xierqa:
L-awdituri għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni jew għal approvazzjoni ekwivalenti mill-awtorità xierqa. |
|
15.2. |
L-awdituri għandu jkollhom il-kompetenzi li ġejjin:
|
|
15.3. |
L-awdituri għandhom jgħaddu minn taħriġ rikorrenti bi frekwenza suffiċjenti biex jiġi żgurat li jinżammu l-kompetenzi eżistenti u jiġu akkwistati kompetenzi ġodda biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam tas-sigurtà. |
16. SETGĦAT TAL-AWDITURI
|
16.1. |
L-awdituri li jwettqu attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom jiġu pprovduti b’awtorità suffiċjenti biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
|
16.2. |
L-awdituri għandhom iġorru prova tal-identità li tawtorizza attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità f’isem l-awtorità xierqa u li tippermetti aċċess għaż-żoni kollha meħtieġa. |
|
16.3. |
L-awdituri għandhom ikunu intitolati li:
|
|
16.4. |
Bħala konsegwenza tas-setgħat mogħtija lill-awdituri, l-awtorità xierqa għandha taġixxi f’konformità mal-punt 2.3 fil-każijiet li ġejjin:
|
17. L-AĦJAR PRATTIKI
|
17.1. |
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-aħjar prattiki fir-rigward tal-programmi ta’ kontroll tal-kwalità, il-metodoloġiji tal-awditjar u l-awdituri. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi din l-informazzjoni mal-Istati Membri. |
18. RAPPORTAR TAL-ATTIVITAJIET TA’ MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ LILL-KUMMISSJONI
|
18.1. |
Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti li jinsabu fit-territorju tagħhom. Il-perjodu ta’ referenza għar-rapport għandu jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Ir-rapport għandu jkun dovut 3 xhur wara t-tlestija tal-perjodu ta’ referenza. |
|
18.2. |
Il-kontenut tar-rapport għandu jkun f’konformità mal-Appendiċi III permezz ta’ mudell fornut mill-Kummissjoni. |
|
18.3. |
Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-konklużjonijiet ewlenin meħuda minn dawn ir-rapporti mal-Istati Membri. |
19. RAPPORTAR TAL-OKKORRENZI, L-INĊIDENTI, L-ATTI TA’ INTERFERENZA ILLEGALI U L-ATTI PREPARATORJI TAGĦHOM TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI
|
19.1. |
Meta l-awtorità xierqa tidentifika jew tirċievi informazzjoni dwar att ta’ interferenza illegali jew inċident tas-sigurtà tal-avjazzjoni li jkun seħħ jew li jkun se jseħħ, li jkollu jew li x’aktarx ikollu impatt serju fuq il-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni jew fuq is-sistema internazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni, din għandha tinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli. Soġġett għar-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni rilevanti għas-sigurtà nazzjonali, in-notifika għandha tinkludi kwalunkwe informazzjoni fattwali rilevanti u disponibbli utli biex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa azzjoni fil-pront sabiex jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid il-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni u tiġi pprovduta l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni meħtieġa fil-livell internazzjonali. Malli tirċievi tali informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn. |
|
19.2. |
Għall-fini tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3.2(j) u (k) u d-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, mill-1 ta’ Jannar 2028 kull Stat Membru għandu jistabbilixxi proċess għar-rapportar, il-klassifikazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin, il-protezzjoni, l-analiżi u l-aggregazzjoni ta’ informazzjoni dwar inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji għalihom. Dak il-proċess għandu jipprevedi sistemi ta’ rapportar volontarji obbligatorji u kunfidenzjali u għandu jinkludi rekwiżiti dettaljati biex jiġu żgurati rapportar u segwitu effettivi u effiċjenti inklużi l-eżekuzzjoni u l-koordinazzjoni ta’ kompiti sussegwenti kif ukoll kwalunkwe miżura jew deċiżjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet rilevanti. |
|
19.3. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-operaturi u l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti. L-inċidenti tas-sigurtà jiġu ddeżinjati minn uffiċjal jew minn maniġer tas-sigurtà għal okkorrenza ta’ sigurtà rrapportata abbażi ta’ analiżi tal-okkorrenza u determinazzjoni li hija meħtieġa azzjoni addizzjonali. Inċident tas-sigurtà jista’ jirriżulta wkoll, u jiġi kklassifikat bħala tali mill-awtorità xierqa, f’att ta’ interferenza illegali li jrid jiġi rrapportat lill-ICAO f’konformità mal-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. L-iskadenzi tar-rapportar li ġejjin għandhom japplikaw għal tali rapportar obbligatorju, li jibda miż-żmien meta l-okkorrenza sottostanti tiġi rrapportata permezz tas-sistema ta’ rapportar interna msemmija fil-punt 19.4:
|
|
19.4. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-operaturi u l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandhom jistabbilixxu sistema ta’ rapportar interna għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar okkorrenzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni b’mod prattiku u f’waqtu. Il-persunal kollu tal-operaturi u tal-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandu jirrapporta informazzjoni dwar okkorrenzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni permezz ta’ tali sistema ta’ rapportar interna. |
|
19.5. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-awtoritajiet rilevanti u kwalunkwe operatur jew entità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandha tinnomina mill-anqas persuna jew dipartiment wieħed responsabbli għar-rapportar, inkluż il-kontroll tal-kwalità tad-data biex tittejjeb il-konsistenza tad-data. Ir-rekwiżiti ta’ reklutaġġ u taħriġ għall-persuni li jinħatru biex iwettqu tali kompiti għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ implimentazzjoni, adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. |
|
19.6. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, ir-rapportar obbligatorju lill-awtoritajiet rilevanti għandu jitwettaq bl-użu tal-mudell kif stabbilit fl-Appendiċi IV, u għandu jirreferi għall-klassifikazzjoni komuni kif stabbilit fl-Appendiċi V. Ir-rapportar volontarju jista’ jitwettaq ukoll bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Appendiċi IV u għandu jirreferi għall-klassifikazzjoni komuni kif stabbilit fl-Appendiċi V. |
|
19.7. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jaħżnu rapporti f’bażi ta’ data nazzjonali. Il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li tinsab fir-rapporti kif ukoll kwalunkwe analiżi tagħha għandha tiġi żgurata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati dwar l-aċċess għal tali informazzjoni kif ukoll il-protezzjoni fiżika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni tagħha. |
|
19.8. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati dwar l-ipproċessar u l-ħżin ta’ rapporti biex jipprevjeni l-użu ta’ informazzjoni li tinsab fihom għal finijiet minbarra s-sigurtà tal-avjazzjoni u għandu jissalvagwardja b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min jirrapporta u tal-persuni msemmija fir-rapport, soġġett għar-rekwiżiti dwar proċedimenti kriminali, dixxiplinari jew amministrattivi skont il-liġi nazzjonali. |
|
19.9. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri għall-kondiviżjoni, abbażi tal-ħtieġa ta’ għarfien, tal-informazzjoni rilevanti li tinsab fir-rapporti u dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu biex jassistu lil awtoritajiet u aġenziji nazzjonali oħrajn, lill-operaturi tal-ajruporti, lit-trasportaturi tal-ajru u lil entitajiet oħrajn ikkonċernati, meta dan jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma u għat-titjib tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
19.10. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, minkejja l-punt 19.8, f’każ li l-informazzjoni jkollha rilevanza għas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jikkondividuha mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, soġġett għar-rekwiżiti applikabbli dwar il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni u t-tneħħija ta’ informazzjoni kif xieraq. |
|
19.11. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, soġġett għar-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, kif applikabbli, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jikkondividu l-informazzjoni rilevanti li tinsab f’rapporti mal-Kummissjoni u ma’ Stati Membri oħrajn, meta dan jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma u għat-titjib tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inkluż bi tweġiba għal mistoqsijiet speċifiċi mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħrajn. |
|
19.12. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, soġġett għar-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, kif applikabbli, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jikkondividu l-informazzjoni rilevanti li tinsab f’rapporti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi, meta dan ikun meħtieġ skont ftehimiet internazzjonali jew meta dan jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma u għat-titjib tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
19.13. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, mingħajr preġudizzju għall-punti 19.1 u 19.11., kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jkun fih statistika dwar ir-rapporti riċevuti, aggregati f’konformità mal-klassifikazzjoni komuni kif stabbilita fl-Appendiċi V u l-analiżi tagħhom. Il-perjodu ta’ referenza għar-rapport għandu jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, u għandu jkun dovut 6 xhur wara t-tlestija tal-perjodu ta’ referenza. |
|
19.14. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-konklużjonijiet ewlenin li jirriżultaw mir-rapporti sottomessi skont il-punt 19.13 mal-Kumitat Regolatorju għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili u mal-Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Ikkonċernati dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni. |
|
19.15. |
Mill-1 ta’ Jannar 2028, sabiex tipprovdi approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tagħmel disponibbli strument xieraq tat-teknoloġija tal-informazzjoni biex tappoġġa l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri. |
Appendiċi I
Elementi li jridu jiġu inklużi fis-sett ta’ miżuri tas-sigurtà marbuta direttament
Is-settijiet ta’ miżuri tas-sigurtà marbuta direttament kif imsemmi fil-punt 7.1 ta’ dan l-Anness għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin tal-Anness I u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament:
Għall-punt 1 — Sigurtà tal-ajruport:
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.1; jew |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.2 (ħlief dawk relatati mal-karti ta’ identifikazzjoni u mal-permessi tal-vetturi); jew |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.2 relatati mal-karti ta’ identifikazzjoni; jew |
|
(d) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.2 relatati mal-permessi tal-vetturi; jew |
|
(e) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.3 u l-elementi rilevanti tal-punt 12; jew |
|
(f) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.4; jew |
|
(g) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.5; jew |
|
(h) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.7, u l-elementi rilevanti tal-punt 11. |
Għall-punt 2 — Żoni demarkati tal-ajruporti:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt.
Għall-punt 3 — Sigurtà tal-inġenji tal-ajru:
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 3.1; jew |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 3.2. |
Għall-punt 4 — Passiġġieri u bagalji tal-kabina:
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 4.1 u l-elementi rilevanti tal-punt 12: jew |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 4.2; jew |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 4.3. |
Għall-punt 5 — Bagalji tal-istiva:
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 5.1 u l-elementi rilevanti tal-punt 12; jew |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 5.2; jew |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 5.3. |
Għall-punt 6 — Merkanzija u posta:
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-kontrolli tas-sigurtà, l-iskrinjar u t-trasport applikati minn aġent regolat u l-elementi rilevanti tal-punt 12; jew |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-kontrolli tas-sigurtà u t-trasport applikati minn konsenjaturi magħrufa; jew |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-kontrolli tas-sigurtà u t-trasport applikati minn trasportaturi tal-merkanzija approvati; jew |
|
(d) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni tal-merkanzija u tal-posta fl-ajruporti. |
Għall-punt 7 — Posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt.
Għall-punt 8 — Provvisti għal matul it-titjira:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt u l-elementi rilevanti tal-punt 12.
Għall-punt 9 — Provvisti għall-ajruport:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt u l-elementi rilevanti tal-punt 12.
Għall-punt 10 — Miżuri tas-sigurtà għal matul it-titjira:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt.
Għall-punt 11 — Reklutaġġ u taħriġ tal-persunal:
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mar-reklutaġġ tal-persunal f’ajruport, operatur, trasportatur tal-ajru jew entità; jew |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mat-taħriġ tal-persunal f’ajruport, operatur, trasportatur tal-ajru jew entità. |
Appendiċi II
Sistema ta’ klassifikazzjoni armonizzata ta’ konformità
Il-klassifikazzjoni ta’ konformità li ġejja għandha tapplika għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.
|
|
Awditu tas-Sigurtà |
Spezzjoni |
Test |
|
Konformi bis-sħiħ |
√ |
√ |
√ |
|
Konformi, iżda huwa mixtieq titjib |
√ |
√ |
√ |
|
Mhux konformi |
√ |
√ |
√ |
|
Mhux konformi, b’nuqqasijiet serji |
√ |
√ |
√ |
|
Mhux applikabbli |
√ |
√ |
|
|
Mhux ikkonfermat |
√ |
√ |
√ |
Appendiċi III
KONTENUT TAR-RAPPORT LILL-KUMMISSJONI
1. Struttura ta’ organizzazzjoni, responsabbiltajiet u riżorsi
|
(a) |
L-istruttura tal-organizzazzjoni ta’ kontroll tal-kwalità, ir-responsabbiltajiet u r-riżorsi, inklużi l-emendi futuri ppjanati (ara l-punt 3.2(a)). |
|
(b) |
Għadd ta’ awdituri – preżenti u ppjanati (ara l-punt 14). |
|
(c) |
Taħriġ imwettaq mill-awdituri (ara l-punt 15.2). |
2. Attivitajiet ta’ monitoraġġ operazzjonali
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ kollha mwettqa, li jispeċifikaw:
|
(a) |
it-tip (awditu tas-sigurtà, spezzjoni inizjali, spezzjoni ta’ segwitu, test, oħrajn); |
|
(b) |
l-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet immonitorjati; |
|
(c) |
l-ambitu; |
|
(d) |
il-frekwenzi; u |
|
(e) |
t-total ta’ jiem ta’ xogħol imqatta’ fuq il-post. |
3. Attivitajiet ta’ korrezzjoni tan-nuqqasijiet
|
(a) |
L-istatus tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ korrezzjoni tan-nuqqasijiet. |
|
(b) |
L-attivitajiet ewlenin imwettqa jew ippjanati (eż. ħolqien ta’ karigi ġodda, tagħmir mixtri, ħidma ta’ kostruzzjoni) u l-progress miksub lejn il-korrezzjoni. |
|
(c) |
Miżuri ta’ infurzar użati (ara l-punt 3.2(f)). |
4. Data u xejriet ġenerali
|
(a) |
It-total tat-traffiku nazzjonali annwali tal-passiġġieri u tal-merkanzija u l-għadd ta’ movimenti tal-inġenji tal-ajru. |
|
(b) |
Il-lista ta’ ajruporti skont il-kategorija. |
|
(c) |
L-għadd ta’ trasportaturi tal-ajru li joperaw mit-territorju skont il-kategorija (nazzjonali, tal-Unjoni, ta’ pajjiż terz). |
|
(d) |
L-għadd ta’ aġenti regolati. |
|
(e) |
L-għadd ta’ spedituri magħrufa. |
|
(f) |
L-għadd ta’ trasportaturi tal-merkanzija approvati. |
|
(g) |
L-għadd ta’ fornituri regolati (għall-provvisti tal-ajruport u għall-provvisti għal matul it-titjira). |
|
(h) |
L-għadd approssimattiv ta’ entitajiet oħrajn b’responsabbiltajiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni (kumpaniji għas-servizzi fuq l-art, kumpaniji tas-sigurtà, fornituri magħrufa ta’ provvisti tal-ajruport u ta’ matul it-titjira). |
5. Sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti
Il-kuntest ġenerali tas-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Istat Membru.
Appendiċi IV
Mudell għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar okkorrenzi u inċidenti tas-sigurtà (1)
Data u ħin eżatti jew il-perjodu (2) tal-okkorrenza: …/…/…
Data tar-rapport (3): …/…/…
Post tal-okkorrenza (4):
Isem il-kumpanija u/jew tal-persuna li tirrapporta (jekk possibbli (5)):
Deskrizzjoni tal-okkorrenza:
Azzjoni(jiet) immedjata/i meħuda u minn min (6):
Żona affettwata tas-sigurtà tal-avjazzjoni:
Sigurtà tan-naħa tal-art; Passiġġieri u bagalji tal-kabina; Persunal u ekwipaġġ; Kontroll fuq l-aċċess; Bagalji tal-istiva; Provvisti għal matul it-titjira; Provvisti tal-ajruport; Protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fuq l-art; Miżuri tas-sigurtà matul it-titjira tal-inġenji tal-ajru; Merkanzija u posta; Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru; Informazzjoni u teknoloġiji diġitali; Sistema/i ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS, Unmanned Aircraft System)/Vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV, Unmanned Aerial Vehicle)/Sistema/i ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS, Remotely-Piloted Aircraft System); Arma li tintuża mill-bogħod (MANPADS, Man-portable Air-Defense Systems, eċċ.); Lasers; Informazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni; Avjazzjoni Ġenerali/Klabbs ajrunawtiċi
Effett jew effett potenzjali fuq is-sigurtà (7):
Kwalunkwe kumment/proposta/informazzjoni ieħor/oħra (8):
Kuntatt (email, numru tat-telefon):
Appendiċi V
Klassifikazzjoni komuni ta’ okkorrenzi u inċidenti tas-sigurtà (9)
|
Klassi (10) |
Kategorija (11) |
|
Sigurtà tan-naħa tal-art |
Skoperta jew użu ta’ apparat splussiv improvvizzat (IED, Improvised Explosive Device) li jinġarr mill-vettura jew apparat inċendjarju improvvizzat (IID, Improvised Incendiary Device) |
|
|
Skoperta jew użu ta’ IED/IID mogħtija minn persuna |
|
|
Attakk armat |
|
|
Oġġetti mhux assistiti/suspettużi (applikabbli wkoll għan-naħa tal-ajru) |
|
|
Attakk kimiku, bijoloġiku u radjoloġiku (CBR, Chemical, Biological and Radiological) |
|
|
Ħsara lill-infrastruttura kritika/punti vulnerabbli |
|
|
Imġiba suspettuża |
|
|
Tfixkil mhux ippjanat, inkluż theddida ta’ bomba jew ingann malizzjuż |
|
Passiġġieri u bagalji tal-kabina |
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
|
|
Nuqqas fil-proċess ta’ skrinjar tal-punti ta’ kontroll tas-sigurtà |
|
|
Taħlit ta’ passiġġieri skrinjati u mhux skrinjati |
|
|
Imġiba suspettuża |
|
Persunal u ekwipaġġ |
Nuqqas fil-proċess ta’ skrinjar tal-punti ta’ kontroll tas-sigurtà |
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
|
|
Sabotaġġ |
|
|
Kontrolli tas-sigurtà evitati permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata |
|
|
Tentattiv intenzjonat biex jiġi evitat reġim ta’ skrutinju/kontroll tal-isfond |
|
Kontroll tal-aċċess |
Ksur jew tentattiv ta’ ksur tal-perimetru |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għal żona ristretta ta’ sigurtà (SRA, Security Restricted Area) jew żona kkontrollata oħra (mhux persunal) |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat/mingħajr skorta fl-SRA (persunal) |
|
|
Imġiba suspettuża tal-persunal |
|
|
Nuqqas fis-sistema ta’ kontroll tal-aċċess |
|
|
Nuqqas fis-sistema tal-ħruġ ta’ pass tal-ID |
|
|
Nuqqas fis-sistema ta’ kontroll tal-aċċess tal-vettura inkluż l-applikazzjoni ta’ kontrolli tas-sigurtà u/jew l-iskrinjar tal-okkupanti u tal-vetturi |
|
Bagalji tal-istiva |
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni tal-bagalji tal-istiva skrinjati |
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis ta’ bagalji tal-istiva skrinjati |
|
|
Nuqqas fis-sistema jew fil-proċess tal-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva (HBS, Hold Baggage Screening) (inkluża r-rikonċiljazzjoni tal-bagalji tal-passiġġieri) |
|
|
Nuqqas fil-proċess tat-trasport tal-armi mibgħuta |
|
Provvisti għal matul it-titjira |
Aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità tal-provvisti għal matul it-titjira |
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni ta’ provvisti marbuta |
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis fil-provvisti marbuta għal matul it-titjira |
|
|
Nuqqas fl-applikazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà |
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
|
Provvisti tal-ajruport |
Aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità |
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni ta’ provvisti marbuta |
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis tal-provvisti marbuta tal-ajruport |
|
|
Nuqqas fl-applikazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà |
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
|
Protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fuq l-art |
Passiġġier mhux awtorizzat fuq l-inġenju tal-ajru |
|
|
Persunal mhux awtorizzat fuq l-inġenju tal-ajru |
|
|
Nuqqas fit-tfittxija/fil-kontroll tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru |
|
|
Nuqqas fil-miżuri ta’ protezzjoni tal-inġenji tal-ajru, inkluż fejn l-inġenji tal-ajru jkunu pparkjati matul il-lejl |
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit fil-kabina jew fl-istiva tal-inġenji tal-ajru |
|
Miżuri tas-sigurtà fl-inġenji tal-ajru matul it-titjira |
Passiġġier indixxiplinat (li jrid jitqies għal-livell 3 u 4 (ara l-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO) li jrid jiġi rrapportat biss) |
|
|
Nuqqas fil-proċess/protezzjoni tal-bieba tal-kabina tal-pilota |
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
|
|
Attakk tas-CBR |
|
|
Ħtif matul it-titjira |
|
|
Theddida ta’ bomba matul it-titjira |
|
Merkanzija u posta |
Aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità tal-iskrinjar tal-merkanzija |
|
|
Nuqqas fil-proċess tal-iskrinjar |
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni tal-merkanzija marbuta |
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis tal-merkanzija marbuta |
|
|
Nuqqas fil-proċess ta’ aċċettazzjoni |
|
|
Attività suspettuża |
|
|
Notifika Tgħabbix skont l-iskemi PLACI |
|
Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru |
Attakk armat kontra l-faċilità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC, Air Traffic Control) |
|
|
Qerda jew ħsara tal-għajnuniet għan-navigazzjoni tal-ajru |
|
|
Aċċess mhux awtorizzat |
|
Informazzjoni u teknoloġiji diġitali |
Attakk kontra s-sistema/i tal-inġenji tal-ajru |
|
|
Attakk kontra s-sistema/i tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM, Air Traffic Management) |
|
|
Attakk kontra s-sistema/i tal-ajruport |
|
|
Attakk kontra sistemi u data kritiċi oħrajn |
|
Sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) |
Dħul mhux awtorizzat fi spazju tal-ajru kkontrollat |
|
Vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV) |
Titjir qrib inġenju tal-ajru ieħor matul it-titjira |
|
Sistema ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS) |
Ħabta ma’ inġenju tal-ajru matul it-titjira |
|
|
Ilmiħ minn inġenju tal-ajru/ajruport |
|
|
Vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV) ikkawżat theddida kontra l-inġenji tal-ajru |
|
|
UAV ikkawżat theddida kontra l-infrastruttura tal-ajruport |
|
|
UAV ikkawżat theddida kontra l-passiġġieri |
|
Arma li tintuża mill-bogħod (MANPADS, eċċ.) |
Attakk fuq inġenju tal-ajru jew faċilità tal-ajruport |
|
|
Osservazzjoni rrapportata |
|
Lasers |
Attakk fuq inġenju tal-ajru jew faċilità tal-ajruport |
|
|
Osservazzjoni rrapportata |
|
|
Attività suspettuża |
|
Informazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni |
Nuqqas fil-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni |
|
|
Telf ta’ integrità u disponibbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni |
|
Avjazzjoni Ġenerali/Klabbs ajrunawtiċi |
Aċċess mhux awtorizzat |
|
|
Skoperta ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit |
(1) Għall-finijiet tal-mudell, “okkorrenza” se tkopri okkorrenzi u inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni.
(2) F’każ li d-data u l-ħin eżatti ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti.
(3) Jekk differenti mid-data tal-okkorrenza.
(4) L-isem u possibbilment il-kodiċi IATA/ICAO tal-ajruport, kif ukoll iż-żona fejn tiġi osservata l-okkorrenza.
(5) L-isem tal-persuna fiżika li tirrapporta jista’ jitħalla barra.
(6) Bħan-notifika lill-awtoritajiet lokali tal-infurzar tal-liġi u/jew tal-ajruport bis-sitwazzjoni.
(7) Biex jiġi ddeterminat mill-perspettiva ta’ min jagħmel ir-rapport, kif jiġi affettwat il-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni.
(8) Din it-taqsima tista’ tinkludi aktar informazzjoni mixtieqa mingħand min jagħmel ir-rapport, pereżempju, fir-rigward tal-Valutazzjoni preliminari tar-riskju; Azzjoni(jiet) biex jiġi limitat l-effett fuq is-sigurtà tal-avjazzjoni; Azzjoni(jiet) ta’ rimedju (meta jkun applikabbli); u l-Istatus tal-fajl fi ħdan il-kumpanija (meta jkun applikabbli).
(9) L-Appendiċi V jista’ jservi wkoll bħala għodda biex tikkategorizza d-data dwar is-sigurtà u tappoġġa l-iżvilupp ta’ definizzjonijiet ta’ okkorrenzi rilevanti.
(10) Klassi: tiddeskrivi s-suġġett li għalih ikun jirreferi l-inċident tas-sigurtà, bħal “kontrolli tal-aċċess”, “bagalji tal-istiva” jew “merkanzija/posta”. L-identifikaturi magħżula diġà jintużaw b’mod komuni fl-Anness 17 tal-ICAO u fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (DOC 8973) u huwa mistenni li jkunu faċli għall-entitajiet biex jirreferu għalihom u rilevanti għall-awtoritajiet biex jagħmlu valutazzjonijiet.
(11) Kategorija: tindika deskrizzjoni aktar speċifika tal-inċident tas-sigurtà involut. Il-kategoriji jvarjaw skont il-klassi peress li l-inċidenti possibbli tas-sigurtà jvarjaw skont liema proċess tas-sigurtà tal-avjazzjoni huma relatati miegħu. Pereżempju, il-klassi “protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fuq l-art” tinkludi l-kategorija “nuqqas fit-tfittxija/fil-kontroll tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru”, filwaqt li l-klassi “bagalji tal-istiva” tinkludi l-kategorija “nuqqas fil-protezzjoni ta’ bagalji tal-istiva skrinjati”. Ikun hemm ukoll kategorija “oħrajn” għal dawk l-inċidenti li jistgħu jkunu rari wisq biex jiġġustifikaw kategorija separata, jew li jistgħu jitqiesu bħala theddida jew vulnerabbiltà ġdida. Madankollu, din l-għażla jenħtieġ li tintuża biss meta l-ebda waħda mill-kategoriji l-oħrajn ma tidher xierqa..
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/247/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)