|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3992 |
21.6.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(C/2024/3992)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.
Il-Kunsill irċieva informazzjoni mill-awtoritajiet Tuneżini li ser tiġi kkunsidrata fil-qafas tar-rieżami annwali tal-miżuri restrittivi li jikkonċernaw il-persuni kollha elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011. Il-persuni kkonċernati huma b'dan infurmati li huma jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni marbuta magħhom, qabel it- 28 ta' Ġunju 2024 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3992/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)