22001D0043



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0055 - 0056


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 43/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2000 tas-27 ta' Ottubru 2000 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema li Jmorru Jaħdmu Barra minn Pajjiżhom Nru 176 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 dwar ir-rifużjoni mill-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru ta' l-ispejjeż imġarrba matul żjara fi Stat Membru ieħor permezz ta' proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (96/249/KE) [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li Jmorru Jaħdmu barra minn pajjiżhom Nru 109, dak iż-żmirn inkorporata fil-Ftehim, ġiet mibdula bid-Deċiżjoni Nru 175,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. It-test tal-punti 3.16 (Direttiva Nru 109) u 3.45 (Deċiżjoni Nru 161) għandu jiġi mħassar.

2. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 3.54 (Deċiżjoni Nru 175):

"3.55 32000 D 0582: Id-Deċiżjoni Nru 176 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 dwar ir-rifużjoni mill-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru ta' l-ispejjeż imġarrba matul żjara fi Stat Membru ieħor permezz ta' proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (96/249/KE) (ĠU L 243, tat-28.9.1999, p. 42)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 176 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 7, tat-11.1.2001, p. 1.

[2] ĠU L 243, tat-28.9.2000, p. 42.

[3] Ebda htigiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------