1993R0959 — MT — 01.01.2007 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 959/93

tal-5 April 1993

dwar l-informazzjoni statistika li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar uċuħ tar-raba' minbarra ċereali

(ĠU L 098, 24.4.1993, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2197/95 tat-18 ta’ Settembru 1995

  L 221

2

19.9.1995

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 296/2003 tas-17 ta’ Frar 2003

  L 43

18

18.2.2003

►M3

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 236

33

23.9.2003



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 959/93

tal-5 April 1993

dwar l-informazzjoni statistika li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar uċuħ tar-raba' minbarra ċereali



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi, sabiex twettaq id-dmirijiet imposti fuqha mit-Trattat u mir-regolamenti dwar il-politika agrikola komuni, il-Kummissjoni jeħtieg li jkollha informazzjoni affidabbli, komparabbli u aġġornata, stabbilita permezz ta' metodi oġġettivi, dwar żoni taħt kultivazzjoni, ġabra u produzzjoni ta' uċuħ tar-raba' minbarra ċereali;

Billi huwa xieraq li tiġi rikonoxxuta l-importanza tas-settur tal-produzzjoni taċ-ċereali għall-organizzazzjoni u għall-amministrazzjoni tas-swieq agrikoli, li jfisser illi l-istħarriġ ta' l-istatistika meħtieġ għandu jitmexxa dejjem iżjed abbażi tar-regoli Komunitarji;

Billi għandha tiġi meqjusa l-esperjenza akkwistata mis-servizzi ta' l-istatistika b'dan l-istħarriġ fuq medda ta' ħafna snin;

Billi l-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jiddefinixxi l-informazzjoni dwar l-istatistika li trid tiġi provduta, li jippreskrivi livell sodisfaċenti ta' affidabbiltà u li jistabbilixxi informazzjoni teknika addizzjonali meħtieġa sabiex jiġu evalwati ċ-ċifri tal-produzzjoni, li jagħmel mezz li l-istħarriġ dwar l-arja u l-produzzjoni jkun oġġettiv u rappreżentattiv permezz ta' skambju wiesgħa ta' esperjenzi li jinvolvi laqgħat u rapporti, u li jiffissa t-termini ta' żmien li jridu jintlaħqu;

Billi, fir-rigward ta' xi prodotti ta' l-uċuħ tar-raba' minbarra ċ-ċereali, hija meħtieġa wkoll il-komunikazzjoni ta' informazzjoni reġjonali fuq bażi annwali;

Billi huwa xieraq li l-Kummissjoni tippreżenta rapport wara esperjenza ta' tliet snin ta' dan ir-Regolament, flimkien ma', jekk ikunu meħtieġa, proposti sabiex jittejjeb l-istħarriġ għall-istatistika;

Billi, matul perjodu transitorju, it-tibdil li għandu jsir fil-metodi ta' l-istatistika jinvolvi aktar xogħol għall-Istati Membri, li jeħtieg kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, u l-ammont li hu meqjus neċessarju għandu jkun ta' miljun ECU fis-sena;

Billi, minkejja li l-ġbir u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni u l-organizzazzjoni ta' l-istħarriġ fuq livell nazzjonali għandhom jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-servizzi ta' l-istatistika ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel ċert li jseħħu l-ġbir, il-kordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika fuq livell Ewropew u għandha tipprovdi għal metodoloġiji armonizzati għall-amministrazzjoni tal-politika Komunitarja;

Billi, sabiex tkun aktar faċli l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tkompli l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, partikolarment permezz tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola stabbilit mid-Deċizjoni 72/279/KEE ( 3 ),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



TAQSIMA I

L-għanijiet

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Komunità b'informazzjoni annwali dwar il-produzzjoni u l-arja ta' l-uċuħ tar-raba', minnbarra ċ-ċereali, kif specifikat fl-Artikoli 2 u 6 ta' dan ir-Regolament, b' attenzjoni xierqa għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta' l-informazzjoni soġġetta għall-kunfidenzjalità ta' l-istatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej ( 4 ).



TAQSIMA II

L-informazzjoni li trid tingħata fuq livell nazzjonali

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar żoni prinċipali u żoni sekondarji, skond id-definizzjonijiet mogħtija fl-Anness I, kull sena għal kull tip ta' użu ta' art li tinħarat elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri indikati fl-Anness IX biss huma obbligati li jinkludu żoni sekondarji fl-istħarriġ ta' l-istatistika ta' kull sena u li jagħtu informazzjoni dwar dawk iż-żoni.

2.  Barraminnhekk, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar iż-żoni prinċipali ta' mergħat permanenti u wċuh tar-raba permanenti u dwar żoni oħrajn skond kif huwa mniżżel rispettivament fl-Anness II, taħt l-intestaturi K, L, M u N. Dik l-informazzjoni tista' tinkiseb totalment jew parzjalment minn metodi ta' teknika ta' l-osservazzjoni ta' l-art u minn egħjun oħrajn apparti mill-istħarriġ komprensiv imsemmi fl-Artikolu 3 (1), u dawk l-egħjun mhux neċessarjament iridu jkunu stħarriġ annwali.

3.  Kull Stat Membru għandu wkoll jipprovdi informazzjoni annwali dwar dawn li ġejjin:

— il-ġabra medja, u

— il-produzzjoni maħsuda, għal kull prodott kif speċifikat fl-Anness III.



TAQSIMA III

Metodi, u speċifikazzjonijiet

Artikolu 3

1.  Għall-ispeċifikazzjoni f'kull Stat Membru ta' l-użu ta' l-art li tinħarat imsemmija fl-Anness II, għandha tinkiseb informazzjoni dwar iż-żoni prinċipali minn stħarriġ wieħed annwali komprensiv ta' l-istatistika li għandu jieħu l-forma ta' ċensiment jew ta' stħarriġ rappreżentattiv. Dak l-istħarriġ jista' jinkludi ż-żona agrikola l-oħra utilizzata apparti mill-art li tinħarat.

2.  Wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jużaw egħjun amministrattivi għal informazzjoni dwar art li tinħarat miksuba mill-istħarriġ komprensiv imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  Meta la l-istħarriġ għall-istatistika dwar uċuħ tar-raba' permanenti, dwar mergħat permanenti u dwar partijiet oħrajn taż-żona agrikola utilizzata (kif definit fl-Anness II, titoli K, L, M u N) għal sena speċifika u l-anqas l-estimi annwali dwar bidliet fl-użu ta' l-art ta' dawk l-oġġetti ma huma disponibbli minn egħjun tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jagħtu stimi għal dik is-sena għal dawk l-oġġetti.

4.  L-istħarriġ ġenerali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir permezz ta' metodi ta' statistika rikonoxxuti li jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar kwalità, oġġettività u affidabbiltà.

5.  L-Istati Membri elenkati fl-Anness IX jistgħu jagħżlu bejn żewġ metodi metodoloġiċi differenti għall-istħarriġ dwar l-użu ta' l-art, skond id-definizzjonijiet fl-Anness I:

— jew metodi ta' “dak il-ħin” li jirreferi għaż-żona prinċipali fil-ħin ta' l-istħarriġ b'informazzjoni addizzjonali dwar iż-żona sekondarja aktar 'il quddiem,

— jew evalwazzjoni “ex-post” dwar l-użu ta' l-art (li tirreferi għaż-żona prinċipali u sekondarja fl-istess stħarriġ) li ssir fit-tmiem ta' l-istaġun tal-ħsad. L-Istati Membri msemmija fl-Anness IX biss għandhom jispeċifikaw żoni sekondarji.

6.  L-informazzjoni għal żoni ta' importanza marginali, kif imsemmija fl-Anness VIII, tista' tinkiseb minn egħjun oħra ta' informazzjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament.

7.  Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din it-taqsima, jista' jsir ftehim dwar arranġamenti temporanji skond l-Artikolu 8 (3).

Artikolu 4

1.  Fil-kas ta' stħarriġ ta' kampjuni dwar iż-żoni prinċipali ta' art li tinħarat, il-kampjuni għandhom jiġu mfassla sabiex b'tali mod li jkunu rappreżentattivi ta' mill-anqas 95 % taż-żona totali ta' dik l-art bl-uċuħ tar-raba apparti minn ċereali.

L-informazzjoni dwar l-oqsma prinċipali għandha tiġi supplimentata bi stima li tiddependi fuq informazzjoni minn egħjun oħrajn u li jkollhom x'jaqsmu maż-żona ta' l-art li tinħarat m'hijiex koperta bil-kampjun u li jkollha uċuħ tar-raba minbarra ċereali.

2.  L-istħarriġ dwar mergħat permanenti, uċuħ tar-raba permanenti u partijiet oħrajn taż-żoni agrikoli utilizzati minbarra art li tinħarat għandu jkun kemm jista' jkun rappreżentattiv. Mergħat permanenti għandhom jinkludu wkoll il-partijiet taż-żoni agrikoli utilizzati barra impriżi agrikoli.

3.  L-istħarriġ li jsir bħala kampjun dwar iż-żoni prinċipali ta' art li tinħarat għandu jkun imfassal sabiex, f'kull Stat Membru u għal kull wieħed mill-gruppi separati taż-żoni prinċipali (kif speċifikat fl-Anness IV) ta' mill-anqas wieħed miż-żewg kriterji segwenti jiġu sodisfatti:

(a) il-koeffiċjent tal-varjazzjoni ma jeċċedix dak mogħti fl-Anness IV;

(b) l-iżball standard ma jeċċedix dak mogħti fl-Anness IV.

4.  Il-grad ta' reqqa meħtieg għall-estimi taż-żoni ta' mergħat permanenti, uċuħ tar-raba permanenti u partijiet oħrajn taż-żoni agrikoli utilizzati minbarra l-art li tinaħarat għandu jiġi deċiż skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu12, la darba l-Istati Membri jkunu bagħtu lill-Kummissjoni r-rapporti li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 8 (1).

Artikolu 5

1.  Stħarriġ dwar il-produzzjoni jew il-ġabra għandu jitmexxa billi jintużaw metodi ta' l-istatistika rikonoxxuti fir-rigward tal-kwalità, l-oġġettività u l-affidabbiltà.

2.  Wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jużaw egħjun amministrattivi bħala sostituti għad-informazzjoni miġbura mill-istħarriġ dwar il-produzzjoni jew il-ġabra kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  Il-grad ta' reqqa li għandu jkun meħtieg għall-estimi tal-produzzjoni ta' kull wiċċ tar-raba fl-Anness III għandu jiġi deċiż skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, la darba l-Istati Membri jkunu għaddew lill-Kummissjoni r-rapporti li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 8 (1).

4.  Kull informazzjoni supplimentari meħtieġa għall-istandardizzazzjoni ulterjuri ta' l-estimi tal-produzzjoni għandha tiġi deċiza skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, la darba l-Istati Membri jkunu għaddew lill-Kummissjoni r-rapporti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 8 (1).



TAQSIMA IV

L-informazzjoni li għandha tiġi provduta fuq livell reġjonali

Artikolu 6

1.  Għandha tintbagħat informazzjoni annwali dwar iż-żoni kultivati, il-ġbir u l-produzzjoni maħsuda għall-uċuħ tar-raba' indikati fl-Anness V skond il-livelli reġjonali definiti fl-Anness VI. Iż-żoni kultivati huma definiti fl-Anness V.

Meta ebda informazzjoni ma tkun disponibbli għal sena speċifika fir-rigward ta' uċuħ tar-raba' permanenti, mergħat permanenti u partijiet oħrajn taż-żona agrikola utilizzata (kif definit fl-Anness II taħt it-titoli K, L, M u N) l-Istati Membri jistgħu jipprovdu estimi għal dik is-sena fir-rigward ta' dawk l-oġġetti, kif speċifikat fl-Anness V.

2.  L-Istati Membri huma obbligati li jipprovdu informazzjoni dwar żoni u prodotti biss fir-rigward ta' uċuħ tar-raba' li ż-żona tagħhom teċċedi l-livell ta' importanza marġinali kif indikat fl-Anness VIII.

3.  L-Istati Membri huma obbligati li jipprovdu informazzjoni dwar żoni kultivati kif definiti fl-Anness V u dwar il-produzzjoni maħsuda biss fir-rigward tar-reġjuni l-aktar importanti għal kull wieħed mill-uċuħ tar-raba' speċifikati. Għal kull wieħed minn dawk il-uċuħ tar-raba', l-informazzjoni għandha tingħata għal dawk ir-reġjuni, li meta jittieħdu flimkien, u jkunu rranġati f'ordni dixxendenti, jirrappreżentaw mill-anqas 80 % taż-żona b'dak il-wiċċ tar-raba' fl-Istat Membru involut.



TAQSIMA V

Termini ta' żmien, skambju ta' esperjenzi u arranġamenti transizzjonali

Artikolu 7

1.  Is-sena kalendarja li fiha jibda l-ħsad għandha tissejjaħ hawnhekk iżjed 'il quddiem 'is-sena tal-ħsad'.

2.  Għall-oġġetti ta' użu fuq l-art mogħtija fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni nazzjonali proviżorja dwar iż-żona kultivata mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru tas-sena tal-ħsad. L-informazzjoni finali dwar dawk iż-żoni kultivati għandha tiġi provduta mhux aktar tard mill-1 ta' April wara s-sena tal-ħsad.

3.  L-estimi inizjali tal-ġbir nazzjonali u l-figuri ta' produzzjoni dwar il-prodotti speċifikati fl-Anness VII għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mit-termini ta' żmien indikati f'dak l-Anness. Il-ġbir proviżorju u l-figuri ta' produzzjoni dwar il-prodotti speċifikati fl-Anness III għandhom jiġu provduti mhux aktar tard mill-15 ta' April u l-figuri finali sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru, it-tnejn li huma fis-sena ta' wara s-sena tal-ħsad.

4.  Jekk il-figuri tal-ġabra u tal-produzzjoni jirreferu għal informazzjoni riveduta taż-żona, din ta' l-aħħar għandha tingħata wkoll.

5.  L-informazzjoni reġjonali li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 6 għandha tingħata fl-istess ħin tal-figuri finali fuq livell nazzjonali u għandha tkun konsistenti magħhom.

Artikolu 8

1.  Fi żmien tnax-il xahar tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħtu rapport metodoloġiku dettaljat lill-Kummissjoni li jiddeskrivi kif inġabret l-informazzjoni dwar iż-żona utilizzata, l-art li tinħarat u ż-żona bl-uċuħ tar-raba individwali. L-Istati Membri għandhom ukoll jispjegaw kif il-ġabra u l-produzzjoni ġew kalkolati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u, fejn ikun xieraq fir-reġjuni, u għandhom jindikaw kemm huma rappreżentattivi u affidabbli dawk il-figuri. Il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiġbor sommarju tar-rapporti.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur, dwar kull modifika li ssir fl-informazzjoni msemmija taħt il-paragrafu 1.

3.  Jekk ċerti rapporti metodoloġici juru li Stat Membru ma jistax, fil-futur immedjat, jissodisfa l-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament u jekk ikun meħtieġ tibdil fil-metodi ta' teknika ta' l-istħarriġ u fil-metodoloġija, il-Kummissjoni tista', b'koperazzjoni ma' l-Istat Membru, tiffissa perjodu ta' transizzjoni ta' mhux aktar minn sentejn għall-introduzzjoni ta' programm ta' stħarriġ skond dan ir-Regolament.

4.  Ir-rapporti metodoloġiċi, l-arranġamenti transizzjonali, id-disponibbiltà ta' l-informazzjoni, u l-kredibbiltà ta' l-informazzjoni u kwistjonijiet oħra relevanti konnessi ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu eżaminati darbtejn fis-sena fi ħdan il-Grupp ta' Xogħol tal-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola.

Artikolu 9

Sa mhux aktar tard mit-tmiem ta' l-1995, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

— rapport dwar l-esperjenza akkwistata mill-istħarriġ ta' l-istatistika u l-estimi mwettqa skond dan ir-Regolament,

— jekk ikun meħtieġ, proposti għat-titjib u għall-armonizzazzjoni ta' l-arranġamenti fis-seħħ fl-Istati Membri.

Artikolu 10

L-Annessi I sa IX għandhom jiġu emendati, meta jinqala' l-bżonn, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12.



TAQSIMA VI

L-arranġamenti finanzjarji

Artikolu 11

1.  Il-Komunità għandha tagħti lill-Istati Membri kull sena għall-perjodu bejn l-1993 u l-1995 kontribuzzjoni għall-ispiża li tkun intefqet fix-xogħol li jkun sar sabiex jittejbu l-bażijiet metodoloġiċi u l-komparabbiltà ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 6; l-ammont meqjus neċessarju għal din il-kontribuzzjoni għandu jkun ta' miljun ECU fis-sena.

2.  L-awtorità tal-budget għandha tistabbilixxi l-approprjazzjonijiet disponibbli għal kull sena finanzjarja.

3.  L-ammont tal-kontribuzzjoni li għandu jingħata lil kull Stat Membru għandu jiġi deċiż fid-dawl tat-talbiet magħmula mill-Istati Membri u skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu12.



TAQSIMA VII

Disposizzjonijiet finali

▼M3

Artikolu 12

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permnenti dwar l-Istatistika Agrikola, minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.

2.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 5 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

▼B

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET

I.    SURVEY UNIT

Survey unit hija jew art li tinħarat (kif definit fl-Anness II) ta' ażjenda ta' l-agrikoltura ( 6 ) jew waħda mill-biċċiet ta' l-art magħżula bħala unitajiet f'survey komprensiv ta' l-art li tinħarat ta' Stat Membru.

II.A.   EVALWAZZJONI 'EX-POST' DWAR L-UŻU TA' L-ART

L-arji prinċipali u sekondarji ta' survey unit huma kklassifikati kif ġej:

L-arja ta' survey unit

1.    Każ ġenerali

L-arja prinċipali ta' biċċa partikolari ta' survey unit hija, fil-każ ġenerali, meta l-biċċa art għandha biss użu wieħed matul annata, ddefinita b'dak l-użu b'mod ċar. (f'dan il-każ l-arja sekondarja ta' dik il-biċċa art tkun żero).

2.    Każijiet speċjali

2.1.   Ħsad suċċessiv

L-arja prinċipali: Jekk il-biċċa ta' l-art li tinħarat hija użata iktar minn darba matul annata (ħsad suċċessiv), u l-arja kull darba kellha ħsad wieħed biss, allura l-arja prinċipali hija dik li għandha l-ogħla valur. Jekk il-valur tal-produzzjoni ma jiddeterminax liema hu l-ħsad prinċipali, allura il-ħsad priċipali huwa dak li jokkupa l-art għall-itwal perjodu ta' żmien.

L-arja sekondarja: L-użi l-oħra kollha huma mbagħad meqjusa bħala arji sekondarji.

2.2.   Ħsad ikkumbinat

L-arja prinċipali: Jekk il-biċċa ta' l-art li tinħarat hija użata matul l-istaġun tat-tkabbir ta' annata partikolari għall-istess taħlita ta' ħsad fissa (ħsad ikkumbinat), allura l-arja prinċipali hija maqsuma pro rata bejn il-ħsad in kwistjoni.

L-arja sekondarja: F'dan il-każ ma jkunx hemm arja sekondarja.

2.3.   Taħlita ta' ħsad suċċessiv u kkumbinat

L-arja prinċipali: Jekk il-biċċa ta' l-art li tinħarat hija użata iktar minn darba matul annata partikolari u b' taħlita ta' ħsad suċċessiv u kkumbinat, allura kull taħlita ta' ħsad li tokkupa l-art matul l-istess perjodu ta' żmien hija evalwata separatament, u it-taħlita jew il-ħsad singolu bl-ogħla valur huwa meqjus bħala l-arja prinċipali. Meta l-arja hija użata għall-ħsad ikkumbinat, l-arja prinċipali hija maqsuma pro rata bejn il-ħsad in kwistjoni.

L-arja sekondarja: L-użi l-oħra kollha huma mbagħad meqjusa bħala arji sekondarji.

II.B.   EVALWAZZJONI TA' DAK IL-ĦIN DWAR L-UŻU TA' L-ART

L-arja prinċipali jew l-arja reġistrata ta' biċċa partikolari ta' survey unit hija definita bħala l-utilizzazzjoni attwali ta' l-art li tinħarat f'ħin partikolari matul annata partikolari li jiġi deċiż bħala data tar-referenza għas-survey dwar l-użu ta' l-art.

Fil-każ ta' ħsad ikkumbinat (ara l-punt II.A. 2.2) l-arja prinċipali jew l-arja irreġistrata hija maqsuma pro rata bejn il-ħsad in kwistjoni.

▼M2




ANNESS II

L-ISPEĊIFIKAR TA’ ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1) U (2)



Deskrizzjoni

kO Kodiċi ġdid tal-Cronos

Żona prinċipali jew żona reġistrata (Ha) (6)

Żona sekondarja jew żona miżjuda (Ha) (6)

A.  Total ta' ċereali (1)

 

1050

 

 (8)

—  Ross (1)

 

1250

 

 (8)

B.  Legumi mnixxfa

 (7)

1300

 
 

—  Piżelli ħadra

 (7)

1320

 
 

—  Piżelli mnixxfa oħra

 

1311

 
 

—  Ful u favetta

 (7)

1335 (inc. 1338)

 
 

—  Fażola/favetta mnixxfa

 (7)

1331

 
 

—  Lupini

 (7)

1343

 
 

—  Legumi mnixxfa oħrajn

 

1341, 1342, 1349

 
 

C.  Prodotti ta' l-egħruq

 (7)

1350

 
 

—  Patata

 (7)

1360

 
 

—  Pitravi taz-zokkor

 (7)

1370

 
 

—  Ghalf tal-pitravi

 (7)

1381

 
 

—  Prodotti ta' l-egħruq oħrajn

(eż. għalf tal-kaboċċi, nevew)

 

1382

 
 

D.  Pjanti industrijali

 (7)

1400

 
 

—  Rapa u rapa ta' nevew

 (7)

1420

 
 

—  Żerriegħa tal-ġirasol

 (7)

1450

 
 

—  Żerriegħa tal-kittien

 (7)

1460

 
 

—  Sojja

 (7)

1470

 
 

—  qoton

 (7)

1540

 
 

—  Żerriegħa oħra li minnha jingħasar iż-żejt (eż. peprina. mustarda, ġulġlien, eċċ.)

 

1480 (excl. 1490)

 
 

—  Kittien

 (7)

1520

 
 

—  Qanneb

 (7)

1530

 
 

—  Tabakk

 (7)

1550

 
 

—  Hops

 (7)

1560

 
 

—  Uċuh tar-raba oħrajn

 

1510

 
 

—  Pjanti industrijali oħrajn

 

1570

 
 

Li minnhom:

Ċikwejra għall-kafè

 

1571

 
 

Ċikwejra għall-inulina

 

1572

 
 

Pjanti mediċinali jew aromatiċi għat-

 

1580

 
 

Pjanti industrijali n.e.i.

 

1589

 
 

E.  Għalf u mergħa minn raba' li jinħarat

 (7)

2610

 
 

—  Ġħalf aħdar ta' kull sena:

 

2611

 
 

—  Qamħirrum

 (7)

2625

 
 

—  Ġħalf aħdar għajr qamħirrum

 (7)

2612

 
 

—  Għalf ta' kull sena

 (7)

2671, 2672, 2673

 
 

—  Ħxejjex u għalf ta' natura temporanja

 (7)

2680

 
 

F.  Ħaxix frisk (inkluż il-frawli)

 

(1600 + 2260)

 

 (8)

—  fuq barra jew taħt, fil-baxx, mhux aċċessibbli għatu (2)

 
 
 
 

G.  Fjuri u pjanti ornamentali

 

3001

 

 (8)

—  fuq barra jew taħt, fil-baxx u mhux aċċessibbli għatu (2)

 
 
 
 

H.  Żoni fejn isir il-ħsad taż-żriragħ (3)

 

3310

 

 (8)

I.  Raba' mhux maħduma (inkluż tidmil bil-ħaxix)

 

2696

 

 (8)

J.  Art tajba għall-ħrit (A-I) (2)

 

0001

 

 (8)

K.  Art dejjem mimlija ħaxix għall-mergħa

 

0002

 

 (8)

L.  Raba' dejjem bl-uċuh tar-raba (eskluż il-frawli)

 

(0003-2260)

 

 (8)

li minnu:

Għelieqi miżrugħin siġar tal-frott

 

2040

 

 (8)

Għelieqi dwieli

 

2410

 

 (8)

Pjantaġġuni taż-zebbuġ

 

2450

 

 (8)

M.  Uċuh tar-raba mgħottija bil-ħġieġ (4)

 

1111

 

 (8)

li minnhom

Ħaxix frisk

 

1112

(*)

 (8)

Fjuri u pjanti ornamentali

 

1113

(*)

 (8)

Uċuh tar-raba permanenti

 

1114

(*)

 (8)

N.  Żoni oħra inkluż ġonna fejn jikbru il-ħxejjex ta' l-ikel (5)

 

0004

 

 (8)

O.  Żona ta' l-Agrikoltura wżata (A-I) + (K-N)

 

0005

 

 (8)

(1)    Data dwar ċereali u ross diġa' miġbura skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 (ĠU L 88, tat-3.4.1990, pġ.1).

(2)   Uċuh tar-raba mgħottija bil-ħġieg jew għata għoli (aċċessibbli) huma esklużi (Kodiċijiet ta' l-isħarriġ fuq l-istruttura D/15, D/17 u G/07) bħalma huam l-ġonna fejn jikbru l-ħxejjex ta' l-ikel.

(3)   Kif definit skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 (l-Anness I: Kodiċi D19) ta' l-24 ta' Jannar 2002.

(4)   Uċuh tar-raba mgħottija bil-ħġieġ jew għata għoli (aċċessibbli) inkluż ħaxux frisk, fjuri u pjanti ornamentali kif ukoll l-uċuh kollha tar-raba mgħottija

(5)   bil-ħġieġ.

(6)   Il-kunsinna tad-data dwar żoni okkupati minn ġonna fejn jikbru l-ħxejjex ta' l-ikel m'hijiex obbligatorja għad-Danimarka, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja u

(7)   r-Renju Unit.

(8)   Ara d-definizzjoni fl-Anness I.




ANNESS III

L-ISPEĊIFIKAR TAL-PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(3)

image




ANNESS IV

L-ISPEĊIFIKAR TA’ L-EŻATTEZZA MEĦTIEĠA F’KULL STAT MEMBRU GĦALL-GRUPPI TA’ ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)



Kodiċi ġdid tal-Cronos

Deskrizzjoni

Ko-effiċjent massimu aċċettabbli ta' varjazzjoni (%)

Żball massimu standard aċċettabbli (ha)

1300

B.  legumi mnixxfa

3

5 000

1350

C.  prodotti ta' l-egħruq

3

5 000

1400

D.  pjanti industrijali

3

5 000

2610

E.  Għalf u mergħa minn raba' li jinħarat (1)

3

5 000

(1600 + 2260)

F.  Ħaxix frisk (inkluż il-frawli)

3

5 000

2696

I.  Raba' mhux maħduma (inkluż tidmil bil-ħaxix)

3

5 000

(1)   Għalf u mergħa minn raba' li jinħarat jinkludu:

(a)  għalf aħdar minn raba' li jinħarat (Kodiċi Ġdid Cronos 2611)

(b)  Għalf ta' kull sena (Kodiċi Ġdid Cronos 2671, 2672, 2673)

(c)  Ħxejjex u għalf ta' natura temporanja (Kodiċi Ġdid Cronos 2680)

NB: L-eżattezza għaċ-ċereali u r-ross hija diġa' stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 tas-26 ta' Marzu 1990. L-ittri kbar B, Ċ, D, E, F u I jirreferu għall-intestaturi fl-Anness II.




ANNESS V

L-ISPEĊIFIKAR TA’ ŻONI U PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

image

▼A1




ANNESS VI

POZIOMY REGIONALNE, O KTÓRYCH MOWA W ART. 6



Stati Membri

Tqassim bir-Reġjuni

Belgique — België

Provinces/Provincies — Region wallonne/Vlaams gewest

▼M4

България

NUTS 2

▼A2

Česká republika

kraje — NUTS 3

▼A1

Danmark

—

Deutschland

Bundesländer

▼A2

Eesti

NUTS 2

▼A1

Ελλάδα

Υπηρεσίες περιφερειακής ανάπτυξης (1)

España

Comunidades autónomas

France

Régions de programme

Ireland

—

Italia

Regioni

▼A2

Κύπρος

—

Latvja

NUTS 3

Lietuva

NUTS 3

▼A1

Luxembourg

—

▼A2

Magyarország

tervezési-statisztikai régiók

Malta

NUTS 2

▼A1

Nederland

Provincies

Österreich

►M1  Bundesländer ◄

▼A2

Polska

NUTS 2

▼A1

Portugal

NUTS II (1)

▼M4

România

NUTS 2

▼A2

Slovenija

NUTS 2

Slovensko

NUTS 2

▼A1

Suomi

►M1  

Etel

Sisä-Suomi

Pohjanmaa

Pohjois-Suomi

 ◄

Sverige

►M1  8 Rikosområden ◄

United Kingdom

Standard regions

(1)   L-Informazzjoni reġjonali għandha tkun ipprovduta mhux aktar tard minn tlett snin wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ.

NUTS = Nomenklatura ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika.

▼B




ANNESS VII

TERMINI PERENTORJI GĦALL-PRODOTT INIZJALI U ESTIMI TAL-PRODUZZJONI TA' PRODOTTI MAGĦŻULA FUQ LIVELL NAZZJONALI (ARTIKOLU 7 (3))

image

N.B. Data dwar iċ-ċereali u r-ross diġa qed jinġabru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 ta' 26 ta' Marzu 1990.

▼M2




ANNESS VIII

ŻONI TA’ IMPORTANZA MARĠINALI U ŻONI LI JRIDU JIĠU INKLUŻI FL-ISĦARRIĠ REGOLARI TA’ L-ISTATISTIKA

image

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) A2  

►(242) M4  

►(242) M4  

image

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) A2  

►(102) M4  

►(102) M4  

▼B




ANNESS IX

L-Istati Membri li gejjin ghandhom jinkludu l-arji sekondarji fi statistical survey annwali:

— Il-Grecja

— Spanja

— L-Italja

— Il-Portugal.

Għad-definizzjoni ta' arji sekondarji, ara Anness I.



( 1 ) ĠU Nru C 335, tat-18.12.1992, pġ. 35.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fit-12 ta’ Frar 1993 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU Nru L 179, tas-7.8.1972, pġ. 1.

( 4 ) ĠU Nru L 151, tal-15.6.1990, pġ. 1.

( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

( 6 ) Ara id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/561/KEE tat-26 ta’ Ottubru 1989 (ĠU Nru L 391, 30.12.1989, p.1).