|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/746 |
29.1.2025 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11853 – NOVO HOLDINGS / TA ASSOCIATES / BIOCOMPOSITES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/746)
1.
Fit-22 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Novo Holdings A/S (“Novo Holdings”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Novo Nordisk Fonden (id-Danimarka), |
|
— |
TA Associates Management, L.P. (flimkien mas-sussidjarji tagħha, “TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Matrix Topco Limited (flimkien mas-sussidjarji tagħha, “Biocomposites”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn TA Associates. |
Novo Holdings u TA Associates se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Biocomposites.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Novo Holdings hija kumpannija privata b’responsabbiltà limitata Daniża u l-kumpannija holding ta’ Novo Group. Novo Holdings hija responsabbli għall-ġestjoni tal-assi ta’ Novo Nordisk Fonden permezz ta’ investimenti strateġiċi fix-xjenzi tal-ħajja, is-saħħa planetarja u oqsma relatati u permezz ta’ investimenti ta’ natura finanzjarja u ta’ kapital ta’ riskju f’portafoll wiesa’ ta’ kumpaniji ddedikati għar-riċerka medika u xjentifika, |
|
— |
TA Associates hija ditta globali ta’ ekwità privata b’kumpaniji tal-portafoll attivi f’industriji magħżula, inklużi servizzi ta’ negozju, konsumaturi, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġiji, li topera mad-dinja kollha, |
|
— |
Biocomposites hija attiva fl-iżvilupp ta’ komposti tal-kalċju u prodotti ta’ polimeru ta’ speċjalità għall-użu kirurġiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11853 – NOVO HOLDINGS / TA ASSOCIATES / BIOCOMPOSITES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/746/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)