|
2.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10729 – FOWI / MOL / TOHO / HOKURIKU / ORSTED / JERA / SWANCOR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 218/11)
1.
Fl-20 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui O.S.K. Lines, Ltd (“MOL”, il-Ġappun), |
|
— |
Toho Gas Co., Ltd (“Toho”, il-Ġappun), |
|
— |
Hokuriku Electric Power Company (“Hokuriku”, il-Ġappun), |
|
— |
Orsted InvestCo Ltd (“Orsted”, it-Tajwan), li tappartjeni għal Ørsted A/S (id-Danimarka), |
|
— |
JERA Power International B.V. (“JERA”, il-Ġappun), li tappartjeni għal JERA Co. Inc. (il-Ġappun), |
|
— |
Swancor Holding Co. Ltd (“Swancor”, it-Tajwan), |
|
— |
Formosa I International Investment Co., Ltd (“FOWI”, it-Tajwan). |
MOL, Toho, Hokuriku, Orsted, JERA u Swancor jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ FOWL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MOL hija kumpanija tat-trasport attiva fit-trasport marittimu, fin-negozju ta’ merkanzija xotta bl-ingrossa, fin-negozju tal-enerġija u lil hinn mill-kosta, fin-negozju tat-trasport tal-prodotti u fin-negozji assoċjati, |
|
— |
Toho hija kumpanija tal-gass attiva fin-negozju tal-provvista tas-sħana, in-negozju tal-elettriċità, il-bejgħ ta’ tagħmir u faċilitajiet tal-gass, u l-installazzjoni tal-pajpijiet tal-gass, |
|
— |
Hokuriku tforni l-elettriċità permezz ta’ sistemi integrati ta’ ġenerazzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija, |
|
— |
Orsted hija attiva fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta, impjanti tal-bijoenerġija u soluzzjonijiet innovattivi mill-iskart għall-enerġija u prodotti tal-enerġija intelliġenti. Hija takkwista, tipproduċi, tiddistribwixxi u tinnegozja wkoll l-enerġija u prodotti relatati fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerka; |
|
— |
JERA hija attiva f’attivitajiet ta’ investiment fil-fuel upstream, akkwist tal-fuel, kummerċ u trasport. Hija involuta wkoll fl-iżvilupp u t-tħaddim ta’ impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, |
|
— |
Swancor hija produttur u distributur ta’ materjali kimiċi ta’ speċjalità, inklużi reżini kontra l-korrużjoni għall-użu f’tankijiet u pipelines f’diversi industriji, ċmieni għal impjanti tal-enerġija u reżini tas-sistema epossidika għax-xfafar tat-turbini tar-riħ. |
3.
FOWI tħaddem park eoliku lil hinn mill-kosta fit-Tajwan.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10729 – FOWI / MOL / TOHO / HOKURIKU / ORSTED / JERA / SWANCOR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).