|
20.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 277/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2007
tas-17 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberly Process għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma, (1) kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1038/2007, (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jipprovdi għal lista ta’ l-awtoritajiet tal-Komunità li għandha tinżamm mill-Kummissjoni fl-Anness III; |
|
(2) |
Il-Bulgarija nnominat awtorità tal-Komunità u informat lill-Kummissjoni biha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li ġew ipprovduti biżżejjed provi li din l-awtorità tista’ taqdi l-kompiti tagħha stabbiliti mill-Kapitoli II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 b’mod affidabbli, fil-ħin, effettiv u adegwat. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat nominat fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002, |
|
(4) |
L-Anness III għandu jiġi hekk emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Benita FERRERO-WALDNER
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“L-ANNESS III
Lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19
IL-BELĠJU
|
Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Dienst Vergunningen/Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Service Licence, |
|
Italiëlei 124, bus 71 |
|
B-2000 Antwerpen |
|
Tel. (32-3) 206 94 70 |
|
Fax (32-3) 206 94 90 |
|
E-mail: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be |
Fil-Belġju, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:
|
The Diamond Office |
|
Hovenierstraat 22 |
|
B-2018 Antwerpen |
IL-BULGARIJA
|
Ministry of Finance |
|
External Finance Directorate |
|
102, G. Rakovski str. |
|
Sofia, 1040 |
|
Bulgaria |
|
Tel. (359-2) 98 59 24 01/98 59 24 10/98 59 24 15 |
|
Fax (359-2) 98 12 498 |
|
E-mail: extfin@minfin.bg |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:
|
Generální ředitelství cel |
|
Budějovická 7 |
|
140 96 Praha 4 |
|
Česká republika |
|
Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 38 59, cell (420-737) 213 793 |
|
Fax (420-2) 61 33 38 70 |
|
E-mail: diamond@cs.mfcr.cz |
IL-ĠERMANJA
Fil-Ġermanja, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta’ ċertifikati Komunitarji, jsiru biss fl-awtorità li ġejja:
|
Hauptzollamt Koblenz |
|
Zollamt Idar-Oberstein |
|
Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten |
|
Hauptstraße 197 |
|
D-55743 Idar-Oberstein |
|
Tel.: (49-6781) 56 27-0 |
|
Fax: (49-6781) 56 27-19 |
|
E-mail: poststelle@zabir.bfinv.de |
Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-obbligi ta’ rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja għandha taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:
|
Oberfinanzdirektion Koblenz |
|
Zoll- und Verbrauchsteuerabteilung |
|
Vorort Außenwirtschaftsrecht |
|
Postfach 10 07 64 |
|
D-67407 Neustadt/Weinstraße |
|
Tel. (49-6321) 89 43 49 |
|
Fax (49-6321) 89 48 50 |
|
E-mail: diamond.cert@ofdko-nw.bfinv.de |
IR-RUMANIJA
|
Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor |
|
Direcția Metale Prețioase și Pietre Prețioase |
|
Strada Georges Clemenceau nr. 5, sectorul 1 |
|
București, România |
|
Cod poștal 010295 |
|
Tel. (40-21) 3184635, 3129890, 3121275 |
|
Fax (40-21) 3184635, 3143462 |
|
www.anpc.ro |
IR-RENJU UNIT
|
Government Diamond Office |
|
Global Business Group |
|
Room W 3.111.B |
|
Foreign and Commonwealth Office |
|
King Charles Street |
|
London SW1A 2AH |
|
Tel. (44-207) 008 6903 |
|
Fax (44-207) 008 3905 |
|
E-mail: GDO@gtnet.gov.uk” |