|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3981 |
21.6.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11566 — FIVE ARROWS / CHEETAH / SOLVARES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3981)
1.
Fl-14 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Five Arrows Principal Investments IV Funds (“Five Arrows”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Rothschild & Co SCA (“Rothschild & Co”, Franza), |
|
— |
Cheetah Investment SARL (“Cheetah”, il-Lussemburgu), |
|
— |
Solvares Group GmbH (“Solvares”, il-Ġermanja). |
Five Arrows u Cheetah se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Solvares, li bħalissa tinsab taħt il-kontroll uniku ta’ Cheetah.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Five Arrows tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil firxa ta’ veikoli ta’ ekwità privata u ta’ dejn privat, bħala parti mid-diviżjoni Five Arrows ta’ Rothschild & Co. Rothschild & Co topera fi tliet oqsma ewlenin ta’ attività: (i) id-diviżjoni tal-“konsulenza globali”, li tinkludi servizzi ta’ konsulenza f’fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, finanzjament u ristrutturar tad-dejn u tranżazzjonijiet tas-swieq kapitali; (ii) id-diviżjoni “ġestjoni tal-ġid u tal-assi”, li tiffoka fuq il-preservazzjoni, it-tkabbir u t-trasferiment tal-ġid u l-assi tal-klijenti privati u istituzzjonali; u (iii) id-diviżjoni Five Arrows, li toffri prodotti lil investituri privati u istituzzjonali li jixtiequ jinvestu fis-swieq tal-ekwità privata, |
|
— |
Cheetah hija kumpanija holding organizzata skont il-liġijiet tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu. L-ishma ta’ Cheetah huma miżmuma minn DBAG Expansion Capital Fund, fond ta’ investiment ta’ ekwità privata. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Solvares huma dawn li ġejjin: Solvares hija komposta minn grupp ta’ kumpaniji tas-software li jipprovdu soluzzjonijiet li jottimizzaw ir-riżorsi u l-proċessi għall-klijenti tagħhom fil-ġestjoni tas-servizzi fuq il-post, fil-ġestjoni tal-bejgħ fuq il-post, u fil-loġistika.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata dejjem:
M.11566 — FIVE ARROWS / CHEETAH / SOLVARES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3981/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)