|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3891 |
16.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12457 – INDORAMA / BLACKSTONE / EPL / INDOVIDA INDIA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3891)
1.
Fit-8 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Indorama Netherlands B.V. (“Indorama”, in-Netherlands), ikkontrollata indirettament minn Indorama Ventures Public Company Limited (“IVL Group”, it-Tajlandja), |
|
— |
Epsilon Bidco Pte. Ltd. (“Epsilon”, Singapore), ikkontrollata minn affiljati ta’ Blackstone Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti), |
|
— |
EPL Ltd. (“EPL”, l-Indja), |
|
— |
Indovida India Pte. Ltd. (“Indovida”), l-Indja, ikkontrollata minn Indorama. |
Indorama u Epsilon jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ EPL, inkluża Indovida (assorbita minn EPL).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Indorama hija kumpanija azzjonarja fi ħdan il-Grupp IVL u ma twettaq l-ebda attività ta’ manifattura, kummerċ jew kwalunkwe attività operazzjonali oħra, |
|
— |
IVL Group huwa konglomerat globali involut f’negozji diversifikati (reżini, fibri, imballaġġ, riċiklaġġ u prodotti kimiċi speċjalizzati li jipprovdu soluzzjonijiet), |
|
— |
Epsilon hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment u ma twettaq l-ebda attività oħra ta’ manifattura jew negozju. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża EPL, inkluża Indovida, huma dawn li ġejjin:|
— |
il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-imballaġġ, inklużi tubi tal-plastik laminati u estrużi, tappi u sistemi ta’ għeluq, laminati, u prodotti riġidi tal-imballaġġ tal-PET, inklużi preformi tal-PET, fliexken tal-PET u sistemi ta’ għeluq tal-HDPE. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12457 — INDORAMA / BLACKSTONE / EPL / INDOVIDA INDIA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3891/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)