<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑553/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0553</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:671">EU:C:2012:671</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20121025">25.10.2012</DATE> — KAWŻA C-553/11</P><P>RINTISCH</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade marks</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 89/104/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10(1) u(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Użu ġenwin</KEYWORD><KEYWORD>Użu f’forma, li hija nnifisha ġiet irreġistrata bħala trade mark, li hija differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark</KEYWORD><KEYWORD>Effetti ratione temporis ta’ sentenza</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-553/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20110817">17 ta’ Awwissu 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20111102">2 ta’ Novembru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bernhard Rintisch</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Klaus Eder,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, K. Lenaerts (Relatur), E. Juhász, T. von Danwitz u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal K. Eder, minn M. Douglas, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Bulst, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1) u(2)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill Nru 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B. Rintisch u K. Eder rigward l-użu ġenwin ta’ trade mark, użata f’forma li tkun differenti, fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tagħha, fil-forma li fiha ġiet irreġistrata, peress li l-forma użata kienet hija nnifisha rreġistrata bħala trade mark.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5C(2) tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali, iffirmata f’Pariġi fl-<DATE ISO="18830320">20 ta’ Marzu 1883</DATE>, irriveduta l-aħħar fi Stokkolma fl-<DATE ISO="19670714">14 ta’ Lulju 1967</DATE> u emendata fit-<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 828, Nru 11851, p. 305, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni ta’ Pariġi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-użu ta’ trade mark, mill-proprjetarju, f’forma li tkun differenti, fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark fil-forma li fiha ġiet irreġistrata f’wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni [ikkostitwita mill-Istati li lilhom tapplika l-Konvenzjoni ta’ Pariġi], ma jwassalx għall-invalidazzjoni tar-reġistrazzjoni u ma jnaqqasx mill-protezzjoni mogħtija lit-trade mark.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tnax-il premessa tad-Direttiva 89/104 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>billi l-Istati Membri kollha tal-Komunità huma marbuta mill-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-propjetà industrijali; billi huwa neċessarju li d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma għal kollox konsistenti ma’ dawk tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi; billi l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jirriżultaw minn din il-Konvenzjoni ma jintlaqtux minn din id-Direttiva; billi fejn xieraq, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu [267] tat-[TFUE] huma applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) u(2)(a), tad-Direttiva 89/104, hekk kif iddaħħal mingħajr emendi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> , biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>)</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, f’perijodu ta’ ħames snin wara d-data tat-tlestija tal-proċedura tar-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma wżax it-trade mark ġenwinament fl-Istat Membru relattivament għall-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, jew jekk tali użu ġie sospiż matul perijodu mhux interrott ta’ ħames snin, it-trade mark għandha tkun suġġettibbli għas-sanzjonijiet previsti f’din id-Direttiva, sakemm m’hemmx raġunijiet tajba għan-nuqqas ta’ użu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-segwenti għandhom ukoll jikkostitwixxu użu fis-sens tal-ewwel subparagrafu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-użu tat-trade mark f’forma li tkun differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka [tat-trade mark] fil-forma li fiha ġiet reġistrata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(3) tal-Liġi dwar il-protezzjoni tat-trade marks u sinjali distintivi oħra (Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen), tal-<DATE ISO="19941025">25 ta’ Ottubru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 3082, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>MarkenG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-użu tat-trade mark f’forma li hija differenti minn dik li fiha ġiet irreġistrata huwa wkoll ikkunsidrat bħala użu ta’ trade mark irreġistrata, bil-kundizzjoni li d-differenzi ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark. L-ewwel frażi tapplika anki jekk it-trade mark ġiet irreġistrata f’forma li hija użata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B. Rintisch, rikorrent fil-kawża prinċipali, huwa l-proprjetarju tat-trade marks verbali PROTIPLUS, irreġistrata fl-<DATE ISO="19960520">20 ta’ Mejju 1996</DATE> taħt in-numru 395 49 559.8 u PROTI, irreġistrata fit-<DATE ISO="19970303">3 ta’ Marzu 1997</DATE> taħt in-numru 397 02 429 kif ukoll tat-trade mark verbali u figurattiva Proti Power, irreġistrata fil-<DATE ISO="19970305">5 ta’ Marzu 1997</DATE> taħt in-numru 396 08 644.6. Dawn it-trade marks nazzjonali huma b’mod partikolari rreġistrati għall-prodotti abbażi tal-proteina.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>K. Eder, konvenut fil-kawża prinċipali, huwa l-proprjetarju tat-trade mark verbali sussegwenti Protifit, irreġistrata fil-<DATE ISO="20030211">11 ta’ Frar 2003</DATE> taħt in-numru 302 47 818, għal supplimenti tal-ikel, preparazzjonijiet ta’ vitamini u ikel dijetetiku.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>B. Rintisch ippreżenta rikors intiż sabiex, l-ewwel nett, jikseb il-kunsens minn K. Eder sabiex iħassar it-trade mark Protifit u, t-tieni nett, sabiex jipprojbixxi l-użu tagħha billi jistrieħ fuq id-drittijiet li jirriżultaw mit-trade marks preċedenti tiegħu. Għaldaqstant, huwa bbaża prinċipalment t-talbiet tiegħu fuq it-trade mark PROTI u sussidjarjament, fuq it-trade marks PROTIPLUS u Proti Power. Huwa ukoll talab għall-kundanna tal-konvenut sabiex iħallas id-danni allegatament subiti minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>K. Eder qajjem eċċezzjoni bbażata fuq in-nuqqas ta’ użu tat-trade mark PROTI minn B. Rintisch. Dan tal-aħħar irrisponda li huwa kien għamel użu minn din it-trade mark permezz tal-użu tad-denominazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>PROTIPLUS<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Proti Power<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Il-qorti tal-ewwel istanza ċaħdet it-talbiet ta’ B. Rintisch, minħabba l-fatt li d-drittijiet bbażati fuq it-trade mark PROTI ma setgħux jiġu invokati fil-konfront tat-trade mark Protifit. Meta tressaq l-appell quddiem l-Oberlandesgericht Köln, din l-aħħar qorti kkonfermat iċ-ċaħda tat-talbiet ta’ B. Rintisch.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li ġie ppreżentat rikors għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> minn B. Rintisch quddiem il-Bundesgerichtshof, din l-aħħar qorti tinnnota li, qabel kollox, skont ir-regoli tad-dritt proċedurali Ġermaniż, fl-istadju attwali tal-proċedura, hemm lok li jiġi rikonoxxut il-fatt li, minkejja t-tibdil li dawn jirrappreżentaw fir-rigward tat-trade mark PROTI, id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>PROTIPLUS<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Proti Power<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma jbiddlux il-karattru distintiv ta’ dan it-trade mark u li r-rikorrent għamel użu ġenwin mit-trade marks PROTIPLUS u Proti Power qabel il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Protifit. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tibbaża ruħha fuq il-premessa li t-trade mark PROTI għandha tiġi meqjusa bħala li kienet is-suġġett ta’ użu ġenwin skont l-Artikolu 26(3) tal-MarkenG.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk u, jekk ikun il-każ, f’liema ċirkustanzi t-tieni sentenza tal-Artikolu 26(3) tal-MarkenG hija konformi mal-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Bundesgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi fi kwalunkwe każ li leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-użu ta’ trade mark (trade mark 1) huwa wkoll preżunt meta hija (trade mark 1) tiġi użata f’forma li hija differenti minn dik li biha ġiet irreġistrata, mingħajr ma d-differenzi jbiddlu l-karattru distintiv tat-trade mark (trade mark 1), u li hija wkoll irreġistrata fil-forma li hija użata (trade mark 2)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:</TXT><P>Id-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda hija kompatibbli mad-Direttiva 89/104/KEE, jekk tiġi interpretata b’mod restrittiv bħala ma tapplikax għal trade mark (trade mark 1) li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi [l-kamp ta’] l-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata (trade mark 2), li hija fil-forma li hija użata?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda jew ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ma hemmx użu ta’ trade mark irreġistrata (trade mark 1), fis-sens tal-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva [89/104],</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta l-proprjetarju jagħmel użu minn sinjal f’forma li hija differenti minn dawk li huma rreġistrati t-trade mark (1) u oħra mit-trade marks tiegħu (trade mark 2) fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade marks (trade mark 1 u [trade mark] 2);</P></ITEM><ITEM><P>meta l-proprjetarju jagħmel użu minn sinjali f’żewġ forom, li ebda waħda minnhom ma tikkorrispondi għat-trade mark irreġistrata (trade mark 1), iżda li l-ewwel waħda minnhom (il-forma 1) hija konsistenti ma’ trade mark oħra rreġistrata (trade mark 2) tal-proprjetarju u li t-tieni waħda minnhom (forma 2) hija differenti miż-żewġ trade marks irreġistrati (trade mark 1 u trade mark 2) fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade marks, u li din il-forma (il-forma 2) għandha l-ikbar xebh mat-trade mark l-oħra (trade mark 2) tal-proprjetarju?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni nazzjonali [f’dan il-każ, it-tieni sentenza tal-Artikolu 26(3) tal-Liġi dwar it-Trade marks — Markengesetz] li tmur kontra dispożizzjoni ta’ direttiva [f’dan il-każ, l-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE] tista’ tiġi applikata minn qorti ta’ Stat Membru għal sitwazzjonijiet li kienu diġà nqalgħu qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet sentenza li għall-ewwel darba ħarġet indikazzjonijiet tal-inkompatibilità ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali ma’ dik tad-direttiva [f’din il-kawża, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, Il-Ponte Finanziaria vs UASI […], <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-234/06 P" PAGE.ECR="I-7333" YEAR="2007">C-234/06 P, Ġabra p. I-7333</REF.DOC.ECR>], jekk din il-qorti nazzjonali tikkunsidra li l-aspettattivi li għandha parti fi proċedimenti ġudizzjarji dwar il-validità tad-drittijiet tagħha li huma kostituzzjonalment garantiti huma superjuri għal-implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>K. Eder isostni li t-talba għal domanda preliminari hija inammissibbli minħabba l-fatt li hija irrilevanti għall-kwistjoni fil-kawża prinċipali peress li l-Oberlandesgericht Köln kienet tat id-deċiżjoni tagħha fuq il-kwistjonijiet ta’ fatt u ta’ dritt waqt il-proċeduri quddiem din il-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali. Bl-istess mod, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi mressqa jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenzi tat-<DATE ISO="20050412">12 ta’ April 2005</DATE>, Keller, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/03" PAGE.ECR="I-2529" YEAR="2005">C-145/03, Ġabra p. I-2529</REF.DOC.ECR>, punt 33; tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Lucchini, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-119/05" PAGE.ECR="I-6199" YEAR="2007">C-119/05, Ġabra p. I-6199</REF.DOC.ECR>, punt 43, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Eckelkamp <HT TYPE="ITALIC">et</HT> , <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/07" PAGE.ECR="I-6845" YEAR="2008">C-11/07, Ġabra p. I-6845</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 32).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rifjut mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda konnessjoni mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenzi tal-<DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Banco Español de Crédito, C-618/10, punt 77 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstat li dan ma huwiex il-każ f’din il-kwistjoni. Fil-fatt, l-interpretazzjoni mitluba tal-Artikolu 10(1) u(2)(a) tad-Direttiva 89/104 jista’ jkollha impatt fuq il-kuntest ġuridiku li japplika għall-kawża prinċipali u, għaldaqstant, fuq is-soluzzjoni li hija teżiġi. Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda u t-tielet domanda (a)</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda u tat-tielet domanda tagħha, subparagrafu (a), li huwa xieraq li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata milli jkun jista’, għall-finijiet tal-istabbiliment tal-użu tagħha skont din id-dispożizzjoni, jistrieħ fuq l-użu tagħha f’forma differenti minn dik li biha kienet ġiet irreġistrata mingħajr ma’ d-differenzi bejn dawn iż-żewġ forom ibiddlu l-karattru distintiv ta’ din it-trade mark, u dan minkejja l-fatt li din il-forma differenti hija wkoll irreġistrata bħala trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li, minn naħa, jiġi osservat li l-karattru distintiv ta’ trade mark, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/104, ifisser li din it-trade mark tippermetti li jiġi identifikat il-prodott li għalih kienet ġiet mitluba r-reġistrazzjoni bħala li ġej minn impriża stabbilita u għalhekk li tiddistingwi dan il-prodott minn dawk ta’ impriżi oħra (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Procter &amp; Gamble vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-468/01 P+C-469/01 P+C-470/01 P+C-471/01 P+C-472/01 P" PAGE.ECR="I-5141" YEAR="2004">C-468/01 P sa C-472/01 P, Ġabra p. I-5141</REF.DOC.ECR>, punt 32; tal-<DATE ISO="20041021">21 ta’ Ottubru 2004</DATE>, UASI vs Erpo Möbelwerk, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-64/02 P" PAGE.ECR="I-10031" YEAR="2004">C-64/02 P, Ġabra p. I-10031</REF.DOC.ECR>, punt 42; tat-<DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, Eurohypo vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-304/06 P" PAGE.ECR="I-3297" YEAR="2008">C-304/06 P, Ġabra p. I-3297</REF.DOC.ECR>, punt 66, u tat-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, Smart Technologies vs UASI, C-311/11 P, punt 23).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa xieraq li jiġi rrilevat li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 ma jirriżultax li l-forma differenti li fiha t-trade mark hija użata ma tistax hija wkoll tiġi rregistrata bħala trade mark. Fil-fatt, l-unika kundizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni hija dik li l-forma użata ma tistax tkun differenti mill-forma li fiha kienet irreġistrata din it-trade mark ħlief għall-elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-għan aħħari tal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104, hemm lok li jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni, meta tkun qed teżiġi konformità stretta bejn il-forma użata fil-kummerċ u dik li biha ġiet irreġistrata t-trade mark, tippermetti lill-proprjetarju ta’ din tal-aħħar li jagħmel il-bidliet, fil-każ tal-użu kummerċjali tagħha, lis-sinjal li, mingħajr ma jbiddlu l-karattru distintiv tiegħu, jippermettu li jiġi adattat aħjar għall-eżiġenzi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-promozzjoni ta’ prodotti jew ta’ servizzi rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, dan l-għan aħħari jiġi kompromess kieku, għall-istabbiliment tal-użu tat-trade mark irreġistrata, tiġi pretiża kundizzjoni supplimentari li biha skont il-forma differenti li fiha ġiet użata din it-trade mark ma għandhiex tkun hija stess suġġetta għal reġistrazzjoni bħala trade mark. Fil-fatt, ir-reġistrazzjoni tal-forom il-ġodda ta’ trade mark tippermetti, jekk ikun il-każ, li jiġu antiċipati l-bidliet li jistgħu jsiru lill-immaġni tat-trade mark u, konsegwentement, li tiġi adattata għall-karatteristiċi ta’ suq li qed jiżviluppa.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mit-tnax-il premessa tad-Direttiva 89/104, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għal kollox konsistenti ma’ dawk tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Għaldaqstant, hemm lok li l-Artikolu 10(2)(a) tal-imsemmija direttiva jiġi interpretat f’konformità mal-Artikolu 5C(2) ta’ din il-konvenzjoni. Issa, ma hemm xejn f’din l-aħħar dispożizzjoni li jħalli x’jinftiehem li r-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark għandha bħala konsegwenza li l-użu tagħha ma jistax jibqa’ jiġi invokat sabiex jistabbilixxi l-użu ta’ trade mark oħra rreġistrata li hija differenti biss b’mod li l-karattru distintiv ta’ din tal-aħħar ma jirriżultax mibdul.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-forma li biha trade mark oħra rreġistrata ġiet użata, forma li hija differenti minn dik li biha din l-aħħar trade mark ġiet irreġistrata, li ma tbiddlix il-karattru distintiv ta’ din tal-aħħar, ma tipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tmurx kontra dik li tirriżulta mis-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, u b’mod partikolari mal-punt 86 ta’ din tal-aħħar, imsemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-kawża li waslet għall-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha quddiemha kawża li fil-kuntest tagħha parti kienet qed titlob għall-protezzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ta’ trade marks simili, bil-għan li tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark li għaliha kienet ġiet mitluba r-reġistrazzjoni. Din il-kawża kienet taqa’ taħt l-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), dispożizzjoni li kienet tikkorrispondi, fid-data tal-fatti tal-imsemmija kawża, mal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104, peress li l-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kienu sostanzjalment identiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li ġie deċiż, fil-punt 63 tas-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, li, fil-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ta’ trade marks, il-probabbiltà ta’ konfużjoni tirriżulta b’mod iktar speċifiku mill-fatt li l-konsumatur jista’ jieħu żball fir-rigward tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni u jqis, b’mod żbaljat, li din tagħmel parti minn dan il-grupp jew minn din is-serje ta’ trade marks, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ta’ trade marks, l-użu ta’ numru suffiċjenti ta’ trade marks li jistgħu jikkostitwixxu dan il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew din is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għandu jiġi ppruvat.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet sabiex tiddikjara, fil-punt 64 tas-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, li l-ebda konsumatur ma jista’ jiġi mistenni, fin-nuqqas ta’ użu ta’ numru suffiċjenti ta’ trade marks suxxettibbli li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li jagħraf element komuni fl-imsemmi grupp jew serje ta’ trade marks u/jew li jassoċja ma’ dak il-grupp jew serje trade mark oħra li tinkludi l-istess element komuni. Għaldaqstant, sabiex tkun teżisti probabbiltà li l-pubbliku jiżbalja dwar jekk it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni tagħmilx parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, it-trade marks l-oħra li jagħmlu parti minn dan il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għandhom ikunu preżenti fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest partikolari tal-eżistenza ta’ allegat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>serje<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ trade marks li huwa xieraq li tinftiehem id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 86 tas-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, li tiddikjara li l-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94, u għaldaqstant l-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104, ma jippermettux li tiġi estiża, mill-prova tal-użu tagħha, il-protezzjoni li għandha trade mark irreġistrata meta mqabbla ma’ trade mark oħra rreġistrata, li l-użu tagħha ma ġiex ippruvat, minħabba l-fatt li din tal-aħħar hija biss verżjoni kemxejn immodifikata tal-ewwel waħda. Fil-fatt, l-użu ta’ trade mark ma jistax jiġi invokat sabiex jiġġustifika l-użu ta’ trade mark oħra, peress li l-għan huwa li jiġi stabbilit l-użu ta’ numru suffiċjenti ta’ trade marks tal-istess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel u għat-tielet domanda (a) tkun li l-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata jista’, sabiex jistabbilixxi l-użu tagħha skont din id-dispożizzjoni, jibbaża ruħu fuq l-użu tagħha f’forma li hija differenti minn dik li biha ġiet irreġistrata, mingħajr ma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ forom ibiddlu l-karattru distintiv ta’ din it-trade mark, u dan mikejja l-fatt li din il-forma differenti hija wkoll irreġistrata bħala trade mark.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali intiża sabiex tittrasponi l-imsemmi Artikolu 10(2)(a) fid-dritt nazzjonali fis-sens li din l-aħħar dispożizzjoni ma tapplikax għal trade mark <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>difensiva<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi l-kamp tal-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata, li hija fil-forma li hija użata.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi rrilevat li ma hemm xejn li jista’ jippermetti li tingħata interpretazzjoni lill-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 li teskludi l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal sitwazzjoni bħal dik imsemmija fil-punt preċedenti. Fil-fatt, l-intenzjoni suġġettiva li twassal għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark ma għandha l-ebda rilevanza għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni u, f’dan ir-rigward, tali kunċett ta’ trade marks <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>difensivi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li ma japplikax għalihom, ma għandu l-ebda bażi fid-Direttiva 89/104 u lanqas f’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Mis-suespost jirriżulta li hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali intiża sabiex tittrasponi l-imsemmija Artikolu 10(2)(a) fid-dritt nazzjonali fis-sens li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal trade mark <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>difensiva<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi l-kamp tal-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata, li hija fil-forma li hija użata.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda,(b)</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda (b) tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi dwar il-kwistjoni li jsir magħruf f’liema ċirkustanzi sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħas-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, għandha tipprovdi l-konsegwenzi tagħha, jew uħud minnhom, biss għall-perijodu li jiġi wara d-data li fiha ngħatat.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqajjem it-tielet domanda kollha kemm hi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>f’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda jew ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Fil-każ inkwisjtoni, ir-risposta għat-tieni domanda taqa’ taħt din it-tieni ipotesi.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madakollu, it-tielet domanda (b) hija bbażata fuq il-premessa illi teżisti inkompatibbiltà bejn dispożizzjoni nazzjonali, jiġifieri t-tieni sentenza tal-Artikolu 26(3) tal-MarkenG, u dispożizzjoni ta’ direttiva, f’dan il-każ l-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104. Issa, la r-risposta għall-ewwel domanda u għat-tielet domanda (a), u lanqas dik għat-tieni domanda ma jikkorrispondu ma’ tali premessa.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda (b).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata jista’, sabiex jistabbilixxi l-użu tagħha skont din id-dispożizzjoni, jibbaża ruħu fuq l-użu tagħha f’forma li hija differenti minn dik li biha ġiet irreġistrata mingħajr ma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ forom ibiddlu l-karattru distintiv ta’ din it-trade mark, u dan mikejja l-fatt li din il-forma differenti hija wkoll irreġistrata bħala trade mark.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali intiża sabiex tittrasponi l-imsemmi Artikolu 10(2)(a) fid-dritt nazzjonali fis-sens li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal trade mark <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>difensiva<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi l-kamp tal-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata, li hija fil-forma li hija użata.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>