14.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10866 – F2i / GVM / GENERATION AND SUPPLY BUSINESSES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 351/05)

1.   

Fil-5 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

F2i SGR S.P.A. (l-Italja),

—

Grupo Villar Mir, S.A.U. (“GVM”, Spanja), finalment ikkontrollata mill-azzjonist maġġrotorju tagħha, Juan Miguel Villar Mir (Spanja),

—

Ċerti sussidjarji ta’ Villar Mir Energía, S.L.U. (Spanja), li jappartjenu għal GVM (is-sussidjarji flimkien “Generation Business”).

F2i se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Generation Business.

Barra minn hekk, F2i u GVM se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Energya VM Generación, S.L.U. (is-“Supply Business JV”), li bħalissa hija sussidjarja u proprjetarja kollha kemm hi ta’ GVM.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

F2i hija investitur ta’ ekwità privata b’investimenti fis-setturi li ġejjin: it-trasport u l-loġistika, in-networks tad-distribuzzjoni, it-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija ekoloġika, l-ekonomija ċirkolari u l-faċilitajiet tas-saħħa u soċjali,

—

GVM huwa grupp industrijali tal-familja attiv fil-produzzjoni u l-provvista tal-elettriċità, il-provvista tal-gass, il-produzzjoni ta’ ligi bbażati fuq is-silikon u l-mangani u l-ligi tal-ħadid, u l-promozzjoni tal-proprjetà immobbli,

—

Il-Generation Business huwa attiv fil-produzzjoni tal-enerġija elettriċità, primarjament permezz tal-parks eoliċi, fi Spanja.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi ta’ hawn fuq huma: provvista ta’ elettriċità u gass naturali għall-konsumatur.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10866 – F2i / GVM / GENERATION AND SUPPLY BUSINESSES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.