|
9.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 149/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1139
tat-8 ta’ Ġunju 2023
li jemenda għat-336 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ġunju 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:
“Merai Abdefattah Khalil Zoghbi (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Lebachir, (b) Meri Albdelfattah Zgbye, (c) Zoghbai Merai Abdul Fattah, (d) Lazrag Faraj, (e) Larzg Ben Ila, (f) Muhammed El Besir, (g) F ‘raji di Singapor, (h) F’raji il Libico, (i) Farag, (j) Fredj, (k) Merai Zoghbai (kif elenkat qabel)). Data tat-twelid: (a) 4.4.1969, (b) 4.4.1960, (c) 4.6.1960 (d) 13.11.1960, (e) 14.1.1968, (f) 11.8.1960. Post tat-twelid: (a) Bengasi, il-Libja, (b) Bendasi, il-Libja, (c) il-Marokk, (d) il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Aktar informazzjoni: Iben Wanisa Abdessalam. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.8.2006.”
huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Merai Abdefattah Khalil Zoghbi (skritt oriġinali: مرعي عبدفتاح خليل زغبي) (psewdonimi ta’ kwalità tajba alias: Mohamed Lebachir (imwieled fl-14.1.1968 fil-Marokk), (b) Meri Albdelfattah Zgbye (imwieled fl-4.6.1960 f’Bendasi, il-Libja), (c) Zoghbai Merai Abdul Fattah, (d) Lazrag Faraj (imwieled fit-13.11.1960 fil-Libja), (e) Larzg Ben Ila (imwieled fl-11.8.1960 fil-Libja), (f) Muhammed El Besir, (g) Merai Zoghbai (kif elenkat qabel, bl-Għarbi: مرعي زغبي); pswdonimu ta’ kwalità baxxa: (a) F ‘raji di Singapore, (b) F’raji il Libico, (c) Farag, (d) Fredj (imwieled fit-13.11.1960 fil-Libja)). Data tat-twelid: (a) 4.4.1969, (b) 4.4.1960, (c) 4.6.1960. Post tat-twelid: (a) Bengasi, il-Libja, (b) Bendasi, il-Libja, (c) il-Marokk, (d) il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Aktar informazzjoni: (a) Membru tal-Grupp Ġellied Iżlamiku Libjan, (b) Isem l-omm huwa Wanisa Abdessalam. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.8.2006.”