Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Dioikitiko Efeteio Thessalonikis - Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) - Interpretazzjoni tal-Artikoli 39(1), 10(1), 43, 47(1), 49, 55, 149 u 150 KE - Ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita professjoni rregolata fl-Istat Membru ospitanti qabel u wara r-rikonoxximent tal-ekwivalenza professjonali li tirriżulta miċ-ċertifikati akkademiċi tiegħu miksuba fi Stat Membru ieħor - Kompletar preċedenti, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ franchising, ta’ parti mill-istudji universitarji f’istituzzjoni mhux irrikonoxxuta bħala stabbiliment universitarju mill-Istat Membru ospitanti - Possibbiltà, minħabba r-rifjut ta’ rikonoxximent ta’ tali ċertifikati, li l-ħaddiem jiġi eskluż mill-attività professjonali tiegħu.
Dispożittiv
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti huma, bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, marbuta li jippermettu lil ċittadin ta’ Stat Membru, li għandu diploma skont din id-direttiva maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jeżerċita l-professjoni tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal min għandu diplomi nazzjonali anki jekk din id-diploma
– tiċċertifika tagħlim miksub, b’mod totali jew parzjali, minn stabbiliment li jinsab fl-Istat Membru ospitanti li, skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat, mhuwiex irrikonoxxut bħala ċentru ta’ tagħlim, u
– ma ġietx approvata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.