30.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/170


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 120 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-magni b'kombustjoni interna li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u forestali u f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, it-torque nett u l-konsum speċifiku tal-fjuwil [2015/1000]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-serje ta' emendi 01 tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: Is-26 ta' Lulju 2012

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet u testijiet

6.

Konformità tal-produzzjoni

7.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

8.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' magna jew ta' familja tal-magna

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1.

Karatteristiċi essenzjali tal-magna b'kombustjoni interna u informazzjoni ġenerali dwar it-twettiq tat-testijiet

2.

Komunikazzjoni

3.

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

4.

Metodu biex titkejjel il-potenza netta ta' magna b'kombustjoni interna

5.

Karatteristiċi essenzjali tal-familja tal-magna

6.

Kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni

7.

Dejta teknika tal-fjuwils ta' referenza

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għar-rappreżentazzjoni tal-kurvi bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna, tal-potenza, tat-torque u tal-konsum speċifiku tal-fjuwil b'tagħbija sħiħa, indikati mill-manifattur għall-magni b'kombustjoni interna li jintużaw:

1.1.1.

Fil-vetturi tal-kategorija T (1),

1.1.2.

F'makkinarju mobbli mhux tat-triq (1), li jitħaddem b'veloċità varjabbli jew kostanti.

1.2.   Il-magni b'kombustjoni interna jaqgħu f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

1.2.1.

Magni b'kombustjoni interna b'pistuni b'moviment alternanti (ta' tqabbid bl-ispark plaggs jew ta' tqabbid bil-kompressjoni), iżda bl-esklużjoni ta' magni b'pistuni ħielsa;

1.2.2.

Magni b'pistuni b'moviment rotattiv (ta' tqabbid bl-ispark plaggs jew ta' tqabbid bil-kompressjoni).

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

“Approvazzjoni ta' magna” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta'magna fir-rigward tal-potenza netta tagħha mkejla skont il-proċedura speċifikata fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament;

2.2.

“Approvazzjoni ta' familja tal-magna” tfisser l-approvazzjoni tal-membri ta' familja tal-magna fir-rigward tal-potenza netta tagħhom skont il-proċedura speċifikata fl-Annessi 5 jew 6 ta' dan ir-Regolament;

2.3.

“Tip tal-magna” tfisser il-kategorija ta' magni li għandhom l-istess karatteristiċi essenzjali tal-magna kif hemm speċifikat fl-Anness 1 — Appendiċi 3 ta' dan ir-Regolament;

2.4.

“Familja tal-magna” tfisser ir-raggruppament ta' magni mill-manifattur li, permezz tad-disinn tagħhom, jissodisfaw il-kriterji tar-raggruppament stipulati fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament;

2.5.

“Magna referenzjarja” tfisser magna magħżula minn familja tal-magna b'tali mod li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament;

2.6.

“Potenza netta” tfisser il-potenza miksuba fuq bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft jew l-ekwivalenti tiegħu fil-veloċità korrispondenti tal-magna bl-awżiljarji u t-tagħmir elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, u determinat f'kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza;

2.7.

“Potenza netta nominali” tfisser il-potenza netta tal-magna fil-veloċità nominali, kif iddikjarata mill-manifattur;

2.8.

“Potenza netta massima” tfisser il-valur massimu tal-potenza netta tal-magna, imkejjel bit-tagħbija sħiħa tal-magna;

2.9.

“Veloċità nominali” tfisser il-veloċità massima b'tagħbija sħiħa permessa mir-regolatur, kif iddisinjata mill-manifattur, jew jekk ma jkunx preżenti regolatur ta' din ix-xorta, il-veloċità li fiha tinkiseb il-potenza massima mill-magna, kif speċifikata mill-manifattur;

2.10.

“Veloċità tal-potenza netta massima” tfisser il-veloċità tal-magna li fiha l-potenza netta massima tintlaħaq mill-magna, kif speċifikat mill-manifattur;

2.11.

“Veloċità tat-torque massimu” tfisser il-veloċità tal-magna li fiha jintlaħaq it-torque massimu, kif speċifikat mill-manifattur;

2.12.

“Torque massimu” tfisser il-valur massimu tat-torque nett imkejjel bit-tagħbija sħiħa tal-magna.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' magna jew familja tal-magna fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Għandha tkun ippreżentata flimkien ma' tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin: deskrizzjoni tat-tip tal-magna jew tal-familja tal-magna li tinkludi d-dettalji kollha rilevanti msemmija fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

3.3.   Magna rappreżentattiva tat-tip tal-magna li għandu jiġi approvat, jew tal-magna referenzjarja, fil-każ ta' familja tal-magna, installati bit-tagħmir preskritt fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, għandha tintbagħat lis-servizz tekniku li jkun qed jagħmel it-testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk il-potenza tal-magna sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tkejlet skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5 ta' hawn taħt, l-approvazzjoni tat-tip tal-magna jew tal-familja tal-magna għandha tingħata.

4.2.   Għandu jingħata numru ta' approvazzjoni għal kull tip tal-magna jew familja approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi maġġuri l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' magna jew familja.

4.3.   Notifika ta' approvazzjoni jew ta' estensjoni jew ta' rifjut ta' approvazzjoni ta' tip tal-magna jew familja tal-magna skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formula konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Għandha titwaħħal marka ta' approvazzjoni internazzjonali, fejn tidher u f'post li jkun faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formula tal-approvazzjoni, ma' kull magna li tikkonforma mat-tip ta' magna jew familja tal-magna approvat f'dan ir-Regolament, li tkun magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

Inkella, minflok ma jwaħħal dawn il-marki jew simboli ta' approvazzjoni fuq il-magni, il-manifattur jista' jiddeċiedi li kull tip ta' magna approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun akkumpanjat minn dokument li jagħti din l-informazzjoni sabiex il-marki u s-simbolu tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jitwaħħlu mal-vettura.

4.5.   Jekk il-vettura jew il-magna tikkonforma ma' tip jew familja approvati skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn ikun imtenni; f'dak il-każ, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta' l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew fuq il-pjanċa tad-dejta mwaħħla mill-manifattur fuq it-tip approvat.

4.7.   L-Anness 3 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

4.8.   Kull magna li tikkonforma ma' tip ta' magna jew familja ta' magna approvata skont dan ir-Regolament, minbarra l-marka tal-approvazzjoni, għandu jkollha:

4.8.1.

It-trademark (il-marka kummerċjali) jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-magna;

4.8.2.

Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1.   Ġenerali

Il-komponenti li jistgħu jaffettwaw il-potenza tal-magna għandhom ikunu iddisinjati, mibnija u assemblati b'tali mod li jippermettu lill-vettura, waqt l-użu normali tagħha tikkonforma, minkejja l-vibrazzjoni li tista' tkun suġġetta għaliha, mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

5.2.   Deskrizzjoni ta' testijiet għal magni b'kombustjoni interna

5.2.1.   It-test ta' potenza netta jikkonsisti f'ġirja fuq potenza massima għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs u fl-issettjar ta' programm għall-pompa ta' injezzjoni tal-fjuwil fuq tagħbija sħiħa għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni, fejn il-magna tkun mgħammra kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

5.2.2.   Għandu jittieħed għadd ta' kejl suffiċjenti b'veloċitajiet tal-magna differenti sabiex jiġu definiti b'mod korrett il-kurvi tal-potenza, tat-torque u tal-konsum speċifiku tal-fjuwil bejn il-veloċità l-aktar baxxa u dik l-aktar għolja tal-magna rakkomandati mill-manifattur. Din il-medda ta' veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċitajiet rotazzjonali li fihom il-magna tipproduċi l-potenza netta nominali tagħha, il-potenza massima u t-torque massimu tagħha.

5.2.3.   Il-fjuwil użat għandu jkun dan li ġej:

5.2.3.1.

Għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bil-petrol:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta' referenza speċifikat fl-Anness 7.

5.2.3.2.

Għal magnita' tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu b'LPG:

5.2.3.2.1.

Fil-każ ta' magna b'alimentazzjoni ta' fjuwil awtodattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta' referenza speċifikati fl-Anness 7;

5.2.3.2.2.

Fil-każ ta' magna mingħajr alimentazzjoni ta' fjuwil awtodattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta' referenza speċifikat fl-Anness 7 bl-anqas kontenut ta' C3, jew

5.2.3.2.3.

Fil-każ ta' magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta' fjuwil speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil li għalih hija ttekkettata l-magna.

5.2.3.2.4.

Il-fjuwil użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test.

5.2.3.3.

Għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bil-gass naturali:

5.2.3.3.1.

Fil-każ ta' magna b'alimentazzjoni ta' fjuwil awtodattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta' referenza speċifikati fl-Anness 7;

5.2.3.3.2.

Fil-każ ta' magna mingħajr alimentazzjoni ta' fjuwil awtodattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b'indiċi Wobbe ta' mill-anqas 52,6 MJ/m3 (20 °C, 101,3 kPa). Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta' referenza GR speċifikat fl-Anness 7, jiġifieri l-fjuwil bl-ogħla Indiċi Wobbe, jew

5.2.3.3.3.

Fil-każ ta' magna ttikkettata għal medda ta' fjuwils speċifika:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b'indiċi Wobbe ta' mill-anqas 52,6 MJ/m3 (20 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda H ta' gassijiet, jew mill-anqas 47,2 MJ/m3 (20 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda L ta' gassijiet. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta' referenza GR speċifikat fl-Anness 7 jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda H ta' gassijiet, jew il-fjuwil ta' referenza G23 jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda L ta' gassijiet, jiġifieri l-fjuwil bl-ogħla Indiċi Wobbe għall-medda rilevanti, jew (3)

5.2.3.3.4.

Fil-każ ta' magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta' fjuwil speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil li għalih hija ttekkettata l-magna.

5.2.3.3.5.

Il-fjuwil użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test.

5.2.3.4.

Għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta' referenza speċifikat fl-Anness 7.

L-għażla tal-fjuwil tat-test għandha ssir abbażi tal-valuri limitu tal-egżost li t-tip tal-magna jew familja tal-magna jkunu maħsuba biex jikkonformaw magħhom. Abbażi tal-faxex ta' potenza deskritti fir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni (C.I.) li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u forestali u f'makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu li tarmi l-magna, il-fjuwil ta' referenza għandu jintgħażel kif ġej:

 

Anness 7 — It-Tabella 1 għall-firxiet ta' potenza D sa G

 

Anness 7 — It-Tabella 2 għall-firxiet ta' potenza H sa K

 

Anness 7 — It-Tabella 3 għall-firxiet ta' potenza L sa R

Fakultattivament, il-fjuwil ta' referenza speċifikat fl-Anness 7 — It-Tabella 1 jista' jintuża għall-firxiet ta' potenza H sa K.

5.2.4.   Il-kejl għandu jittieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.

5.2.5.   Ir-rapport tat-test għandu jinkludi r-riżultati u l-kalkoli kollha rekwiżiti sabiex tinstab il-potenza netta, kif elenkat fl-appendiċi tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament flimkien mal-karatteristiċi tal-magna elenkati fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

5.3.   Interpretazzjoni tar-Riżultati

5.3.1.   Potenza netta

Il-potenza netta ddikjarata mill-manifattur għat-tip tal-magna (jew magna referenzjarja) għandha tkun aċċettata jekk ma tkunx tvarja, b'aktar mill-valuri indikati fit-tabella ta' hawn taħt, mill-valuri kkoreġuti mkejla mis-servizz tekniku fuq il-magna sottomessa għall-ittestjar.

Tip ta' Magna

Potenza netta nominali [%]

Punti oħra ta' kejl fuq il-kurva [%]

It-tolleranza għall-veloċità tal-magna [%]

Ġenerali

± 2

± 4

± 1,5

Magni tat-tqabbid bl-ispark, b'regolatur, li jieħdu l-petrol.

± 4

± 6

± 4

Magni tat-tqabbid bl-ispark, mingħajr regolatur, li jieħdu l-petrol.

± 4

± 10

± 4

5.3.2.   Veloċità nominali

Il-veloċita nominali ddikjarata mill-manifattur ma għandhiex tiddevja b'iktar minn 100 min– 1 mill-valur imkejjel mis-servizz tekniku fuq il-magna sottomessa għall-ittestjar. Għal magni petrol ta' tqabbid bl-ispark plaggs, il-veloċita nominali ddikjarata mill-manifattur ma għandhiex tiddevja mill-valur imkejjel mis-servizz tekniku fuq il-magna sottomessa għall-ittestjar b'iktar minn 150 min– 1 għal magni pprovduti b'regolatur, u għal magni mingħajr regolatur 350 min– 1 jew 4 fil-mija, skont liema jkun l-iżgħar.

5.3.3.   Konsum tal-fjuwil

Il-kurva tal-konsum speċifiku tal-fjuwil iddikjarata mill-manifattur għat-tip tal-magna (jew magna referenzjarja) għandha tkun aċċettata jekk ma tkunx tvarja b'aktar minn ± 8 % fil-punti kollha tal-kejl mill-valuri mkejla għall-istess punti mis-servizz tekniku fuq il-magna sottomessa għall-ittestjar.

5.3.4.   Familja tal-magna

Fil-każ ta' konformità tal-magna referenzjarja mal-kundizzjonijiet tal-paragrafi 5.3.1 u 5.3.2, l-aċċettazzjoni hija estiża awtomatikament għall-kurvi kollha ddikjarati tal-membri tal-familja.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.

Magni approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b'tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat.

6.2.

Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta' kontroll tal-konformità tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.

7.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' magna jew familja tal-magna skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.1 hawn fuq ma jiġux issodisfati jew jekk magna jew familja tal-magna li għandha marka ta' approvazzjoni ma tkunx konformi mat-tip approvat.

7.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun ingħatat qabel, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

8.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' MAGNA JEW TA' FAMILJA TAL-MAGNA

8.1.   Kull modifikazzjoni ta' tip ta' magna jew familja tal-magna fir-rigward tal-karatteristiċi fl-Anness 1, għandha tkun mgħarrfa lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat itip ta' magna jew familja tal-magna. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:

8.1.1.

Tqis li l-modifiki magħmula mhumiex tali li jista' jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-magna għadha tissodisfa r-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Tesiġi rapport tat-test ġdid mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

8.2.   Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta' approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta' magna jew familja tal-magna approvati skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tavża b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u/jew tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)   “ Indiċi Wobbe (Wl ta' isfel; jew Wu ta' fuq) ” ifisser il-proporzjon tal-valur kalorifiku korrispondenti ta' gass għal kull unità ta' volum u r-radiċi kwadrata tad-densità relattiva tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet ta' referenza:

Formula


ANNESS 1

Karatteristiċi essenzjali tal-magna b'kombustjoni interna u informazzjoni ġenerali dwar it-twettiq tat-testijiet

It-tip tal-magna/magna referenzjarja (1): …

1.   Ġenerali

1.1.   Għamla (isem tal-intrapriża): …

1.2.   It-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali tal-magna referenzjarja — u (jekk applikabbli) tal-familja tal-magna/i (2) …

1.3.   Il-kodiċi tat-tip allokat mill-manifattur kif immarkat fuq il-magna/i (2): …

1.4.   Speċifikazzjoni tal-makkinarju li għandu jiġi mħaddem mill-magna (2): …

1.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.6.   Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur (jekk hemm): …

1.7.   Pożizzjoni, kodiċi u metodu ta' twaħħil tal-identifikazzjoni tal-magna: …

1.8.   Il-pożizzjoni u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni: …

1.9.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

2.   Dokumenti mehmuża

2.1.   Karatteristiċi essenzjali tal-magna/i referenzjarja/i (ara l-Appendiċi 1) …

2.2.   Karatteristiċi essenzjali tal-familja tal-magna (ara l-Appendiċi 2) …

2.3.   Karatteristiċi essenzjali tat-tipi ta' magna fil-familja (ara l-Appendiċi 3) …

3.   Karatteristiċi tal-partijiet tal-makkinarju mobbli relatati mal-magna (jekk applikabbli) …

4.   Ritratti tal-magna referenzjarja …

5.   Lista' ta' dokumenti mehmuża oħra:

5.1.

Appendiċi 1/Appendiċi 2/Appendiċi 3 (1)

5.2.

Kurvi tal-potenza, it-torque u l-konsum speċifiku tal-fjuwil ddikjarati għall-magna/magna referenzjarja u l-magni fil-familja (1)

5.3.

Kwalunkwe dokumenti mehmuża oħra, jekk ikun il-każ: …


(1)  Aqta' barra dak li ma japplikax.

(2)  Elenka t-tipi u l-mudelli.

Appendiċi 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-MAGNA/MAGNA REFERENZJARJA  (1)

1.   Deskrizzjoni tal-magna

1.1.   Manifattur: …

1.2.   Kodiċi tal-magna tal-manifattur: …

1.3.   Il-prinċipju ta' tħaddim: tqabbid bl-ispark plaggs/tqabbid bil-kompressjoni, four-stroke/two-stroke (1)

1.4.   Bor (2): … mm

1.5.   Strowk (2): … mm

1.6.   Numru, arranġament u ordni ta' tat-tqabbid taċ-ċilindri: …

1.7.   Ċilindrata (3): … cm3

1.8.   Proporzjon volumetriku tal-kompressjoni (4): …

1.9.   Deskrizzjoni tas-sistema tal-kombustjoni: …

1.10.   Disinn(ji) tal-kompartiment tal-kombustjoni u r-ras tal-pistun: …

1.11.   Erja minima tas-sezzjoni trażversali tal-port tal-bokka u tal-port tal-iżbokk: …

1.12.   Sistema tat-tkessiħ: likwidu/arja (1)

1.12.1.   Likwidu

1.12.1.1.   In-natura tal-likwidu: …

1.12.1.2.   Pompa/i taċ-ċirkulazzjoni: iva/le (1)

1.12.1.3.   Karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i) (jekk applikabbli): …

1.12.1.4.   Proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni (jekk applikabbli): …

1.12.2.   Arja

1.12.2.1.   Blower: iva/le (1)

1.12.2.2.   Karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i) (jekk applikabbli): …

1.12.2.3.   Proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni (jekk applikabbli): …

1.13.   Temperatura permessa mill-manifattur

1.13.1.   Tkessiħ b'likwidu: temperatura massima fl-iżbokk ta': … K

1.13.2.   Tkessiħ bl-arja: punt ta' referenza: …

1.13.3.   Temperatura massima fil-punt ta' referenza: … K

1.13.4.   Temperatura massima taċ-ċarġ tal-arja fl-iżbokk tal-intercooler (jekk applikabbli): … K

1.13.5.   Temperatura massima tal-egżost fil-punt tal-pajp/ijiet tal-egżost ta' maġenb il-flanġ tal-manifold(s) tal-egżost: … K

Temperatura tal-lubrikant

:

minimu: … K

massimu: … K

1.14.   Ċarġer tal-pressjoni (pressure charger): iva/le (1)

1.14.1.   Għamla: …

1.14.2.   Tip: …

1.14.3.   Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni taċ-ċarġ massima, l-iżbokk għall-pressjoni żejda, jekk applikabbli):

1.14.4.   Inter-cooler: iva/le (1)

1.15.   Is-sistema tad-dħul (intake): vakum tal-manifold massimu permissibbli b'veloċità nominali tal-magna u b'tagħbija ta' 100 %: … kPa

1.16.   Sistema tal-egżost: kontropressjoni tal-egżost massima permissibbli b'veloċita nominali tal-magna u b'tagħbija ta' 100 %: … kPa

2.   Miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

2.1.   Apparat ghar-riċiklagg tal-gassijiet tal-kaxxa tal-krank: iva/le (1)

2.2.   Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti taħt intestatura oħra)

2.2.1.   Konvertitur katalitiku: iva/le (1)

2.2.1.1.   Għamla/għamliet: …

2.2.1.2.   Tip(i): …

2.2.1.3.   Numru ta' konvertituri katalitiċi u elementi: …

2.2.1.4.   Dimensjonijiet u volum tal-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi: …

2.2.1.5.   Tip ta' azzjoni katalitika: …

2.2.1.6.   Ċarġ totali tal-metalli prezzjużi: …

2.2.1.7.   Konċentrazzjoni relattiva: …

2.2.1.8.   Sottostrat (struttura u materjal): …

2.2.1.9.   Densità taċ-ċellula: …

2.2.1.10.   Tip ta' kisi għall-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi: …

2.2.1.11.   Il-pozizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi (post(ijiet) u d-distanza/i massima/i/minima/i mill-magna): …

2.2.1.12.   Medda ta' tħaddim normali (K): …

2.2.1.13.   Reagent konsumibbli (fejn xieraq): …

2.2.1.13.1.   Tip u konċentrazzjoni ta' reaġent meħtieġ għal azzjoni katalitika: …

2.2.1.13.2.   Medda normali tat-temperatura ta' tħaddim tar-reaġent: …

2.2.1.13.3.   Standard internazzjonali (fejn xieraq): …

2.2.1.14.   Senser tal-NOx: iva/le (1)

2.2.2.   Senser tal-ossiġnu: iva/le (1)

2.2.2.1.   Għamla/għamliet: …

2.2.2.2.   Tip: …

2.2.2.3.   Pożizzjoni: …

2.2.3.   Injezzjoni tal-arja: iva/le (1)

2.2.3.1.   Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): …

2.2.4.   EGR (Riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost): iva/le (1)

2.2.4.1.   Karatteristici (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni gholja/pressjoni baxxa, ecc.): …

2.2.5.   Filtru tal-partikuli: iva/le (1)

2.2.5.1.   Dimensjonijiet u kapacità tal-filtru tal-partikuli: …

2.2.5.2.   Tip u disinn tal-filtru tal-partikuli: …

2.2.5.3.   Pożizzjoni (post(ijiet) u distanza/i massima/i/minima/i mill-magna): …

2.2.5.4.   Il-metodu jew is-sistema ta' riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn: …

2.2.5.5.   Temperatura ta' tħaddim normali (K) u medda ta' pressjoni (kPa): …

2.2.6.   Sistemi oħra: iva/le (1)

2.2.6.1.   Deskrizzjoni u tħaddim: …

3.   Alimentazzjoni tal-fjuwil għall-magni ta' tqabbid bil-kompressjoni

3.1.   Il-pompa ta' alimentazzjoni

3.1.1.   Pressjoni jew dijagramma tal-karatteristiċi (4): … kPa

3.2.   Sistema ta' injezzjoni

3.2.1.   Pompa

3.2.1.1.   Għamla/għamliet: …

3.2.1.2.   Tip(i): …

3.2.1.3.   Twassil massimu tal-fjuwil: … mm3  (1)  (4) kull strowk jew ċiklu b'injezzjoni massima b'veloċità tal-pompa ta': … min– 1 (nominali) u … min– 1 (torque massimu) rispettivament, jew dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.2.1.3.1.   Semmi l-metodu użat: fuq il-magna/ fuq il-bank tat-test tal-pompa (1)

3.2.1.4.   Avvanz tal-injezzjoni

3.2.1.4.1.   Kurva tal-avvanz tal-injezzjoni (4): …

3.2.1.4.2.   Tajming (4): …

3.2.2.   Pajpijiet tal-injezzjoni:

3.2.2.1.   Tul: … mm

3.2.2.2.   Dijametru Intern: … mm

3.2.3.   Injettatur(i)

3.2.3.1.   Għamla/għamliet: …

3.2.3.2.   Tip(i): …

3.2.3.3.   Pressjoni tal-ftuħ jew dijagramma tal-karatteristiċi (1)  (4): … kPa

3.2.4.   Regolatur

3.2.4.1.   Għamla/għamliet: …

3.2.4.2.   Tip(i): …

3.2.4.3.   Veloċità li biha tibda l-cut-off meta jkun hemm tagħbija sħiħa (4): … min– 1

3.2.4.4.   Veloċità massima mingħajr tagħbija (4): … min– 1

3.2.4.5.   Veloċità tal-magna mhux ingranata (4): … min– 1

3.3.   Sistema tal-istartjar kiesaħ

3.3.1.   Għamla/għamliet: …

3.3.2.   Tip(i): …

3.3.3.   Deskrizzjoni: …

3.3.4.   Unità ta' Kontroll Elettroniku tal-Ġestjoni tal-Magna

3.3.4.1.   Għamla/għamliet: …

3.3.4.2.   Tip: …

3.3.4.3.   Possibilitajiet ta' aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

3.3.4.4.   Dokumentazzjoni oħra: …

4.   Alimentazzjoni tal-fjuwil għall-magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs

4.1.   Karburatur

4.1.1.   Għamla/għamliet: …

4.1.2.   Tip(i): …

4.2.   Injezzjoni tal-fjuwil indiretta (mill-bokka): f'punt wieħed/f'diversi punti (1)

4.2.1.   Għamla/għamliet: …

4.2.2.   Tip(i): …

4.3.   Injezzjoni diretta

4.3.1.   Għamla/għamliet: …

4.3.2.   Tip(i): …

4.4.   Rata ta' fluss tal-fjuwil [g/h] u l-proporzjon tal-arja/fjuwil b'veloċità nominali u bl-aċċelleratur miftuħ kompletament: …

4.5   Unità ta' Kontroll Elettroniku tal-Ġestjoni tal-Magna …

4.5.1.   Għamla/għamliet: …

4.5.2.   Tip: …

4.5.3.   Possibilitajiet ta' aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

4.5.4.   Dokumentazzjoni oħra: …

5.   Tajming tal-valvijiet

5.1.   L-għoli massimu tal-irfigħ u l-angoli tal-ftuħ u tal-għeluq b'referenza għall-puntumurtu, jew dejta ekwivalenti: …

5.2.   Referenza u/jew medda ta' ssettjar (1): …

5.3.   Sistema ta' tajming varjabbli tal-valvijiet (jekk applikabbli u fejn: dħul u/jew egżost) (1):

5.3.1.   Tip: kontinwa jew mixgħula/mitfija (1)

5.3.2.   Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-kam: …

6.   Konfigurazzjoni tal-porting

6.1.   Pożizzjoni, daqs u numru: …

7.   Sistema tat-tqabbid

7.1.   Il-kojl tal-ignixin

7.1.1.   Għamla/għamliet: …

7.1.2.   Tip(i): …

7.1.3.   In-numru: …

7.2.   Spark plagg(s)

7.2.1.   Għamla/għamliet: …

7.2.2.   Tip(i): …

7.3.   Magneto

7.3.1.   Għamla/għamliet: …

7.3.2.   Tip(i): …

7.4.   Tajming tal-ignixin

7.4.1.   Avvanz statiku b'referenza għat-top dead centre [gradi tal-angolu tal-krank] …

7.4.2.   Kurva tal-avvanz, jekk applikabbli …

8.   Prestazzjoni tal-magna (iddikjarata mill-manifattur)

Veloċità nominali (min– 1)

 

Veloċità tal-potenza massima (min– 1)

 

Veloċità tat-torque massimu (min– 1)

 

Potenza netta nominali (kW)

 

Potenza netta massima (kW)

 

Torque massimu nett (Nm)

 


(1)  Aqta' barra dak li ma japplikax.

(2)  Dan il-valur għandu jiżdied jew jitnaqqas sal-eqreb wieħed minn kull għaxra ta' millimetru.

(3)  Dan il-valur għandu jkun ikkalkulat bi π = 3,1416 u approssimat lejn l-eqreb cm3.

(4)  Speċifika t-tolleranza.

Appendiċi 2

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-MAGNA

1.   Parametri komuni (1)

1.1.   Ċiklu tal-kombustjoni: …

1.2.   Mezz ta' tkessiħ: …

1.3.   Metodu ta' aspirazzjoni tal-arja: …

1.4.   Tip/disinn ta' kompartiment tal-kombustjoni: …

1.5.   Valvijiet u porting — Konfigurazzjoni, daqs u numru: …

1.6.   Sistema tal-fjuwil: …

1.7.   Sistemi tal-ġestjoni tal-magna

Prova tal-identità skont in-numru/numri tad-disinn: …

1.7.1.   Sistema ta' tkessiħ taċ-ċarġ …

1.7.2.   Riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (2): …

1.7.3.   Injezzjoni tal-ilma/emulsjoni (2): …

1.7.4.   Injezzjoni tal-arja (2): …

1.8.   Prova ta' proporzjon identiku (jew il-valur minimu għall-magna referenzjarja): ċilindrata tas-sistema/twassil tal-fjuwil kull strowk, skont in-numru/i tad-dijagramma (3): …

2.   Lista tal-familja tal-magna

2.1.   Isem tal-familja tal-magna: …

2.2.   Speċifikazzjoni tal-magni f'din il-familja: …

Speċifikazzjoni

Magni tal-familja

Magna referenzjarja (1)

Tip ta' magna

 

 

 

 

 

Numru ta' ċilindri

 

 

 

 

 

Veloċità nominali (min– 1)

 

 

 

 

 

Twassil ta' fjuwil kull strowk (mm3) għall-magni ta' tqabbid bil-kompressjoni, fluss tal-fjuwil (g/h) għall-magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs

 

 

 

 

 

Potenza netta nominali (kW)

 

 

 

 

 

Potenza netta massima (kW)

 

 

 

 

 

Veloċità tal-potenza massima (min– 1)

 

 

 

 

 

Veloċità tat-torque massimu (min– 1)

 

 

 

 

 

Twassil ta' fjuwil kull stroke (mm3)

 

 

 

 

 

Torque massimu (Nm)

 

 

 

 

 

Veloċità baxxa bil-magna mhux ingranata (min– 1)

 

 

 

 

 

Volum taċ-ċilindri (f'% tal-akbar wieħed) (ara l-Anness 5, para. 1.3)

 

 

 

 

 


(1)  Għad-dettalji kollha, ara l-Anness 1 — Appendiċi 1.

(2)  Agħti d-dettalji tekniċi rilevanti kollha.

(3)  Ara l-Anness 5, il-paragrafu 3.10.

Appendiċi 3

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAT-TIP TA' MAGNA FIL-FAMILJA  (1)

1.   Deskrizzjoni tal-magna

1.1.   Manifattur: …

1.2.   Kodiċi tal-magna tal-manifattur: …

1.3.   Ċiklu: four-stroke/two-stroke (2)

1.4.   Bor (3): … mm

1.5.   Strowk (3): … mm

1.6.   Numru, arranġament u ordni tat-tqabbid taċ-ċilindri: …

1.7.   Ċilindrata (4): … cm3

1.8.   Veloċità nominali: … min– 1

1.9.   Veloċità tat-torque massimu: … min– 1

1.10.   Proporzjon volumetriku tal-kompressjoni (5): …

1.11.   Deskrizzjoni tas-sistema tal-kombustjoni: …

1.12.   Disinn(ji) tal-kompartiment tal-kombustjoni u r-ras tal-pistun: …

1.13.   Erja minima tas-sezzjoni trażversali tal-port tal-bokka u tal-port tal-iżbokk: …

1.14.   Sistema tat-tkessiħ: likwidu/arja (2)

1.14.1.   Likwidu

1.14.1.1.   In-natura tal-likwidu: …

1.14.1.2.   Pompa/i taċ-ċirkulazzjoni: iva/le (2)

1.14.1.3.   Karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i) (jekk applikabbli): …

1.14.1.4.   Proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni (jekk applikabbli): …

1.14.2.   Arja

1.14.2.1.   Blower: iva/le (2)

1.14.2.2.   Karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i) (jekk applikabbli): …

1.14.2.3.   Proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni (jekk applikabbli): …

1.15.   Temperatura permessa mill-manifattur

1.15.1.   Tkessiħ b'likwidu: temperatura massima fl-iżbokk ta': … K

Tkessiħ bl-arja

:

punt ta' referenza: …

temperatura massima fil-punt ta' referenza: … K

1.15.3.   Temperatura taċ-ċarġ massima fl-iżbokk tal-arja tal-intercooler tad-dħul (jekk applikabbli): … K

1.15.4.   Temperatura massima tal-egżost fil-punt tal-pajp/ijiet tal-egżost ta' maġenb il-flanġ tal-manifold(s) tal-egżost: … K

Temperatura tal-lubrikant

:

minimu … K

massimu … K

1.16.   Ċarġer tal-pressjoni (pressure charger): iva/le (2)

1.16.1.   Għamla: …

1.16.2.   Tip: …

1.16.3.   Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni massima taċ-ċarġer, l-iżbokk għall-pressjoni żejda, jekk applikabbli): …

1.16.4.   Inter-cooler: iva/le (2)

1.17.   Is-sistema tad-dħul (intake): vakum tal-manifold massimu permissibbli b'veloċità nominali tal-magna u b'tagħbija ta' 100 %: … kPa

1.18.   Sistema tal-egżost: kontropressjoni tal-egżost massima permissibbli b'veloċita nominali tal-magna u b'tagħbija ta' 100 %: … kPa

2.   Miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

2.1   Apparat ghar-riċiklagg tal-gassijiet tal-kaxxa tal-krank: iva/le (2) …

2.2.   Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti taħt intestatura oħra)

2.2.1.   Konvertitur katalitiku: iva/le (2)

2.2.1.1.   Għamla/għamliet: …

2.2.1.2.   Tip(i): …

2.2.1.3.   Numru ta' konvertituri katalitiċi u elementi: …

2.2.1.4.   Dimensjonijiet u volum tal-konvertituri katalitiċi: …

2.2.1.5.   Tip ta' azzjoni katalitika: …

2.2.1.6.   Ċarġ totali tal-metalli prezzjużi: …

2.2.1.7.   Konċentrazzjoni relattiva: …

2.2.1.8.   Sottostrat (struttura u materjal): …

2.2.1.9.   Densità taċ-ċellula: …

2.2.1.10.   Tip ta' kisi għall-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi: …

2.2.1.11.   Il-pozizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi (post(ijiet) u d-distanza/i massima/i/minima/i mill-magna): …

2.2.1.12.   Medda ta' tħaddim normali (K): …

2.2.1.13.   Reagent konsumibbli (fejn xieraq): …

2.2.1.13.1.   Tip u konċentrazzjoni ta' reaġent meħtieġ għal azzjoni katalitika: …

2.2.1.13.2.   Medda normali tat-temperatura ta' tħaddim tar-reaġent: …

2.2.1.13.3.   Standard internazzjonali (fejn xieraq): …

2.2.1.14.   Senser tal-NOx: iva/le (2)

2.2.2.   Senser tal-ossiġnu: iva/le (2)

2.2.2.1.   Għamla/għamliet: …

2.2.2.2.   Tip: …

2.2.2.3.   Pożizzjoni: …

2.2.3.   Injezzjoni tal-arja: iva/le (2)

2.2.3.1.   Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): …

2.2.4.   EGR (Riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost): iva/le (2)

2.2.4.1.   Karatteristici (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni gholja/pressjoni baxxa, ecc.): …

2.2.5.   Filtru tal-partikuli: iva/le (2)

2.2.5.1.   Dimensjonijiet u kapacità tal-filtru tal-partikuli: …

2.2.5.2.   Tip u disinn tal-filtru tal-partikuli: …

2.2.5.3.   Pożizzjoni (post(ijiet) u distanza/i massima/i/minima/i mill-magna): …

2.2.5.4.   Il-metodu jew is-sistema ta' riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn: …

2.2.5.5.   Temperatura ta' tħaddim normali (K) u medda ta' pressjoni (kPa): …

2.2.6.   Sistemi oħra: iva/le (2)

2.2.6.1.   Deskrizzjoni u tħaddim: …

3.   Alimentazzjoni tal-fjuwil għall-magni ta' tqabbid bil-kompressjoni

3.1.   Il-pompa ta' alimentazzjoni

Pressjoni (1) jew dijagramma tal-karatteristiċi: … kPa

3.2.   Sistema ta' injezzjoni

3.2.1.   Pompa

3.2.1.1.   Għamla/għamliet: …

3.2.1.2.   Tip(i): …

3.2.1.3.   Twassil massimu tal-fjuwil: … mm3  (1)  (5) kull strowk jew ċiklu b'injezzjoni massima b'veloċità tal-pompa ta': … min– 1 (nominali) u … min– 1 (torque massimu) rispettivament, jew dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.2.1.3.1.   Semmi l-metodu użat: fuq il-magna/ fuq il-bank tat-test tal-pompa (1)

3.2.1.4.   Avvanz tal-injezzjoni

3.2.1.4.1.   Kurva tal-avvanz tal-injezzjoni (5): …

3.2.1.4.2.   Tajming (5): …

3.2.2.   Pajpijiet tal-injezzjoni:

3.2.2.1.   Tul: … mm

3.2.2.2.   Dijametru Intern: … mm

3.2.3.   Injettatur(i)

3.2.3.1.   Għamla/għamliet: …

3.2.3.2.   Tip(i): …

3.2.3.3.   Pressjoni tal-ftuħ jew dijagramma tal-karatteristiċi (1)  (5): … kPa

3.2.4.   Regolatur

3.2.4.1.   Għamla/għamliet: …

3.2.4.2.   Tip(i): …

3.2.4.3.   Veloċità li biha tibda l-cut-off meta jkun hemm tagħbija sħiħa (5): … min– 1

3.2.4.4.   Veloċità massima mingħajr tagħbija (5): … min– 1

3.2.4.5.   Veloċità tal-magna mhux ingranata (5): … min– 1

3.3.   Sistema tal-istartjar kiesaħ

3.3.1.   Għamla/għamliet: …

3.3.2.   Tip(i): …

3.3.3.   Deskrizzjoni: …

3.4   Unità ta' Kontroll Elettroniku tal-Ġestjoni tal-Magna

3.4.1.   Għamla/għamliet: …

3.4.2.   Tip: …

3.4.3.   Possibilitajiet ta' aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

3.4.4.   Dokumentazzjoni oħra: …

4.   Alimentazzjoni tal-fjuwil għall-magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs

4.1.   Karburatur

4.1.1.   Għamla/għamliet: …

4.1.2.   Tip(i): …

4.2.   Injezzjoni tal-fjuwil indiretta (mill-bokka): f'punt wieħed/f'diversi punti (2)

4.2.1.   Għamla/għamliet: …

4.2.2.   Tip(i): …

4.3.   Injezzjoni diretta

4.3.1.   Għamla/għamliet: …

4.3.2.   Tip(i): …

4.4.   Rata ta' twassil tal-fjuwil [g/h] u l-proporzjon tal-arja/fjuwil b'veloċità nominali u bl-aċċelleratur miftuħ kompletament

4.5.   Unità Elettronika tal-Kontroll tal-Ġestjoni tal-Magna

4.5.1.   Għamla/għamliet: …

4.5.2.   Tip: …

4.5.3.   Possibilitajiet ta' aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

4.5.4.   Dokumentazzjoni oħra: …

5.   Tajming tal-valvijiet

5.1.   L-għoli massimu tal-irfigħ u l-angoli tal-ftuħ u tal-għeluq b'referenza għall-puntumurtu, jew dejta ekwivalenti: …

5.2.   Referenza u/jew medda ta' ssettjar (1): …

5.3.   Sistema ta' tajming varjabbli tal-valvijiet (jekk applikabbli u fejn: dħul u/jew egżost) (1): …

5.3.1.   Tip: kontinwa jew mixgħula/mitfija (1)

5.3.2.   Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-kam: …

6.   Konfigurazzjoni tal-porting

6.1.   Pożizzjoni, daqs u numru: …

7.   Sistema tat-tqabbid

7.1.   Il-kojl tal-ignixin

7.1.1.   Għamla/għamliet: …

7.1.2.   Tip(i): …

7.1.3.   Numru

7.2.   Spark plagg(s)

7.2.1.   Għamla/għamliet: …

7.2.2.   Tip(i): …

7.3.   Magneto

7.3.1.   Għamla/għamliet: …

7.3.2.   Tip(i): …

7.4.   Tajming tal-ignixin

7.4.1.   Avvanz statiku b'referenza għat-top dead centre [gradi tal-angolu tal-krank]: …

7.4.2.   Kurva tal-avvanz, jekk applikabbli: …


(1)  Għad-dettalji kollha, ara l-Anness 1 — Appendiċi 1.

(2)  Aqta' barra dak li ma japplikax.

(3)  Dan il-valur għandu jiżdied jew jitnaqqas sal-eqreb wieħed minn kull għaxra ta' millimetru.

(4)  Dan il-valur għandu jkun ikkalkulat bi π = 3,1416 u approssimat lejn l-eqreb cm3.

(5)  Speċifika t-tolleranza.


ANNESS 2

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image 3

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq li tkun imwaħħla ma' magna turi li t-tip ta' magna kkonċernat ġie approvat l-Olanda (E 4) fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, skont ir-Regolament Nru 120 u bin-numru tal-approvazzjoni 012492. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 120 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image 4

Il-marka tal-approvazzjoni mwaħħla ma' magna turi li t-tip konċernat ġie approvat fl-Olanda (E4), skont ir-Regolamenti Nru 120 u 96 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 120 kien ġie emendat bis-serje ta' emendi 01, u r-Regolament Nru 96 kien diġà jinkludi s-serje ta' emendi 02.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 4

METODU BIEX TITKEJJEL IL-POTENZA NETTA TA' MAGNA B'KOMBUSTJONI INTERNA

1.   Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-metodu biex tiġi ddeterminata l-kurva tal-potenza b'tagħbija sħiħa għal magna b'kombustjoni interna mħaddma f'veloċità intermittenti bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna u l-veloċità nominali u l-potenza netta nominali ta' magna b'kombustjoni interna f'veloċità kostanti.

2.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

2.1.   Il-magna jrid ikun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

2.2.   Jekk il-kejl tal-potenza jista' jsir biss fuq magna bil-gerboks immuntata, l-effiċjenza tal-gerboks trid tiġi kkunsidrata.

2.3.   Komponenti awżiljari u tagħmir

2.3.1.   Komponenti awżiljari u tagħmir li jridu jiġu installati

Waqt it-test, il-komponenti awżiljari l-oħra meħtieġa biex il-magna titħaddem skont l-applikazzjoni maħsuba (kif elenkati fit-Tabella 1) għandhom jitwaħħlu fuq il-bank tat-test kemm jista' jkun fl-istess pożizzjoni bħal fl-applikazzjoni maħsuba.

2.3.2.   Komponenti awżiljari u tagħmir li jridu jitneħħew

Ċerti komponenti awżiljarji li d-definizzjoni tagħhom hija marbuta mat-tħaddim tal-magna u li jistgħu jiġu mmuntati fuq il-magna għandhom jitneħħew għat-test. Il-lista li ġejja, li mhijiex eżawrjenti, qed tingħata biss bħala kampjun:

(i)

Kompressur tal-arja għall-brejkijiet

(ii)

Kompressur tal-power steering

(iii)

Kompressur tas-sospensjoni

(iv)

Sistema ta' kundizzjonament tal-arja

Meta l-komponenti awżiljarji ma jistgħux jitneħħew, il-potenza li jassorbu fil-kundizzjoni mhux mgħobbija tista' tkun determinata u miżjuda mal-potenza tal-magna mkejla (ara n-nota h tat-Tabella 1). Jekk dan il-valur ikun ogħla minn 3 fil-mija tal-potenza massima fil-veloċità tat-test, tista' tiġi vverifikata mill-awtorità tat-test.

Tabella 1

Komponenti awżiljari u tagħmir li jridu jiġu installati għat-test biex tiġi ddeterminata l-potenza tal-magna

Numru

Tagħmir u komponenti awżiljarji

Installati għat-test tal-emissjonijiet

1

Sistema tal-bokka

 

Manifold tad-dħul

Iva

Sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet tal-kaxxa tal-krank

Iva

Miter tal-fluss tal-arja

Iva

Filtru tal-arja

Iva (1)

Sajlenser tad-dħul

Iva (1)

Tagħmir li jsaħħan il-manifold tad-dħul bl-induzzjoni

Iva, tagħmir ta' produzzjoni standard. Jekk ikun possibbli, għandu jiġi ssettjat fl-iktar kundizzjoni favorevoli

2

Sistema tal-egżost

 

Post-trattament tal-egżost

Iva, tagħmir ta' produzzjoni standard

Manifold tal-egżost

Iva, tagħmir ta' produzzjoni standard

Pajpijiet tal-konnessjoni

Iva (2)

Sajlenser

Iva (2)

Pajp tal-egżost

Iva (2)

Brejk tal-egżost

Le (3)

Apparat għall-iċċarġjar tal-pressjoni

Iva

3

Pompa tal-provvista tal-fjuwil

Iva (4)

4

Tagħmir għall-karburazzjoni

 

Karburatur

Iva

Sistema elettronika ta' kontroll, miter tal-fluss tal-arja, eċċ.

Iva

Tagħmir għal magni bil-gass

 

Apparat li jnaqqas il-pressjoni

Iva

Evaporatur

Iva

Mikser

Iva

5

Tagħmir ta' injezzjoni tal-fjuwil (petrol u diżil)

 

Prefiltru

Iva

Filtru

Iva

Pompa

Iva

Pajp tal-pressjoni għolja

Iva

Injettur

Iva

Sistema ta' kontroll elettroniku, sensers, eċċ.

Iva

Regolatur/sistema ta' kontroll

Iva

Waqfien awtomatiku ta' tagħbija sħiħa għat-tastiera ta' kontroll skont il-kundizzjonijiet atmosferiċi

Iva

6

Tagħmir tat-tkessiħ bil-likwidi

 

Radjatur

Le

Fann

Le

Għata tal-fann (fan cowl)

Le

Pompa tal-ilma

Iva (5)

Termostat

Iva (6)

7

Tkessiħ bl-arja

 

Għata

Le (7)

Fann jew blower

Le (7)

Apparat li jirregola t-temperatura

Le

8

Tagħmir elettriku

 

Ġeneratur

Iva (8)

Sistema ta' distribuzzjoni tal-isparks

Iva

Kojl jew kojls

Iva

Sistema tal-wajers

Iva

Spark plaggs

Iva

Sistema elettronika tal-kontroll inkluża s-sistema ta' rilevament tas-subalimentazzjoni (knock sensor)/ s-sistema għall-ittardjar tal-isparks

Iva

9

Tagħmir għall-iċċarġjar tal-pressjoni

 

Kompressur imħaddem jew direttament mill-magna u/jew mill-gassijiet tal-egżost

Iva

Apparat li jkessaħ iċ-ċarġ tal-arja

Iva (7)  (9)

Pompa jew fann tal-likwidu tat-tkessiħ (imħaddma mill-magna)

Le (7)

Apparat ta' kontroll tal-fluss tal-likwidu tat-tkessiħ

Iva

10

Fann awżiljarju tal-bank tat-test

Iva, jekk ikun meħtieġ

11

Apparat ta' kontra t-tniġġis

Iva, tagħmir ta' produzzjoni standard (10)

12

Tagħmir għall-istartjar

Iva, jew tagħmir tal-bank tat-test (11)

13

Pompa taż-żejt lubrikanti

Iva

2.4.   Kundizzjonijiet ta' ssetjar

Il-kundizzjonijiet ta' ssettjar għat-test li jiddetermina l-potenza netta huma indikati fit-Tabella 2.

Tabella 2

Kundizzjonijiet ta' ssetjar

1.

Issettjar tal-karburatur(i), regolatur tal-evaporazzjoni/pressjoni

Skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tal-manifattur, u użati mingħajr ebda tibdil ieħor għall-applikazzjoni partikolari.

2.

Issettjar tas-sistema tat-twassil tal-pompa ta' injezzjoni

3.

Tajming tal-ignixin jew tal-injezzjoni (kurva tat-tajming)

4.

Setting tar-regolatur

5.

Apparati ta' kontroll tal-emissjonijiet

6.

Regolatur tal-boost

3.   DEJTA LI TRID TIĠI RREĠISTRATA

3.1.   Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata hija dik indikata fil-paragrafu 4 tal-appendiċi ta' dan l-anness. Id-dejta tal-prestazzjoni għandha tinkiseb f'kundizzjonijiet stabilizzati ta' tħaddim bi provvista xierqa ta' arja friska lill-magna. Il-kompartimenti tal-kombustjoni jista' jkun fihom fdalijiet, iżda fi kwantità limitata. Il-kundizzjonijiet tat-test, bħat-temperatura tal-arja fid-dħul, għandhom jintgħażlu qrib il-kundizzjonijiet ta' referenza (ara l-paragrafu 5.2 ta' dan l-anness) biex jitnaqqas il-valur tal-fattur tal-korrezzjoni.

3.2.   It-temperatura tal-arja tad-dħul għall-magna għandha titkejjel fil-pajpijiet tad-dħul. Il-kejl tad-depressjoni fid-dħul għandu jsir fl-istess punt. It-termometru jew termokoppja għandhom ikunu protetti mill-fjuwil evaporizzat (spray-back) u mis-sħana radjanti, u jitqiegħdu direttament fil-kurrent tal-arja. Għandu jintuża għadd suffiċjenti ta' postijiet sabiex jinkiseb kejl medju rappreżentattiv tat-temperatura tad-dħul.

3.3.   Id-depressjoni fid-dħul għandha titkejjel 'l isfel mill-pajpijiet tad-dħul, il-filtru tal-arja, is-sajlenser tad-dħul jew l-apparat tal-limitar tal-veloċità (jekk ikun installat).

3.4.   Il-pressjoni assoluta fid-dħul tal-magna 'l isfel mill-kumpressur u l-iskambjatur tas-sħana, jekk ikunu installati, għandha titkejjel fil-manifold tal-dħul u fi kwalunkwe punt ieħor fejn il-pressjoni għandha titkejjel biex jiġu kkalkulati l-fatturi tal-korrezzjoni.

3.5.   Il-kontropressjoni tal-egżost għandha titkejjel f'punt li jkun għallinqas tliet dijametri tal-pajp 'l isfel mill-flanġ(ijiet) tal-manifold tal-egżost u 'l isfel mat-turbocharger(s), jekk installati. Il-pożizzjoni għandha tiġi speċifikata.

3.6.   Ebda dejta ma għandha tittieħed sakemm it-torque, il-veloċità, u t-temperatura ma jkunux inżammu sostanzjalment kostanti għal mill-inqas minuta.

3.7.   Il-veloċità tal-magna waqt ġirja jew qari ma għandhiex tiddevja mill-veloċità magħżula b'aktar minn ± 1 fil-mija jew ± 10 min, liema minnhom tkun l-akbar.

3.8.   Id-dejta osservata dwar it-tagħbija fuq il-brejk, il-konsum tal-fjuwil u t-temperatura tal-arja tad-dħul għandha tittieħed simultanjament u għandha tkun il-medja ta' żewġ valuri konsekuttivi stabilizzati li ma jvarjawx b'aktar minn 2 % għat-tagħbija fuq il-brejk.

3.9.   It-temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ fil-ħruġ tal-magna għandha tinżamm fil-valur speċifikat mill-manifattur.

Jekk l-ebda temperatura ma hi speċifikata mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun 353 K ± 5 K. Għal magni mkessħa bl-arja, it-temperatura f'punt indikat mill-manifattur għandha tinżel sa mhux aktar minn 20 K mill-valur massimu speċifikat mill-manifattur fil-kundizzjonijiet ta' referenza.

3.10.   Għal magni C.I. (ta' tqabbid bil-kompressjoni), it-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel fid-dħul tal-pompa ta' injezzjoni tal-fjuwil u tinżamm bejn 306 u 316 K (33-43 °C) u għal magni P.I. (ta' tqabbid bl-ispark plaggs) it-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel qrib kemm jista' jkun tad-dħul tal-karburatur jew l-assemblaġġ tal-injetturi tal-fjuwil u tinżamm bejn 293 - 303 K (20-30 °C).

3.11.   It-temperatura taż-żejt lubrifikant imkejla fil-pompa taż-żejt jew mill-ħruġ tal-kojl tat-tkessiħ, jekk installat, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna.

3.12.   Jekk ikun meħtieġ, tista' tintuża sistema awżiljarja ta' regolazzjoni sabiex iżżomm it-temperaturi fil-limiti speċifikati fil-paragrafi 3.9, 3.10 u 3.11 ta' hawn fuq f'dan l-anness.

4.   PREĊIŻJONI TAL-KEJL

4.1.   2.1.Torque: ± 1 fil-mija tat-torque imkejjel. Is-sistema ta' kejl tat-torque għandha tkun ikkalibrata b'mod li jitqies it-telf ikkaġunat mill-frizzjoni. Il-preċiżjoni fil-parti tan-nofs t'isfel tal-medda tal-kejl tal-bank tad-dinamometru tista' tkun ± 2 fil-mija tat-torque imkejjel.

4.2.   Veloċità tal-magna: 0,5 fil-mija tal-veloċità mkejla.

4.3.   Konsum tal-fjuwil: ± 1 fil-mija tal-konsum imkejjel.

4.4.   Temperatura tal-fjuwil: ± 2 K.

4.5.   Temperatura tal-arja fid-dħul fil-magna: ± 2 K.

4.6.   Pressjoni barometrika: ± 100 Pa.

4.7.   Depressjoni fis-sistema tad-dħul: ± 50 Pa.

4.8.   Kontropressjoni fis-sistema tal-egżost: ± 200 Pa.

5.   FATTURI TA' KORREZZJONI TAL-POTENZA

5.1.   Definizzjoni

Il-fattur tal-korrezzjoni tal-potenza huwa l-koeffiċjent użat biex tiġi ddeterminata l-potenza tal-magna fil-kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza speċifikati f'5.2 ta' hawn taħt.

Po = α P

fejn:

 

Po hija il-potenza kkoreġuta (jiġifieri taħt kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza);

 

α huwa l-fattur ta' korrezzjoni (αa jew αd)

 

P hija l-potenza mkejla (potenza tat-test)

5.2.   Kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza

5.2.1.   Temperatura (To): 298 K (25 °C)

5.2.2.   Pressjoni fin-niexef (Pso): 99 kPa

Il-pressjoni fin-niexef hija bbażata fuq pressjoni totali ta' 100 kPa u pressjoni tal-fwar tal-ilma ta' 1 kPa.

5.3.   Kundizzjonijiet atmosferiċi tat-test

Il-kundizzjonijiet atmosferiċi waqt it-test għandhom ikunu dawn li ġejjin:

5.3.1.

Temperatura (T)

Għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs

:

288 K ≤ T ≤ 308 K

Għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni

:

283 K ≤ T ≤ 313 K

5.3.2.

Pressjoni (ps)

90 kPa < ps < 110 kPa

5.4.   Determinazzjoni tal-fatturi ta' korrezzjoni αa u αd (1)

5.4.1.   Magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs b'aspirazzjoni naturali jew iċċarġjati bi pressjoni

Il-fattur ta' korrezzjoni αa jinkiseb billi tiġi applikata din il-formula:

Formula

fejn:

 

ps hija l-pressjoni fin-niexef atmosferika totali f'kilopascals (kPa); jiġifieri il-pressjoni barometrika totali nieqes il-pressjoni tal-fwar tal-ilma,

 

T hija t-temperatura assoluta f'kelvins (K) tal-arja miġbuda mill-magna.

Kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati fil-laboratorju

Sabiex test ikun validu, il-fattur ta' korrezzjoni għandu jkun tali li

0,93 < αa < 1,07

Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) jiġu ddikjarati b'mod preċiż fir-rapport tat-test.

5.4.2.   Magni ta' tqabbid bil-kompressjoni — il-fattur αd

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza (αd) għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni b'rata kostanti tal-fjuwil jinkiseb billi tiġi applikata l-formula:

αd = (fa)fm

fejn:

 

fa huwa l-fattur atmosferiku

 

fm il-parametru karatteristiku ta' kull tip ta' magna u aġġustament.

5.4.2.1.   Fattur atmosferiku fa

Dan il-fattur jindika l-effetti tal-kundizzjonijiet ambjentali (pressjoni, temperatura u umdità) fuq l-arja li tinġibed mill-magna. Il-formula tal-fattur atmosferiku tinbidel skont it-tip ta' magna.

5.4.2.1.1.   Magni b'aspirazzjoni naturali u ċċarġjati bil-pressjoni b'mod mekkaniku:

Formula

5.4.2.1.2.   Magni turbocharged bit-tkessiħ taċ-ċarġ bl-arja jew le.

Formula

5.4.2.2.   Fattur tal-magna fm

fm hija funzjoni ta' qc (bil-korrezzjoni tal-fluss tal-fjuwil) kif ġej:

 

fm = 0,036 qc – 1,14

u

 

qc = q/r

Fejn:

 

q hija l-fluss tal-fjuwil espress bħala milligrammi għal kull ċiklu għal kull litru ta' ċilindrata totali (mg/(1.cycle))

 

r hija l-proporzjon ta' pressjoni tal-ħruġ tal-kompressur u tal-dħul tal-kompressur, f'każ ta' diversi turbochargers r tirrappreżenta l-proporzjon tal-kompressjoni totali (r = 1 għal magni b'aspirazzjoni naturali)

Din il-formula hija valida għal intervall ta' valuri ta' qc ta' bejn 37,2 mg/(l.cycle) u 65 mg/(l.cycle).

Għal valuri ta' qc iktar baxxi minn 37,2 mg/(l.cycle), għandu jittieħed valur kostanti ta' fm ekwivalenti għal 0,2 (fm = 0,2).

Għal valuri ta' qc ogħla minn 65 mg/(l.cycle), għandu jittieħed valur kostanti ta' fm ekwivalenti għal 1,2 (fm = 1,2) (ara l-figura):

Image 5

5.4.2.3.   Kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati fil-laboratorju

Sabiex it-test ikun validu, il-fatturi ta' korrezzjoni αa għandhom ikunu tali li

0,93 ≤ αa ≤ 1,07

Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) jiġu ddikjarati b'mod preċiż fir-rapport tat-test.


(1)  Is-sistema kompleta tad-dħul għandha tiġi installata kif previst fl-applikazzjoni maħsuba:

(i)

Jekk ikun hemm riskju ta' xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna;

(ii)

Fil-każ ta' magni li jistartjaw permezz ta' spark b'aspirazzjoni naturali;

(iii)

Meta l-manifattur jitlob li dan isir.

F'każijiet oħra, tista' tintuża sistema ekwivalenti u għandu jsir kontroll biex jiġi aċċertat li l-pressjoni tad-dħul ma tvarjax b'aktar minn 100 Pa mil-limitu ta' fuq speċifikat mill-manifattur għal filtru tal-arja nadif.

(2)  Is-sistema kompleta tal-egżost għandha tiġi installata kif previst fl-applikazzjoni maħsuba:

(i)

Jekk ikun hemm riskju ta' xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna;

(ii)

Fil-każ ta' magni li jistartjaw permezz ta' spark b'aspirazzjoni naturali;

(iii)

Meta l-manifattur jitlob li dan isir.

F'każijiet oħra, tista' tkun installata sistema ekwivalenti sakemm il-pressjoni mkejla ma tvarjax b'aktar minn 1 000 Pa mil-limitu ta' fuq speċifikat mill-manifattur.

(3)  Jekk ikun inkorporat brejk tal-egżost fil-magna, il-valv tal-aċċelleratur għandu jiġi ffissat fil-pożizzjoni miftuħa beraħ.

(4)  Il-pressa tal-alimentazzjoni tal-fjuwil tista' tiġi aġġustata, jekk ikun meħtieġ, sabiex tirriproduċi l-pressjoni eżistenti fl-applikazzjoni tal-magna partikolari (speċjalment meta tintuża sistema ta' “ritorn tal-fjuwil”).

(5)  Iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu tat-tkessiħ għandha titħaddem bil-pompa tal-ilma tal-magna biss. It-tkessiħ tal-likwidu jista' jiġi prodott permezz ta' ċirkwit estern, b'tali mod li t-telf tal-pressjoni ta' dan iċ-ċirkwit u l-pressjoni fid-dħul tal-pompa jibqgħu sostanzjalment l-istess bħal dawk tas-sistema tat-tkessiħ tal-magna.

(6)  It-termostat jista' jiġi ffissat fil-pożizzjoni miftuħa beraħ.

(7)  Meta l-fann tat-tkessiħ jew il-blower jiġi installat għat-test, il-potenza assorbita għandha tiġi miżjuda mar-riżultati, ħlief għal magni fejn dawn il-komponenti awżiljarji jkunu parti integrali mill-magna (jiġifieri: fannijiet tat-tkessiħ ta' magni mkessħin bl-arja li jkunu installati direttament fuq il-krankxaft). Il-potenza tal-fann jew tal-blower għandha tiġi ddeterminata fil-veloċitajiet użati għat-test jew b'kalkolu minn karatteristiċi standards jew b'testijiet prattiċi.

(8)  Potenza minima tal-ġeneratur: il-potenza elettrika tal-ġeneratur għandha tkun limitata għal dik neċessarja għat-tħaddim tal-komponenti awżiljarji li jkunu indispensabbli għat-tħaddim tal-magna. Jekk tkun meħtieġa l-konnessjoni ta' batterija, għandha tintuża batterija kompletament iċċarġjata li tkun f'kundizzjoni tajba.

(9)  Il-magni mkessħa biċ-ċarġ tal-arja għandhom jiġu ttestjati bi tkessiħ taċ-ċarġ tal-arja, kemm jekk ikunu mkessħa b'likwidu kif ukoll jekk ikunu mkessħa bl-arja, imma jekk il-manifattur jippreferi, sistema ta' bank tat-test tista' tissostitwixxi l-apparat li jkessaħ l-arja. Fi kwalunkwe każ, il-kejl tal-potenza f'kull veloċità għandu jsir bit-tnaqqis massimu fil-pressjoni u bit-tnaqqis minimu fit-temperatura tal-arja tal-magna fuq l-apparat li jkessaħ iċ-ċarġ tal-arja fuq is-sistema tal-bank tat-test bħal dawk speċifikati mill-manifattur.

(10)  Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, is-sistema tar-riċikolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (is-sistema EGR), il-konvertitur katalitiku, ir-reattur termali, sistema sekondarja tal-provvista tal-arja u sistema kontra l-evaporazzjoni tal-fjuwil.

(11)  Il-potenza għas-sistemi tal-istartjar elettriċi jew sistemi tal-istartjar oħrajn għandha tiġi pprovduta mill-bank tat-test.

(1)  It-testijiet iridu jsiru fi kmamar tat-test bl-arja kundizzjonata fejn il-kundizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jiġu kkontrollati.

F'każ ta' magni mgħammra b'kontroll awtomatiku tat-temperatura tal-arja, jekk it-tagħmir huwa wieħed C meta jkun b'tagħbija sħiħa f'25 °C ma tiżdied l-ebda arja msaħħna, it-test isir bit-tagħmir kompletament magħluq. Jekk it-tagħmir ikun għadu qiegħed jitħaddem f'25 °C it-test isir bl-apparat jaħdem b'mod normali u l-esponent tat-terminu tat-temperatura fil-fattur ta' korrezzjoni għandu jittieħed bħala żero (l-ebda korrezzjoni tat-temperatura).

Appendiċi

RIŻULTATI TAT-TESTIJIET GĦALL-KEJL TAL-POTENZA NETTA TAL-MAGNA

Din l-iskeda għandha timtela mill-laboratorju li jagħmel it-test.

1.   Kundizzjonijiet tat-test

1.1.   Il-pożizzjoni tal-punt tal-kejl tal-kontropressjoni tal-egżost

1.2.   Il-pożizzjoni tal-punt tal-kejl tad-depressjoni fid-dħul

1.3.   Karatteristiċi tad-dinamometru

1.3.1.   Għamla: … Mudell: …

1.3.2.   Tip: …

2.   Fjuwil

2.1.   Għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bi fjuwil likwidu

2.1.1.   Għamla: …

2.1.2.   Speċifikazzjoni: …

2.1.3.   Addittiv anti-knock (ċomb, eċċ): …

2.1.3.1.   Tip: …

2.1.3.2.   Kontenut: … mg/l

2.1.4.   Numru tal-ottan RON: … (ASTM D 26 99-70)

2.1.4.1.   Densità speċifika: … g/cm3 f'temperatura ta' 288 K

2.1.4.2.   Valur kalorifiku iktar baxx: … kJ/kg

2.2.   Għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bi fjuwil gassuż

2.2.1.   Għamla: …

2.2.2.   Speċifikazzjoni: …

2.2.3.   Pressjoni tal-ħżin: … bar

2.2.4.   Pressjoni tal-utilizzazzjoni: … bar

2.2.5.   Valur kalorifiku iktar baxx: … kJ/kg

2.3.   Għal magni ta' taqbbid bil-kompressjoni li jaħdmu bi fjuwil gassuż

2.3.1.   Sistema ta' alimentazzjoni: gass

2.3.2.   Speċifikazzjoni tal-gass użat: …

2.3.3.   Proporzjon ta' fjuwil żejt/gass …

2.3.4.   Valur kalorifiku iktar baxx: …

2.4.   Għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni li jaħdmu bi fjuwil likwidu

2.4.1.   Għamla: …

2.4.2.   Speċifikazzjoni tal-fjuwil użat: …

2.4.3.   Numru taċ-ċetan (ASTM D 976-71): …

2.4.4.   Densità speċifika: … g/cm3 f'temperatura ta' 288 K

2.4.5.   Valur kalorifiku iktar baxx: … kJ/kg

3.   Lubrikant

3.1.   Għamla: …

3.2.   Speċifikazzjoni: …

3.3.   Viskożità SAE: …

4.   Riżultati dettaljati tal-kejl (*1)

Veloċità tal-magna, min– 1

 

 

Torque mkejjel, Nm

 

 

Potenza mkejla, kW

 

 

Fluss tal-fjuwil imkejjel, g/h

 

 

Pressjoni barometrika, kPa

 

 

Pressjoni tal-fwar tal-ilma, kPa

 

 

Temperatura tal-arja fid-dħul, K

 

 

Potenza li għandha tiżdied għal tagħmir u komponenti awżiljarji f'livell ogħla mit-Tabella 1, kW

Total, kW

Nru 1

Nru 2

Nru 3

 

 

Fattur ta' korrezzjoni tal-potenza

 

 

Potenza korretta, kW

 

 

Torque ikkoreġut, Nm

 

 

Konsum tal-fjuwil speċifiku kkoreġut g/(kWh) (2)

 

 

Temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ fil-ħruġ, K

 

 

Temperatura taż-żejt lubrifikant fil-punt tal-kejl, K

 

 

Temperatura tal-arja wara ċ-ċarġer tal-pressjoni, K (1)

 

 

Temperatura tal-fjuwil fid-dħul tal-pompa ta' injezzjoni, K

 

 

Temperatura tal-arja wara l-użu ta' apparat li jkessaħ iċ-ċarġ tal-arja, K (1)

 

 

Pressjoni wara ċ-ċarġer tal-pressjoni, kPa

 

 

Pressjoni wara l-apparat li jkessaħ iċ-ċarġ tal-arja, kPa

 

 

Depressjoni fid-dħul, Pa

 

 

Kontropressjoni tal-egżost, Pa

 

 

Twassil tal-fjuwil, mm3/għal kull stroke jew ċiklu (1)

 

 


(*1)  Il-kurvi karatteristiċi tal-potenza netta u tat-torque nett għandhom jiġu rappreżentati bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna.

(1)  Aqta' barra dak li ma japplikax.

(2)  Ikkalkulat bil-potenza netta għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs, u fil-każ ta' dawn tal-aħħar immultiplikat bil-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza.


ANNESS 5

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-MAGNA

1.   ĠENERALI

Il-familja tal-magna hija kkaratterizzata mill-parametri tad-disinn. Dawn għandhom ikunu komuni għall-magni kollha fi ħdan il-familja. Il-manifattur tal-magna jista' jiddeċiedi, liema magni japparatjenu lil familja tal-magna, sakemm jiġu rispettati l-kriterji tal-appartenenza elenkati fil-paragrafu 3.1. Il-familja ta' magni għandha tiġi approvata mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Billi l-għażla tal-familja tal-magna għandha implikazzjonijiet sinifikanti fuq l-emissjonijiet tal-egżost tal-magna, il-paragrafu 2.1. jagħti informazzjoni addizzjonali (is-serje ta' emendi 03 tar-Regolament Nru 96), li tkun utli għall-manifattur u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip biex jevalwaw il-familja tal-magna u jagħżlu l-magna referenzjarja.

2.   KAŻIJIET SPEĊJALI

2.1.   Interazzjonijiet bejn il-parametri

F'uħud mill-każijiet jista' jkun hemm interazzjoni bejn il-parametri li tista' twassal biex l-emissjonijiet jinbidlu. Dan għandu jitqies sabiex jiġi żgurat li magni b'karatteristiċi tal-emissjoni tal-egżost simili biss jiġu inklużi fl-istess familja tal-magna. Dawn il-każijiet għandhom jiġu identifikati mill-manifattur u għandhom jiġu nnotifikati lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Imbagħad dan għandu jitqies bħala kriterju biex tinħoloq familja tal-magna ġdida.

2.2.   Apparati jew karatteristiċi li jkollhom influwenza kbira fuq l-emissjonijiet

Fil-każ ta' apparati jew ta' karatteristiċi, li mhumiex elenkati fil-paragrafu 3.1 u li għandhom influwenza kbira fuq il-livell tal-emissjonijiet, dan it-tagħmir għandu jiġi identifikat mill-manifattur permezz ta' ġudizzju inġineristiku tajjeb, u għandu jiġi nnotifikat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Imbagħad dan għandu jitqies bħala kriterju biex tinħoloq familja tal-magna ġdida.

2.3.   Kriterji addizzjonali

Minbarra l-parametri elenkati fil-paragrafu 3.1, il-manifattur jista' jintroduċi kriterji addizzjonali li jippermettu d-definizzjoni ta' familji ta' daqs iktar ristrett. Dawn il-parametri mhumiex neċessarjament parametri li jkollhom influwenza fuq il-livell tal-emissjonijiet.

3.   PARAMETRI LI JIDDEFINIXXU L-FAMILJA TAL-MAGNA

3.1.   Ċiklu tal-kombustjoni:

(a)

Ċikli 2-stroke;

(b)

Ċikli 4-stroke;

(c)

Magna rotatorja;

(d)

Oħrajn.

3.2.   It-tip ta' fjuwil:

(a)

Diżil;

(b)

Petrol;

(c)

Gassuż (NG jew LPG)

3.3.   Konfigurazzjoni taċ-ċilindri

3.3.1.   Pożizzjoni taċ-ċilindri fil-blokka:

(a)

V;

(b)

F'linja;

(c)

Radjali;

(d)

Oħrajn (F, W, eċċ.).

3.3.2.   Pożizzjoni relattiva taċ-ċilindri

Il-magni bl-istess blokka jistgħu japparatjenu għall-istess familja sakemm id-dimensjonijiet tal-interassi taċ-ċilindri tagħhom ikunu l-istess.

3.4.   Mezz ta' tkessiħ prinċipali:

(a)

Arja;

(b)

Ilma;

(c)

Żejt.

3.5.   Spustament individwali taċ-ċilindru

Sa 85 fil-mija u 100 fil-mija għal magni bi spustament ta' kull ċilindru ta' ≥ 0,75 dm3 tal-ikbar spustament fil-familja tal-magna.

Sa 70 fil-mija u 100 fil-mija għal magni bi spustament ta' kull ċilindru ta' < 0,75 dm3 tal-ikbar spustament fil-familja tal-magna.

3.6.   Metodu ta' aspirazzjoni tal-arja:

(a)

Aspirata b'mod naturali;

(b)

Iċċarġjata bil-pressjoni;

(c)

Iċċarġjata bil-pressjoni permezz ta' apparat li jkessaħ iċ-ċarġ.

3.7.   Tip/disinn tal-kompartiment tal-kombustjoni:

(a)

Kompartiment miftuħ;

(b)

Kompartiment maqsum;

(c)

Tipi oħrajn.

3.8.   Valvijiet u porting:

(a)

Konfigurazzjoni;

(b)

Numru ta' valvijiet għal kull ċilindru.

(c)

Cylinder wall;

(d)

Kaxxa tal-krank.

3.9.   Tip ta' provvista tal-fjuwil

3.9.1.   Għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni:

(a)

Pompa, linja u injettur (bi pressjoni għolja);

(b)

Pompa f'linja jew tad-distribuzzjoni;

(c)

Injettur unitarju;

(d)

Rail komuni.

3.9.2.   Għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs

(a)

Karburatur;

(b)

Injezzjoni tal-fjuwil indiretta (mid-dħul):

(c)

Injezzjoni diretta.

3.10.   Apparati mixxellanji:

(a)

Riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR);

(b)

Injezzjoni tal-ilma;

(c)

Injezzjoni tal-arja;

(d)

Oħrajn.

3.11.   Strateġija għall-kontroll elettroniku

Il-preżenza jew in-nuqqas ta' Unità ta' Kontroll Elettroniku (ECU) fuq il-magna titqies bħala parametru bażiku tal-familja.

Fil-każ ta' magni kkontrollati b'mod elettroniku, il-manifattur għandu jippreżenta l-elementi tekniċi li jispjegaw ir-raggruppament ta' dawn il-magni fl-istess familja, jiġifieri r-raġunijiet għaliex dawn il-magni jkunu mistennija jissodisfaw l-istess rekwiżiti tal-emissjonijiet.

Il-magni b'regolazzjoni elettronika tal-veloċità ma għandhomx għalfejn ikunu f'familja differenti minn dawk b'regolazzjoni mekkanika. Il-ħtieġa li l-magni elettroniċi jiġu sseparati mill-magni mekkaniċi għandha tapplika biss għall-karatteristiċi tal-injezzjoni tal-fjuwil, bħat-tajming, il-pressjoni, il-kurva tal-varjazzjoni, eċċ.

3.12.   Sistemi ta' post-trattament tal-egżost

Il-funzjoni u l-kombinazzjoni tal-apparati li ġejjin jitqiesu bħala kriterji tal-appartenenza għal familja tal-magna:

(a)

Katalist tal-ossidazzjoni;

(b)

Sistema DeNOx b'riduzzjoni selettiva tal-NOx (żieda ta' aġent ta' riduzzjoni);

(c)

Sistema DeNOx oħra;

(d)

Filtru għall-partikuli b'riġenerazzjoni passiva;

(e)

Filtru għall-partikuli b'riġenerazzjoni attiva;

(f)

Filtri oħrajn għall-partikuli;

(g)

Apparati oħrajn.

Meta magna tkun ġiet iċċertifikata mingħajr sistema ta' post-trattament, kemm bħala magna referenzjarja jew bħala membru tal-familja, allura din il-magna, meta tkun mgħammra b'katalist tal-ossidazzjoni (mhux b'filtru għall-partikuli), tista' tiġi inkluża fl-istess familja tal-magna, jekk ma tkunx teħtieġ karatteristiċi tal-fjuwil differenti.

Jekk din tkun teħtieġ karatteristiċi tal-fjuwil speċifiċi (pereżempju, filtri għall-partikuli li jeħtieġu addittivi speċjali fil-fjuwil biex jiġi żgurat il-proċess ta' riġenerazzjoni), id-deċiżjoni li tiġi inkluża fl-istess familja għandha tkun ibbażata fuq elementi tekniċi pprovduti mill-manifattur. Dawn l-elementi għandhom jindikaw li l-livell mistenni tal-emissjonijiet tal-magna mgħammra jkun konformi mal-istess valur ta' limitu bħall-magna li ma tkunx mgħammra.

Meta magna tkun ġiet iċċertifikata, b'sistema ta' post-trattament, kemm bħala magna ġenitur jew bħala membru ta' familja, li l-magna referenzjarja tagħha tkun mgħammra bl-istess sistema ta' post-trattament, allura din il-magna, meta tkun mgħammra mingħajr sistema ta' post-trattament, ma għandhiex tiġi inkluża mal-istess familja tal-magna


ANNESS 6

KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

Dawn ir-rekwiżiti huma konsistenti ma' testijiet li jsiru biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-produzzjoni (COP), skont il-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament.

2.   PROĊEDURI TAT-TEST

Il-metodi tal-ittestjar u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk deskritti fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

3.   ĠBIR TA' KAMPJUNI

3.1.   Każ ta' tip ta' magna

Għandha tintgħażel magna waħda. Jekk wara t-test tal-paragrafu 5.1 ta' hawn taħt, il-magna titqies li mhix konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttestjati żewġ magni oħra.

3.2.   Każ ta' familja tal-magni

Fil-każ ta' approvazzjoni mogħtija lil familja ta' magni, is-COP għandu jsir fuq membru wieħed tal-familja, li ma jkun il-magna referenzjarja. Fil-każ li ma jgħaddux mit-test tas-COP, iż-żewġ magni l-oħra għandhom ikunu mill-istess tip ta' membru.

4.   KRITERJI TAL-KEJL

4.1.   Potenza netta u konsum speċifiku tal-fjuwil tal-magna ta' kombustjoni interna

Il-kejl għandu jittieħed fuq numru suffiċjenti ta' veloċitajiet tal-magna biex jiġu ddefiniti b'mod korrett il-kurvi tal-potenza, tat-torque u tal-konsum speċifiku tal-fjuwil bejn l-iktar veloċitajiet baxxi u l-ogħla veloċitajiet tal-magna rakkomandati mill-manifattur kif definit fil-paragrafi 2.9 u 2.11 ta' dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla kkoreġuti għall-magna fil-kampjun ma għandhomx ikunu differenti b'aktar mill-valuri indikati fit-tabella ta' hawn taħt u ± 10 fil-mija, għall-konsum speċifiku tal-fjuwil.

Tip ta' magna

Potenza netta nominali (torque) (kW)

Punti oħra ta' kejl fuq il-kurva [%]

It-tolleranza għall-veloċità tal-magna [%]

Ġenerali

± 5

± 10

± 5

Magni tat-tqabbid bl-ispark, b'regolatur, li jieħdu l-petrol.

± 8

± 12

± 8

Magni tat-tqabbid bl-ispark, mingħajr regolatur, li jieħdu l-petrol.

± 8

± 20

± 8

5.   EVALWAZZJONI TAR-RIZULTATI

Jekk iċ-ċifri netti tal-potenza u l-konsum tal-fjuwil tat-tieni u/jew tat-tielet magna tal-paragrafu 3 ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta' hawn fuq, il-produzzjoni għandha tiġi kkunsidrata li mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjoni tal-paragrafu 7 ta' dan ir-Regolament għandha tiġi fis-seħħ.


ANNESS 7

DEJTA TEKNIKA TAL-FJUWILS TA' REFERENZA

1.   Dejta teknika tal-fjuwils LPG ta' referenza

Parametru

Unità

Limiti tal-Fjuwil A

Limiti tal-Fjuwil B

Metodu tat-Test

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Numru tal-ottan mutur

1

92,5 (1)

 

92,5

 

EN 589 Anness B

Kompożizzjoni:

Kontenut ta' C3

% vol

48

52

83

87

 

Kontenut ta' C4

% vol

48

52

13

17

ISO 7941;

Olefini

% vol

 

12

 

14

 

Residwu tal-evaporazzjoni

mg/kg

 

50

 

50

NFM 41-015

Kontenut totali ta' kubrit

ppm mass (1)

 

50

 

50

EN 24260

Sulfur tal-idroġenu

—

 

L-ebda

 

L-ebda

ISO 8819;

Korrużjoni tal-istrixxa tar-ram

klassifikazzjoni

 

Klassi 1

 

Klassi 1

ISO 6251 (2)

Ilma f'0 °C

 

 

Mingħajr

 

Mingħajr

Spezzjoni viżiva

2.   Dejta teknika tal-fjuwils NG ta' referenza

Il-fjuwils tas-suq Ewropew huma disponibbli f'żewġ meded:

—

Il-medda H, li l-fjuwils ta' referenza estremi tagħha huma GR u G23;

—

Il-medda L, li l-fjuwils ta' referenza estremi tagħha huma G23 u G25.

Dan ta' hawn taħt huwa sommarju tal-karatteristiċi tal-fhuwils ta' referenza GR, G23 u G25:

Fjuwil ta' referenza GR

Karatteristiċi

Unitajiet

Bażi

Limiti

Metodu tat-Test

Minimu

Massimu

Kompożizzjoni:

 

 

 

 

 

Metan

 

87

84

89

 

Etan

 

13

11

15

 

Bilanċ (3)

%-mole

—

—

1

ISO 6974;

Kontenut ta' kubrit

mg/m3  (4)

—

—

10

ISO 6326-5


Fjuwil ta' referenza G23

Karatteristiċi

Unitajiet

Bażi

Limiti

Metodu tat-Test

Minimu

Massimu

Kompożizzjoni:

 

 

 

 

 

Metan

 

92,5

91,5

93,5

 

Bilanċ (5)

%-mole

—

—

1

ISO 6974;

N2

 

7,5

6,5

8,5

 

Kontenut ta' kubrit

mg/m3  (6)

—

—

10

ISO 6326-5


Fjuwil ta' referenza G25

Karatteristiċi

Unitajiet

Bażi

Limiti

Metodu tat-Test

Minimu

Massimu

Kompożizzjoni:

 

 

 

 

 

Metan

 

86

84

88

 

Bilanċ (7)

%-mole

—

—

1

ISO 6974;

N2

 

14

12

16

 

Kontenut ta' kubrit

mg/m3  (8)

—

—

10

ISO 6326-5

3.   Fjuwil ta' referenza għal magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs

Parametru

Unità

Limiti (9)

Metodu tat-Test

Pubblikazzjoni

Minimu

Massimu

Numru tal-ottan riċerka, RON

 

95,0

—

EN 25164

1993

Numru tal-ottan mutur, MON

 

85,0

—

EN 25163

1993

Densità fi 15 °C

kg/m3

748

775

ISO 3675

1995

Pressjoni tal-fwar Reid

kPa

56,0

95,0

EN 12

1993

Distillazzjoni:

—

it-temperatura inizjali tat-togħlija

°C

24

40

EN-ISO 3405

1988

—

evaporazzjoni f'100 °C

% v/v

49,0

57,0

EN-ISO 3405

1988

—

evaporazzjoni f'150 °C

% v/v

81,0

87,0

EN-ISO 3405

1988

—

it-temperatura finali tat-togħlija

°C

190

215

EN-ISO 3405

1988

Residwu

fil-mija

—

2

EN-ISO 3405

 

Analiżi tal-idrokarburi:

—

olefini

% v/v

—

10

ASTM D 1319

1995

—

aromatiċi

% v/v

28,0

40,0

ASTM D 1319

1995

—

benżin

% v/v

—

1,0

pr. EN 12177

1998

—

saturati

 

—

Bilanċ

ASTM D 1319

1995

Proporzjon ta' karbonju/idroġenu

 

Rapport

Rapport

 

 

Stabbilità tal-ossidazzjoni (10)

mn.

480

—

EN-ISO 7536

1996

Kontenut ta' ossiġnu

m/m %

—

2,3

EN 1601

1997

Gomma eżistenti

mg/ml

—

0,04

EN-ISO 6246

1997

Kontenut ta' kubrit (11)

mg/kg

—

100

pr. EN-ISO 14596

1998

Korrużjoni tar-ram f'50°C

 

—

1

EN-ISO 2160

1995

Kontenut ta' ċomb

g/l

—

0,005

EN 237

1996

Kontenut ta' fosfru

g/l

—

0,0013

ASTM D 3231

1994

4.   Fjuwil ta' referenza għal magni li ta' tqabbid bil-kompressjoni (1)

Tabella 1 (12)  (22)

Fjuwil ta' referenza ta' magni C.I. fuq tratturi agrikoli u forestali u makkinarju mobbli mhux tat-triq lijkollhom it-tip approvat biex jissodisfaw il-valuri ta' limitu b'meded ta' potenza D sa G

 

Limiti u unitajiet (13)

Metodu tat-Test

Numru taċ-ċetan (15)

Minimu 45 (18)

Massimu 50

ISO 5165;

Densità fi 15 °C

Minimu 835 kg/m3

Massimu 845 kg/m3  (21)

ISO 3675, ASTM D 4052

Distillazzjoni (14) — punt ta' 95 %

Massimu 370 °C

ISO 3405

Viskożità f'40 °C

Minimu 2,5 mm2/s

Massimu 3,5 mm2/s

ISO 3104

Kontenut ta' kubrit

Minimu 0,1 % tal-massa (20)

Massimu 0,2 % tal-massa (19)

ISO 8754, EN 24260

Punt ta' fjammabbiltà

Minimu 55 °C

ISO 2719

CFPP (punt limitu tal-filtrabbiltà fil-ksieħ)

Minimu –

Massimu + 5 °C

EN 116

Korrużjoni tar-ram

Massimu 1

ISO 2160

Residwu ta' karbonju Conradson

(10 fil-mija DR)

Massimu 0,3 % tal-massa

ISO 10370

Kontenut ta' rmied

Massimu 0,1 % tal-massa

ASTM D 482 (23)

Kontenut ta' ilma

Massimu 0,05 % tal-massa

ASTM D 95, D 1744

Numru tan-newtralizzazzjoni (aċidu qawwi)

Minimu 0,20 mg KOH/g

 

Stabbilità tal-ossidazzjoni (16)

Massimu 2,5 mg/100 ml

ASTM D 2274

Addittivi (17)

 

 


Tabella 2

Fjuwil ta' referenza ta' magni C.I. fuq tratturi agrikoli u forestali u makkinarju mobbli mhux tat-triq lijkollhom it-tip approvat biex jissodisfaw il-valuri ta' limitu b'meded ta' potenza H sa K

Parametru

Unità

Limiti (24)

Metodu tat-Test

Minimu

Massimu

Numru taċ-ċetan (25)

 

52,0

54,0

EN-ISO 5165

Densità fi 15 °C

kg/m3

833

837

EN-ISO 3675

Distillazzjoni:

punt ta' 50 %

°C

245

—

EN-ISO 3405

punt ta' 95 %

°C

345

350

EN-ISO 3405

Punt finali tat-togħlija

°C

—

370

EN-ISO 3405

Punt ta' fjammabbiltà

°C

55

—

EN 22719

CFPP (punt limitu tal-filtrabbiltà fil-ksieħ)

°C

—

– 5

EN 116

Viskożità f'40 °C

mm2/s

2,5

3,5

EN-ISO 3104

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

m/m %

3,0

6,0

IP 391

Kontenut ta' kubrit (26)

mg/kg

—

300

ASTM D 5453

Korrużjoni tar-ram

 

—

klassi 1

EN-ISO 2160

Residwu ta' karbonju Conradson (10 fil-mija DR)

m/m %

—

0,2

EN-ISO 10370

Kontenut ta' rmied

m/m %

—

0,01

EN-ISO 6245

Kontenut ta' ilma

m/m %

—

0,05

EN-ISO 12937

Numru tan-newtralizzazzjoni (aċidu qawwi)

mg KOH/g

—

0,02

ASTM D 974

Stabbilità tal-ossidazzjoni (27)

mg/ml

—

0,025

EN-ISO 12205


Tabella 3

Fjuwil ta' referenza ta' magni C.I. fuq tratturi agrikoli u forestali u makkinarju mobbli mhux tat-triq lijkollhom it-tip approvat biex jissodisfaw il-valuri ta' limitu b'meded ta' potenza H sa K

Parametru

Unità

Limiti (28)

Metodu tat-Test

Minimu

Massimu

Numru taċ-ċetan (29)

 

 

54,0

EN-ISO 5165

Densità fi 15 °C

kg/m3

833

865

EN-ISO 3675

Distillazzjoni:

punt ta' 50 %

°C

245

—

EN-ISO 3405

punt ta' 95 %

°C

345

350

EN-ISO 3405

Punt finali tat-togħlija

°C

—

370

EN-ISO 3405

Punt ta' fjammabbiltà

°C

55

—

EN 22719

CFPP (punt limitu tal-filtrabbiltà fil-ksieħ)

°C

—

– 5

EN 116

Viskożità f'40 °C

mm2/s

2,3

3,3

EN-ISO 3104

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

m/m %

3,0

6,0

IP 391

Kontenut ta' kubrit (30)

mg/kg

—

10

ASTM D 5453

Korrużjoni tar-ram

 

—

klassi 1

EN-ISO 2160

Residwu ta' karbonju Conradson (10 fil-mija DR)

m/m %

—

0,2

EN-ISO 10370

Kontenut ta' rmied

m/m %

—

0,01

EN-ISO 6245

Kontenut ta' ilma

m/m %

—

0,02

EN-ISO 12937

Numru tan-newtralizzazzjoni (aċidu qawwi)

mg KOH/g

—

0,02

ASTM D 974

Stabbilità tal-ossidazzjoni (31)

mg/ml

—

0,025

EN-ISO 12205

Lubriċità (dijametru taċ-ċikatriċi ta' kemm ittiekel HFRR f'60 °C)

μm

—

400

CEC F-06-A-96

FAME

Ipprojbita


(1)  Il-Valur irid jiġi determinat f'kundizzjonijiet standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa).

(2)  Dan il-metodu jista' ma jiddeterminax b'mod preċiż li hemm materjal korrużiv jekk il-kampjun ikollu inibituri tal-korrużjoni jew xi kimiċi oħra, li jnaqqsu l-korrużività tal-kampjun għall-istrixxa tar-ram. Għalhekk, iż-żieda ta' komposti ta' dan it-tip għall-iskop uniku li tinfluwenza l-metodu tat-test hi projbita.

(3)  Inerti +C2+

(4)  Il-Valur irid jiġi determinat f'kundizzjonijiet standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa).

(5)  Inerti (differenti minn N2) +C2 +C2+

(6)  Il-Valur irid jiġi determinat f'kundizzjonijiet standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa).

(7)  Inerti (differenti minn N2) +C2 +C2+

(8)  Il-Valur irid jiġi determinat f'kundizzjonijiet standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa).

(9)  Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri” (“true values”). Fid-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Petroleum products — Determination and application of precision data in relation to methods of test” (Prodotti tal-petroleum — Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta' dejta ta' preċiżjoni b'relazzjoni għall-metodi tat-test) u fl-iffissar ta' valur minimu, tqieset differenza minima ta' 2R 'il fuq miż-żero; fl-iffissar ta' kejl massimu u minimu, id-differenza minima hija ta' 4R (R = riproduċibilità). Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira għall-valur ta' żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u għall-valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk il-fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.

(10)  Il-fjuwil jista' jkun fih inibituri tal-ossidazzjoni u d-deattivaturi tal-metall li normalment jintużaw biex jiġu stabbilizzati l-kurrenti tal-petrol tar-raffineriji, imma m'għandhomx jiġu miżjuda addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi.

(11)  Il-kontenut propju ta' kubrit tal-fjuwil użat għandu jiġi rreġistrat.

(12)  Jekk ikun meħtieġ li tiġi kkalkulata l-effiċjenza termali ta' magna jew vettura, il-valur kalorifiku tal-fjuwil jista' jiġi kkalkulat permezz ta':

Enerġija speċifika (valur kalorifiku)(netta) MJ/kg = (46,423 – 8,792 * d2 + 3,17 * d) * (1 – (x + y + s)) + 9,42 * s – 2,499 * x

fejn:

d

=

id-densità f'288 K (15 °C)

x

=

il-proporzjon skont il-massa ta' ilma (%/100)

y

=

il-proporzjon skont il-massa ta' rmied (%/100)

s

=

il-proporzjon skont il-massa ta' kubrit (%/100)

(13)  Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri veri” (“true values”). Fid-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 'li tiddiffenixxi l-bażi għal kwistjonijiet dwar il-kwalità ta' prodotti tal-petroleum', u fl-iffissar tal-valur minimu, ġiet ikkunsidrata differenza minima ta' 2R fuq iż-żero; fl-iffissar ta' kejl massimu u minimu, id-differenza minima hija ta' 4R (R = riproduċibilità).

Minkejja din il-miżura, li hi neċessarja għal raġunijiet statistiċi, il-manifattur tal-fjuwil għandu xorta waħda jimmira għal valur ta' żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R, u għall-valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.

(14)  Il-figuri kkwotati juru l-kwantitajiet evaporati (il-perċentwal irkuprat + il-perċentwal mitluf).

(15)  Il-medda taċ-ċetan mhijiex skont ir-rekwiżit ta' medda minima ta' 4R. Madankollu, f'każi ta' nuqqas ta' qbil bejn il-fornitur tal-fjuwil u l-utent tal-fjuwil, it-termini tal-ISO 4259 jistgħu jintużaw biex isolvu kwistjonijiet ta' din ix-xorta, bil-kundizzjoni li jintuża kejl replikat, li jsir biżżejjed drabi biex tinkiseb il-preċiżjoni meħtieġa, bi preferenza għal kejlijiet singoli.

(16)  Minkejja li l-istabbiltà tal-ossidazzjoni tiġi kkontrollata, huwa probabbli li l-perjodu ta' konservazzjoni jkun limitat. Għandu jintalab parir mingħand il-fornitur dwar il-kundizzjonijiet u l-perjodu tal-ħżin.

(17)  Dan il-fjuwil għandu jkun ibbażat biss fuq komponenti ta' distillat ta' straight run u cracked hydrocarbon; id-desulfurizzazzjoni hi permissibbli. Dan ma għandu jkun fih l-ebda addittiv metalliku jew addittiv li jtejjeb iċ-ċetan.

(18)  Huma permessi valuri iktar baxxi, f'liema każ in-numru taċ-ċetan tal-fjuwil ta' referenza li jkun intuża għandu jiġi rreġistrat.

(19)  Huma permessi valuri ogħla, u f'dan il-każ il-kontenut ta' kubrit tal-fjuwil ta' referenza użat għandu jiġi rreġistrat.

(20)  Għandu jinżamm taħt reviżjoni kostanti fid-dawl tat-tendenzi fis-swieq. Għall-iskop tal-approvazzjoni inizjali ta' magna mingħajr post-trattament tal-gassijiet tal-egżost fuq talba tal-applikant, hija permissibbli massa minima ta' kubrit ta' 0,050 %, fejn il-livell imkejjel ta' partikuli għandu jiġi kkoreġut 'il fuq lejn il-valur medju li hu speċifikat nominalment għall-kontenut ta' kubrit tal-fjuwil (0,150 % skont il-massa) skont l-ekwazzjoni hawn taħt:

= PT + [SFC × 0,0917 × (NSLF – FSF)]

fejn:

PTadj

=

valur PT aġġustat (g/kWh)

PT

=

il-valur speċifiku ponderat tal-emissjoni mkejjel għall-emissjoni ta' partikuli (g/kWh)

SFC

=

il-konsum speċifiku ponderat tal-fjuwil (g/kWh) ikkalkulat skont il-formula ta' hawn taħt:

NSLF

=

il-valur medju nominali speċifiku tal-frazzjoni tal-massa tal-kontenut ta' kubrit (i.e. 0,15 %/100)

FSF

=

frazzjoni tal-massa tal-kontenut ta' kubrit tal-fjuwil ((%/100)

ekwazzjoni għall-kalkolu tal-konsum speċifiku ponderat tal-fjuwil:

Formula

fejn:

Pi = Pm,i + PAE,i

Għall-finijiet tal-valutazzjonijiet tal-konformità tal-produzzjoni skont il-paragrafu 6 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati bl-użu ta' fjuwil ta' referenza b'kontenut ta' kubrit li jikkonforma mal-livell minimu/massimu ta' 0,1/0,2 fil-mija skont il-massa.

(21)  Huma permessi valuri ogħla sa 855 kg/m3, f'liema każ id-densità tal-fjuwil ta' referenza li jkun intuża għandha tiġi rreġistrata. Għall-finijiet tal-valutazzjonijiet tal-konformità tal-produzzjoni skont il-paragrafu 6 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati billi jintuża fjuwil ta' referenza li jkun konformi mal-livell minimu/massimu ta' 835/845 kg/m3.

(22)  Il-karatteristiċi u l-valuri ta' limitu tal-fjuwil kollha għandhom jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl tat-tendenzi fis-swieq.

(23)  Għandu jiġi sostitwit bl-EN/ISO 6245 b'effett mid-data ta' implimentazzjoni.

(24)  Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri” (“true values”). Fid-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Petroleum products — Determination and application of precision data in relation to methods of test” u fl-iffissar ta' valur minimu, tqieset differenza minima ta' 2R 'il fuq miż-żero; fl-iffissar ta' kejl massimu u minimu, id-differenza minima hija ta' 4R (R = riproduċibilità).

Minkejja din il-miżura, li hija neċessarja għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur ta' fjuwils għandu xorta waħda jimmira għal valur ta' żero fejn il-kejl massimu stipulat ikun 2R u għall-kejl ta' valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk il-fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.

(25)  Il-medda għan-numru taċ-ċetan mhijiex skont ir-rekwiżiti ta' medda minima ta' 4R. Madankollu, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-fornitur tal-fjuwil u l-utent tal-fjuwil, it-termini tal-ISO 4259 jistgħu jintużaw sabiex isolvu kwistjonijiet ta' din ix-xortabil-kundizzjoni li jintuża kejl replikat, li jsir biżżejjed drabi biex tinkiseb il-preċiżjoni meħtieġa, bi preferenza għal kejlijiet singoli.

(26)  Il-kontenut propju ta' kubrit tal-fjuwil użat għat-test għandu jiġi rreġistrat.

(27)  Minkejja li l-istabbiltà tal-ossidazzjoni tiġi kkontrollata, huwa probabbli li l-perjodu ta' konservazzjoni jkun limitat. Għandu jintalab parir mingħand il-fornitur dwar il-kundizzjonijiet u l-perjodu ta' konservazzjoni.

(28)  Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri” (“true values”). Fid-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 “Petroleum products — Determination and application of precision data in relation to methods of test” u fl-iffissar ta' valur minimu, tqieset differenza minima ta' 2R 'il fuq miż-żero; fl-iffissar ta' kejl massimu u minimu, id-differenza minima hija ta' 4R (R = riproduċibilità).

Minkejja din il-miżura, li hija neċessarja għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur ta' fjuwils għandu xorta waħda jimmira għal valur ta' żero fejn il-kejl massimu stipulat ikun 2R u għall-kejl ta' valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk il-fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.

(29)  Il-medda għan-numru taċ-ċetan mhijiex skont ir-rekwiżiti ta' medda minima ta' 4R. Madankollu, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-fornitur tal-fjuwil u l-utent tal-fjuwil, it-termini tal-ISO 4259 jistgħu jintużaw sabiex isolvu kwistjonijiet ta' din ix-xortabil-kundizzjoni li jintuża kejl replikat, li jsir biżżejjed drabi biex tinkiseb il-preċiżjoni meħtieġa, bi preferenza għal kejlijiet singoli.

(30)  Il-kontenut propju ta' kubrit tal-fjuwil użat għat-test għandu jiġi rreġistrat.

(31)  Minkejja li l-istabbiltà tal-ossidazzjoni tiġi kkontrollata, huwa probabbli li l-perjodu ta' konservazzjonijkun limitat. Għandu jintalab parir mingħand il-fornitur dwar il-kundizzjonijiet u l-perjodu tal-ħżin.