|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2006
fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/25/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur fix-Xlokk ta' l-Ażja fl-2004, ikkawżata minn razza tal-vajrus b'patoġeniċità għolja, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' din il-marda. Dawk il-miżuri jinkludu b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/756/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi terzi u l-movimenti minn pajjiżi terzi ta' għasafar li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom (2) Id-Deċiżjoni 2005/759/KE bħalissa tapplika sal-31 ta' Diċembru 2006. |
|
(2) |
Tifqigħat ta' l-influenza tat-tjur ikkawżati mill-influenza tat-tjur mir-razza H5N1 b'patoġeniċità għolja għadhom iseħħu fuq bażi regolari f'ċerti pajjiżi membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE), li jinkludu pajjiżi li qabel ma kinux affetwati. Il-marda għalhekk għadha ma ġietx ikkontrollata. Barra minn hekk, f'pajjiżi madwar id-dinja għadhom jinstabu każijiet ta' infezzjoni fil-bnedmin u anki mwiet b'riżultat ta' kuntatt mill-qrib ma' għasafar infettati. |
|
(3) |
Wara talba mill-Kummissjoni, il-Bord (EFSA) fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali (AHAW) matul il-laqgħa fis-26/27 ta' Ottubru 2006 adotta Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali assoċjati ma' l-importazzjoni ta' għasafar selvaġġi minbarra tjur ta' l-irziezet fil-Komunità. Din l-opinjoni tindika r-riskji tal-firxa tal-mard virali bħalma huma l-influenza tat-tjur u l-Marda Newcastle via l-importazzjoni ta' għasafar minbarra tjur ta' l-irziezet u tidentifika mezzi u għażliet possibli li jistgħu jnaqqsu kull riskju għas-saħħa ta' l-annimali li jista' jiġi identifikat fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' dawn l-għasafar. Barra minn hekk l-opinjoni tindika li huwa rari li tkun tista' tiddistingwi b'ċertezza bejn għasafar “maqbuda fis-selvaġġ” u għasafar “mrobbija”, peress li l-metodi ta' markar jistgħu jkunu applikati lil tipi differenti ta' għasafar mingħajr ma jkun possibbli li tiddistingwi bejniethom. |
|
(4) |
Dawn il-konklużjonijiet jisgħtu wkoll ikunu applikati għal moviment ta' għasafar domestiċi minn pajjiżi terzi. Sabiex tkun garantita distinzjoni ċara bejn għasafar maqbudin fis-selvaġġ għall-importazzjoni kummerċjali u għasafar domestiċi, il-moviment ta' għasafar ħajjin domestiċi għandu jibqa' suġġett għall-kundizzjonijiet stretti, mingħajr distinzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini, sabiex ikun żgurat l-istatus ta' l-għasafar domestiċi u biex jiġi evitat it-tixrid ta' dak il-mard virali. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2005/759/KE tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2007. |
|
(5) |
Mill-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni 2005/759/KE ġiet emendata bosta drabi. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2005/759/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikoli 1
Moviment mill-pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mill-pajjiżi terzi ta' l-għasafar tad-dar ħajjin mill-pajjiżi terzi biss fejn il-konsenja ikun fiha mhux iktar minn ħames għasafar u:
|
(a) |
l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness I; jew |
|
(b) |
l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I fuq kundizzjoni li l-għasafar;
|
2. Il-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 se tiġi ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali, fil-każ tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b)(ii) ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tas-sidien, fil-pajjiż terz tat-tluq skond iċ-ċertifikat mudell previst fl-Anness II.
3. Iċ-ċertifikat veterinarju jrid ikun appoġġjat b'dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid b'konformità ma' l-Anness III.
Artikolu 2
Kontrolli veterinarji
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi għasafar domestiċi mċaqalqa fit-territorju tal-Komunitarju minn pajjiż terz huma suġġetti għall-kontrolli tad-dokumenti u ta' l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġatur fit-territorju Komunitarju.
2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet msemmija f'paragrafu 1 responsabbli għal dawn il-kontrolli u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.
3. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tal-postijiet tad-dħul kif imsemmija fil-paragrafu 1 u jibgħatha lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
4. Meta dawn il-kontrolli juru li l-annimali ma jilħqux il-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għandu japplika t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-moviment lejn it-territorju Komunitarju ta' għasafar li jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom minn Andorra, il-Kroazja, il-Gżejjer Faeroe, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni 2005/759/KE hija revokata.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2007.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1467/2006 (ĠU L 274, 5.10.2006, p. 3).
(2) ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52; Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/522/KE (ĠU L 205, 27.7.2006, p. 28).
(3) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) 463/2006 (ĠU L 183, 5.7.2006, p. 20).
(4) ĠU L 278, 31.10.2006, p. 26. Id-Deċiżjoni emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) 2002/279 (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).
ANNESS I
PARTI A
Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(a):
PARTI B
Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):
|
— |
l-Afrika, |
|
— |
l-Ameriki, |
|
— |
L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja |
|
— |
l-Ewropa, u |
|
— |
l-Lvant Nofsani |
ANNESS III
Dikjarazzjoni tas-sid jew tar-rappreżentant tas-sid ta' l-għasafar domestiċi
Jiena, is-sid (1) /ir-rappreżentant tas-sid (1) sottoskritt niddikjara li:
|
1. |
L-għasafar se jkunu akkumpanjati waqt il-moviment tagħhom minn persuna li hija responsabbli għall-annimali. |
|
2. |
L-annimali mhumiex intenzjonati għal għanijiet kummerċjali. |
|
3. |
Waqt il-perjodu bejn l-ispezzjoni veterinarja ta' qabel il-moviment u t-tluq fattwali, l-għasafar se jibqgħu iżolati minn kull kuntatt possibbli ma' għasafar oħra. |
|
4. |
L-annimali għaddew mill-iżolament ta' 30 jum ta' qabel il-moviment mingħajr ma ġew f'kuntatt ma' għasafar oħra mhux koperti b'dan iċ-ċertifikat (1). |
|
5. |
Għamilt arranġamenti għall-kwarantina ta' 30 jum ta' wara l-introduzzjoni fil-post tal-kwarantina ta' ………… kif indikat f'punt I.12 taċ-ċertifikat (1). |
|
………………………………………………………… |
………………………………………………………… |
|
Data u post |
Firma |
(1) ħassar kif meħtieġ.