|
26.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9830 — Avacon Natur/NEW AG/Stadtenfalter JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 212/04)
1.
Fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NEW Smart City GmbH (“NEW Smart City”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp NEW AG (“NEW”, il-Ġermanja), |
|
— |
Avacon Natur GmbH (“Avacon Natur”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn E.ON SE (“E.ON”), |
|
— |
Stadtentfalter GmbH (“Stadtentfalter”, il-Ġermanja). |
NEW Smart City u Avacon Natur jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Stadtentfalter.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Avacon Natur tħaddem diversi impjanti ta’ enerġija termali u tbigħ l-elettriċità, il-gass u t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, |
|
— |
NEW Smart City hija attiva f’soluzzjonijiet ta’ smart city u mobilità elettronika, |
|
— |
Stadtentfalter se tkun attiva fil-kostruzzjoni u l-operazzjoni tat-tisħin distrettwali u networks tat-tkessiħ, fosthom il-kostruzzjoni ta’ impjanti għall-ġenerazzjoni u l-provvista a’ tkessiħ u tisħin, il-ġenerazzjoni tal-elettriċità għall-bejgħ f’dawn in-networks u konsulenza marbuta mat-tisħin / tkessiħ distrettwali, l-inġinerija u servizzi ta’ ġestjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9830 – Avacon Natur/NEW AG/Stadtentfalter JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).