European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2485

10.12.2025

Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn “il quddiem, “l-Istati Membri”),

u

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda,

u

IR-RENJU TAL-MAROKK(minn hawn “il quddiem imsejjaħ “il-Marokk”),

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tal-Marokk (il-“Ftehim”) iffirmat fi Brussell fit-12 ta’ Diċembru 2006 , kif emendat bil-Protokoll biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija iffirmat fi Brussell fit-18 ta’ Ġunju 2012.

Artikolu 2

1.   Id-dispożizzjoni li ġejja tiżdied fl-Anness II (Ftehimiet Bilaterali bejn il-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea) tal-Ftehim.

Wara t-tieni inċiż:

“—

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Marokk dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat f’Rabat fis-7 ta’ Lulju 1999;”.

2.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin jiżdiedu mal-ewwel paragrafu tal-Anness III (Proċeduri biex jitħaddmu l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tekniċi: l-awtoritajiet kompetenti) tal-Ftehim,

wara t-taqsima dwar il-Bulgarija:

“Il-Kroazja:

l-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili Kroata (CCAA)”.

Artikolu 3

It-test tal-Ftehim bil-Kroat, li huwa mehmuż ma’ dan il-Protokoll, għandu jitqies bħala awtentiku skont l-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll huwa approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, f’każ li dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin f’konformità mal-Artikolu 30(2) tal-Ftehim, dwar it-twettiq tal-formalitajiet ta’ approvazzjoni interni.

2.   Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu miż-żewġPartijiet.

Dan il-Protokoll huwa mfassal fi Brussell, fil-21 ta’ Novembru 2025, f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

Image 1


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/2485/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)