12005S/TTE/04

Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea), u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 4

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0018 - 0018


Artikolu 4

1. Dan it-Trattat għandu jiġi ratifikat mill-Partijiet Kontraenti Għolja skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Taljana sa mhux aktar tard mil- 31 ta' Diċembru 2006.

2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar 2007 sakemm l-istrumenti kollha ta' ratifika jkunu ġew depożitati qabel dik id-data.

Jekk, madanakollu, Stat imsemmi fl-Artikolu 1(1) ma jkunx iddepożita l-istrument ta' ratifika tiegħu fiż-żmien dovut, dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ għall-Istat l-ieħor li jkun iddepożita l-istrument tiegħu. F'dak il-każ, il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità, għandu jiddeċiedi immedjatament dwar dawk l-aġġustamenti li jkunu saru indispensabbli għal dan it-Trattat, għall-Artikoli 10, 11(2), 12, 21(1), 22, 31, 34 u 46, għall-Anness III, punt 2(1)(b), 2(2) u 2(3) u għall-Anness IV, sezzjoni B, tal-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 1(3) u, skond kif ikun il-każ, ghall-Artikoli 9 sa 11, 14(3), 15, 24(1), 31, 34, 46 u 47, għall-Anness III, punt 2(1)(b), 2(2) u 2(3) u għall-Anness IV, sezzjoni B, ta' l-Att imsemmi fl-Artikolu 2(2); b'unanimità, il-Kunsill jista' jiddikjara wkoll li skadiet il-validità ta' dawk id-disposizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi qabel, inklużi l-Annessi u l-Appendiċi tiegħu u, skond kif ikun il-każ, ta' l-Att imsemmi qabel, inklużi l-Annessi u l-Appendiċi tiegħu, li jirreferu espressament għal Stat li ma jkunx iddepożita l-istrument ta' ratifika tiegħu, jew jista' wkoll jaġġusthom.

Minkejja d-depożitu ta' l-istrumenti kollha ta' ratifika meħtieġa skond il-paragrafu 1, dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar 2008, jekk il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonċerna ż-żewġ Stati aderenti taħt l-Artikolu 39 tal-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 1(3), jew taħt l-Artikolu 39 ta' l-Att imsemmi fl-Artikolu 2(2) qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.

Jekk din id-deċiżjoni tittieħed fir-rigward ta' wieħed miż-żewġ Stati aderenti biss dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat fl- 1 ta' Jannar 2008.

3. Minkejja l-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jistgħu jadottaw qabel l-adeżjoni l-miżuri msemmija fl-Artikoli 3(6), 6(2) it-tieni subparagrafu, 6(4) it-tieni subparagrafu, 6(7) it-tieni u t-tielet subparagrafi, 6(8) it-tieni subparagrafu, 6(9) it-tielet subparagrafu, 17, 19, 27(1) u (4), 28(4) u (5), 29, 30(3), 31(4), 32(5), 34(3) u (4), 37, 38, 39(4), 41, 42, 55, 56, 57 u fl-Annessi IV sa VIII tal-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 1(3). Tali miżuri għandhom jiġu adottati taħt id-disposizzjonijiet ekwivalenti fl-Artikoli 3(6), 6(2) it-tieni subparagrafu, 6(4) it-tieni subparagrafu, 6(7) it-tieni u t-tielet subparagrafi, 6(8) it-tieni subparagrafu, 6(9) it-tielet subparagrafu, 20, 22, 27(1) u (4), 28(4) u (5), 29, 30(3), 31(4), 32(5), 34(3) u (4), 37, 38, 39(4), 41, 42, 55, 56, 57 u fl-Annesst IV sa VIII ta' l-Att imsemmi fl-Artikolu 2(2), qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.

Dawn il-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ biss skond it-Trattat u fil-jum tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

--------------------------------------------------