Official Journal L 077 , 31/03/1993 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0263
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0263
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 741/93 tas-17 ta’ Marzu 1993 dwar l-applikazzjoni tal-prezz komuni ta’ l-intervent għaż-żejt taż-żebbuġa fil-Portugall IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u b’mod partikolari l-Artikolu 234(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-kisba ta’ Suq Wieħed turi x-xewqa li jitneħħew L-ostakoli kollha tal-kummerċ, mhux biss bejn l-Istati Membri ta’ l-Komunità kif kostitwiti fil-31 ta’ Diċembru 1985 iżda wkoll, safejn huwa possibbli, bejn dawk l-Istati Membri u l-Istati Membri l-ġodda; Billi, taħt l-Att ta’ l-Adeżjoni, l-allinjament fuq il-prezz komuni tal-prezz taż-żejt taż-żebbuġa Portugiż għandu jinkiseb gradwalment f’perjodu sal-bidu tas-sena tal-marketing 1995/96; billi, sa dik id-data, ammonti kompensatorji ta’ adeżjoni huma għalhekk applikabbli għall-kummerċ bejn dawn il-pajjiżi u Stati Membri oħra; Billi, iżda, filwaqt li tinżamm l-għajnuna għall-produzzjoni u l-għajnuna għall-konsum fil-livell stipulat mill-Att ta’ l-Adeżjoni, l-allinjament kmieni jista’ jkun maħsub, tal-prezz Portugiż fuq il-prezz komuni, minħabba l-bilanċ mill-ġdid kif provdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2047/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li jistabbilixxi l-prezzijiet, l-għajnuna u l-perċentwali ta’ l-għajnuna li għandhom jinżammu fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena tal-marketing l-1992/93 [2], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-prezz komuni ta’ l-intervent għaż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun applikabbli fil-Portugall. Artikolu 2 Il-miżuri transitorji meħtieġa biex jiżguraw il-bidla lixxa mill-arranġamenti speċifikati fl-Artikolu 290 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni għal dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari biex jiġi evitat tgħawwiġ fix-xejriet normali normali tal-kummerċ bejn il-Portugal u Stati Membri oħra, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KEE) Nru 136/66/KEE [3]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 1993. Għall-Kunsill Il-President B. Westh [1] ĠU Ċ 21, 25.1.1993. [2] ĠU L 215, 30.7.1992, p. 3. [3] ĠU Ċ 172, 30.9.1966, p. 3025. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2046/92 (ĠU L 215, 30.7.1992, p. 1). --------------------------------------------------