|
6.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 852/2014
tal-5 ta' Awwissu 2014
dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-metjonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-metjonina bħala addittiv tal-għalf. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-metjonina prodotta minn Escherichia coli (KCCM 11252P u KCCM 11340P) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikat fil-kategorija ta' addittivi ta' “addittivi nutrittivi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' Ottubru 2013 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta' użu proposti, l-L-metjonina prodotta minn Escherichia coli (KCCM 11252P u KCCM 11340P) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li tista' titqies bħala sors effikaċi tal-aċidu amminiku L-metjonina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni ta' dik is-sustanza turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità esprimiet it-tħassib tagħha rigward is-sikurezza tal-L-metjonina għall-ispeċi fil-mira meta tingħata fl-ilma għax-xorb. Madankollu, ma ġie propost l-ebda kontenut massimu għal-L-metjonina mill-Awtorità. Għaldaqstant, fil-każ tas-somministrazzjoni tal-L-metjonina permezz tal-ilma għax-xorb, huwa xieraq li jingħataw struzzjonijiet lill-utent biex iqis is-sorsi kollha differenti ta' metjonina sabiex tinkiseb l-aħjar provvista bl-aċidi amminiċi essenzjali mingħajr ma tiġi affettwata l-prestazzjoni tal-annimali. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) The EFSA Journal 2013; 11(10):3428.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||||
|
3c305 |
— |
L-metjonina |
Kompożizzjoni tal-addittiv L-L-Metjonina b'purità ta' mill-inqas 98,5 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-L-metjonina ((2S)-2-ammino-4-(metiltijo) aċidu butanojku) prodotta bil-fermentazzjoni bl-Escherichia coli (KCCM 11252P u KCCM 11340P) Formula kimika: C5H11NO2S Numru CAS: 63-68-3 Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-L-metjonina fl-addittiv tal-għalf: assorbiment infraaħmar u rotazzjoni ottika — metodi ta' monografiji FCC. Għall-kwantifikazzjoni tal-metjonina fl-addittiv tal-għalf u t-taħlitiet minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta' metjonina: kromatografija ta' skambju ta' joni flimkien mad-derivatizzazzjoni postkolonna u d-detezzjoni fotometrika jew tal-fluworexxenza (HPLC-VIS/FD) — ISO/DIS 17180. Sabiex tiġi ddeterminata l-metjonina fit-taħlitiet minn qabel li jkun fihom inqas minn 10 % ta' metjonina, għalf kompost, materjali tal-għalf u ilma: kromatografija ta' skambju ta' joni flimkien mad-derivatizzazzjoni postkolonna u d-detezzjoni fotometrika (HPLC/VIS) — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) (l-Anness III, F). |
L-ispeċijiet kollha |
— |
|
|
|
Is-26 ta' Awwissu 2024 |
||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports