|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2199 |
5.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2199
tal-4 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1044 fir-rigward ta’ bidliet amministrattivi u minuri fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2021, ingħatat awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0024951-0000 lil Sumitomo Chemical Agro Europe SAS għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel” permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1044 (2). L-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprovdi s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott (“SPC”) għall-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel” f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (3) jistabbilixxi r-regoli proċedurali għall-kategoriji differenti ta’ bidliet imsemmija fl-Artikolu 50(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Malli tirċievi opinjoni mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) dwar applikazzjoni minn detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, li titlob biex tinbidel kwalunkwe informazzjoni sottomessa fl-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 jew, fejn rilevanti, tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għadhomx issodisfati u jekk hemmx il-ħtieġa li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jiġu emendati. |
|
(3) |
Fit-8 ta’ April 2022, Sumitomo Chemical Agro Europe SAS issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija għal bidla minuri fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel” f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, irreġistrata fir-reġistru għall-prodotti bijoċidali (“ir-Reġistru”) bin-numru tal-każ BC-BL074962-31, għaż-żieda tal-konċentrazzjoni ta’ żewġ sustanzi ta’ tħassib fil-prodott. Barra minn hekk, id-detentur tal-awtorizzazzjoni nnotifika l-bidliet fis-sit ta’ manifattura u d-dettalji amministrattivi tal-manifatturi tas-sustanzi attivi skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-regolament. |
|
(4) |
Fil-31 ta’ Lulju 2023, Sumitomo Chemical Agro Europe SAS issottomettiet notifika ta’ bidla amministrattiva ulterjuri lill-Aġenzija biex iżżid isem kummerċjali mal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel”, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-RB088051–50. |
|
(5) |
Fis-7 ta’ Settembru 2023, l-Aġenzija ssottomettiet opinjoni (4) lill-Kummissjoni dwar il-bidla amministrattivi nnotifikata fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel” tal-31 ta’ Lulju 2023, f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, flimkien ma’ sommarju rivedut tal-SPC. L-opinjoni tikkonkludi li ż-żieda proposta ta’ isem kummerċjali ġdid hija bidla amministrattiva f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (aa), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u kif speċifikat fit-Titolu 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, u li wara l-implimentazzjoni tal-bidla, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jibqgħu ssodisfati. |
|
(6) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2023, l-Aġenzija ssottomettiet opinjoni (5) lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni għal bidliet minuri fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali “Pesguard® Gel” tat-8 ta’ April 2022, f’konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, flimkien ma’ SPC riveduta u rapport ta’ valutazzjoni rivedut. Din l-opinjoni kkonkludiet li ż-żieda tal-konċentrazzjoni ta’ żewġ sustanzi ta’ tħassib fil-prodott mhijiex bidla minuri f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (ab), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u kif speċifikat fit-Titolu 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. Madankollu, l-Aġenzija kkonkludiet li l-bidliet relatati maż-żieda ta’ sit tal-manifattura ġdid għas-sustanza attiva klotijanidin u bidla fl-indirizz tal-manifattur taż-żewġ sustanzi attivi huma bidliet amministrattivi f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (aa), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 kif speċifikat fit-Titolu 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, u li wara l-implimentazzjoni ta’ dawk il-bidliet, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 xorta se jiġu ssodisfati. |
|
(7) |
Fl-10 ta’ Novembru 2023, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-SPC rivedut tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel” fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni li jkopri l-bidliet amministrattivi kollha li saret applikazzjoni għalihom, f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjonijiet tal-Aġenzija u għalhekk tqis li huwa xieraq li tiġi emendata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel” biex tintroduċi l-bidliet amministrattivi mitluba minn Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u appoġġati mill-Aġenzija. |
|
(9) |
L-applikazzjoni għaż-żieda tal-konċentrazzjoni ta’ żewġ sustanzi ta’ tħassib fil-prodott ma tistax titqies bħala bidla minuri f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (ab), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u kif speċifikat fit-Titolu2, il-punt 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. Bidla bħal din tkun bidla kbira, li għaliha tkun meħtieġa applikazzjoni għal bidla kbira, f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, sabiex tiġi żgurata l-evalwazzjoni xierqa tagħha. Minħabba n-nuqqas ta’ tali valutazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jibqgħux issodisfati u jekk l-awtorizzazzjoni tistax tiġi emendata. Din il-parti tal-applikazzjoni għaż-żieda tal-konċentrazzjoni ta’ żewġ sustanzi ta’ tħassib għalhekk jenħtieġ li tiġi miċħuda. |
|
(10) |
Ħlief għall-emendi rigward il-bidliet amministrattivi, l-informazzjoni l-oħra kollha inkluża fl-SPC ta’ “Pesguard® Gel” kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1044 tibqa’ l-istess. |
|
(11) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza u jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-utenti u tal-partijiet interessati għall-verżjoni konsolidata finali tal-SPC li għandha tiġi ppubblikata mill-Aġenzija, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1044 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1044 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1044 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1044 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Pesguard® Gel” (ĠU L 225, 25.6.2021, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1044/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).
(4) ECHA Opinion on the administrative change of the Union authorisation of the single biocidal product ‘Pesguard® Gel’ of 7 September 2023, Opinion N° UAD-C-1680571-32-00/F (https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation).
(5) Biocidal Products Committee (BPC) opinion on the minor change to the Union authorisation of the single biocidal product ‘Pesguard® Gel’ of 9 October 2023, ECHA/BPC/395/2023 (https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation).
ANNESS
SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL PRODOTT BIJOĊIDALI
Pesguard® Gel
Tip(i) ta’ prodott
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0024951-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0024951-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
Pesguard® Gel GOLIATH® GEL NEW |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Sumitomo Chemical Agro Europe SAS |
|
Indirizz |
10A, rue de la Voie Lactée 69370 Saint Didier au Mont d’Or, Franza |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0024951-0000 |
|
|
Numru tal-assi R4BP |
EU-0024951-0000 |
|
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
Il-25 ta’ Settembru 2024 |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
It-30 ta’ Ġunju 2026 |
|
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
McLaughlin Gormley King Company (MGK) |
|
Indirizz tal-manifattur |
8810 10th Avenue North MN 55427, Minneapolis, L-Istati Uniti |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
McLaughlin Gormley King Company (MGK) site 1 McLaughlin Gormley King Company, 4001 Peavey Road MN 55318, Chaska, L-Istati Uniti |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
(E)-1-(2-Kloro–1,3 -tijażol-5-ilmetil)-3-metil-2-nitrogwanidina (Klotijanidin) |
|
Isem tal-manifattur |
Sumitomo Chemical Co. Ltd. |
|
Indirizz tal-manifattur |
7-1, Nihonbashi 2-chome, Chuo-ku 103-6020 Tokyo, Il-Ġappun |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Sumitomo Chemical Co. Ltd. site 1 Sumitomo Chemical Company LTD, Oita Works, 2200, Tsurusaki, Oita City, 870-0106 Oita, Il-Ġappun Sumitomo Chemical Co. Ltd. site 2 Jiangsu Flag Chemical Industry Co., Ltd., No.309, Changfenghe Road, Nanjing Chemical, Industry Park 210047 Nanjing, Iċ-Ċina |
|
Sustanza attiva |
Piriprossifen |
|
Isem tal-manifattur |
Sumitomo Chemical Co. Ltd. |
|
Indirizz tal-manifattur |
7-1, Nihonbashi 2-chome, Chuo-ku 103-6020 Tokyo Il-Ġappun |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Sumitomo Chemical Co. Ltd. site 1 Sumitomo Chemical Company LTD, Misawa Works, Aza-Sabishirotaira, Oaza-Misawa, Misawa, 033-0022 Aomori, Il-Ġappun |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
(E)-1-(2-Kloro–1,3 -tijażol-5-ilmetil)-3-metil-2-nitrogwanidina (Klotijanidin) |
|
sustanza attiva |
210880-92-5 |
433-460-1 |
0,526 |
|
Piriprossifen |
4-phenoxyphenyl (RS)-2-(2- pyridyloxy)propyl ether |
sustanza attiva |
95737-68-1 |
429-800-1 |
0,515 |
|
Aċidu aċetiku |
Aċidu etanoiku |
Sustanza mhux attiva |
64-19-7 |
200-580-7 |
0,3 |
|
Sorbat tal-potassju |
potassju (E,E)-eża–2,4 -dijenoat |
Sustanza mhux attiva |
24634-61-5 |
246-376-1 |
0,5 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
RB Lixka (lesta għall-użu)
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P302 + P352: JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel b’ħafna ilma. P333 + P313: If skin irritation or rash occurs: Get medical advice/attention. P280: Ilbes ingwanti protettivi. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P501: Armi l-il-kontenitur fi … skont ir-regolamenti lokali. P391: Iġbor it-tixrid. |
4. UŻU/I AWTORIZZATI
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Użu Professjonali — Lixka RTU
|
Tip ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
||||||
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Insettiċida |
||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Blattella germanica Isem komuni: Wirdiena Ġermaniża Istadju iżvilupp: nimfi (nymphs) Isem xjentifiku: Blattella germanica Isem komuni: Wirdiena Ġermaniża Istadju iżvilupp: adulti Isem xjentifiku: Supella longipalpa Isem komuni: Wirdiena brown-banded Istadju iżvilupp: nimfi (nymphs) Isem xjentifiku: Supella longipalpa Isem komuni: Wirdiena brown-banded Istadju iżvilupp: adulti Isem xjentifiku: Blatta orientalis Isem komuni: Wirdiena Orjentali Istadju iżvilupp: nimfi (nymphs) Isem xjentifiku: Blatta orientalis Isem komuni: Wirdiena Orjentali Istadju iżvilupp: adulti Isem xjentifiku: Periplaneta americana Isem komuni: Wirdiena Amerikana Istadju iżvilupp: nimfi (nymphs) Isem xjentifiku: Periplaneta americana Isem komuni: Wirdiena Amerikana Istadju iżvilupp: adulti |
||||||
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Fi qsim u xquq, jew f’postijiet moħbija inaċċessibbli għall-bnedmin jew għall-annimali domestiċi: wara r-refriġeraturi, l-armarji u l-ixkafef, taħt it-tagħmir tal-kċina, f’kaxxi tal-kontroll elettriku, fi spazji vojta u kanali u taħt it-tagħmir għall-kmamar tal-banju, eċċ. |
||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: applikazzjoni lixka Deskrizzjoni dettaljata: Lixka b’ġell insettiċida lesta għall-użu (RTU) għall-kontroll tal-wirdien fl-iġjene pubblika |
||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Pesguard® Gel għandu jiġi applikat bħala numru ta’ tikek b’dijametru ta’ madwar 4 mm (kull tikka tinkludi lixka ta’ madwar 0,032 g). Dilwizzjoni (%): 0 Numru u ħin tal-applikazzjoni: F’każijiet ta’ infestazzjoni severa, fejn hemm speċi akbar ta’ wirdien (B. orientalis jew P. americana), f’żoni li huma partikolarment maħmuġin jew b’ħafna imbarazz jew fejn sorsi alternattivi ta’ ikel ma jistgħux jiġu eliminati kompletament, għandha tintuża r-rata ogħla ta’ applikazzjoni (eż. 2 tikek minflok tikka 1 għal kull m2 f’każ ta’ infestazzjoni ħafifa).
In-numru massimu ta’ applikazzjonijiet annwali hu ta’ 11. |
||||||
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Siringa ta’ 30 g Polipropilen (PP) Għatu ta’ fuq bil-kamin tal-Polietilen ta’ Densità Għolja (HDPE) |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu u rrispetta u segwi l-istruzzjonijiet kollha mogħtija.
Tesponix il-qtar tal-lixka għad-dawl tax-xemx jew għas-sħana (eż. radjatur).
Ir-reċipjent tal-plastik mimli minn qabel li fih Pesguard® Gel huwa maħsub għall-użu bil-planġer ipprovdut jew b’apparat speċifiku għall-applikazzjoni tal-lixka li huwa komuni għall-industrija tal-kontroll tal-pesti. Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-applikatur.
Injetta l-lixka fi xquq u qsim, fi spazji vojta, jew f’postijiet moħbija inaċċessibbli għall-bnedmin jew għall-annimali domestiċi fejn l-insetti jistgħu jgħixu, jieklu u jnisslu. Żoni bħal dawn ġeneralment ikunu sħan/umdi u mudlama (wara r-refriġeraturi, l-armarji u l-ixkafef, taħt it-tagħmir tal-kċina, f’kaxxi tal-kontroll tal-elettriku, fi spazji vojta u kanali u taħt it-tagħmir għall-kmamar tal-banju, eċċ.). Hu rakkomandat li qabel it-trattament, ikun hemm spezzjoni jew qbid biex tiġi kkonfermata l-infestazzjoni. Kun żgur li kwalunkwe sors alternattiv tal-ikel jitneħħa u t-tqegħid tal-lixka jiġi kkonċentrat bħala tikek individwali f’siti fejn ikun hemm attività ta’ wirdien. Il-prodott għandu jiġi applikat biss f’żoni inaċċessibbli għat-tfal u għall-annimali domestiċi.
Tapplikax Pesguard® Gel fejn jiġi f’kuntatt mal-ilma jew f’żoni li jitnaddfu b’mod regolari. Tipikament il-wirdien imut ftit sigħat wara għalf wieħed ta’ Pesguard Gel. Fil-bini infestat, il-wirdien mejjet normalment jidher fi żmien 24 siegħa mit-trattament.
Neħħi l-għatu miż-żennuna, miss il-parti ta’ fuq tal-wiċċ li jkun se jiġi trattat, u imbotta ’l isfel fuq il-planġer. Erġa’ poġġi l-għatu fuq id-dispensur wara li jitlesta t-trattament.
Il-lixka teħel ma’ uċuħ mhux żejtnija jew mingħajr trab u tibqa’ flessibbli u tattira l-wirdien bit-togħma tagħha sakemm ikunu jistgħu jarawha.
Iż-żoni trattati għandhom jiġu eżaminati viżwalment wara ġimgħa sa ġimagħtejn. Fejn l-ewwel infestazzjoni kienet qawwija, jista’ jkun hemm bżonn tat-tieni applikazzjoni ta’ Pesguard® Gel jekk l-ewwel trattament ikun ġie kkunsmat u jkun għad hemm wirdien ħaj.
Hija rakkomandata t-tieni spezzjoni viżwali tat-tqegħdin tal-lixka 2-4 ġimgħat wara l-ewwel trattament. Applika mill-ġdid meta l-lixka ma tkunx għadha tidher, skont il-livell ta’ infestazzjoni (ħafifa, medja jew qawwija). Issostitwixxi l-lixka qabel ma tiġi kkunsmata kompletament biex iżżomm il-wirdien milli jerġa’ lura.
Informa lid-detentur tar-reġistrazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv.
It-tixrid u r-residwi li fihom il-prodott jeħtieġ li jitneħħew bħala skart kimiku.
Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li l-ġell jiġi ddepożitat fuq uċuħ esposti. Jekk il-ġell jiġi f’kuntatt ma’ wiċċ espost, neħħi l-ġell b’xugaman tal-karta u naddaf iż-żona b’wipes imxarrbin li jintremew wara l-użu.
Matul iż-żjarat ta’ segwitu, spezzjona t-tqegħid tal-lixka u applika mill-ġdid meta jkun meħtieġ.
Tpoġġix lixka f’postijiet li jinħaslu regolarment, peress li l-lixka titneħħa bil-ħasil. Tużax dan il-prodott fi jew fuq tagħmir elettriku fejn teżisti l-possibbiltà ta’ periklu ta’ xokk. Evita l-kuntatt mat-tessuti u l-ħwejjeġ, peress li l-lixka tista ttebba’.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi waqt il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Tapplikax lixka f’żoni fejn ikunu ntużaw insettiċidi ripellanti mingħajr ma tnaddaf sew il-wiċċ b’tixju mxarrba li tintrema wara l-użu. Tapplikax insettiċidi ripellanti wara l-applikazzjoni tal-lixka.
Tapplikax direttament fuq jew qrib l-ikel, l-għalf jew ix-xorb, jew fuq uċuħ jew għodda li x’aktarx jiġu f’kuntatt dirett mal-ikel, l-għalf, ix-xorb u l-annimali.
Tixrid jew fdal li jkun fih il-prodott għandu jitneħħa bħala skart kimiku.
Evita li tqiegħed ġell fuq drappijiet jew twapet billi jista’ jtebba’ xi materjali assorbenti. Sabiex jiġu evitati t-tbajja’, il-lixka esposta għandha titnaddaf immedjatament b’wipes imxarrbin li jintremew wara l-użu.
Il-materjal tat-tindif għandu jintrema bħala skart solidu.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Dan il-prodott bijoċidali fih clothianidin, li huwa perikoluża għan-naħal.
Effetti diretti jew indiretti probabbli
Mhu mistenni l-ebda effett avvers jekk jintuża kif indikat.
Deskrizzjoni tal-miżuri tal-ewwel għajnuna
Kuntatt mal-ġilda: Neħħi l-ilbies kontaminat minnufih u aħsel il-ġilda b’sapun u ilma. Fittex attenzjoni medika jekk l-irritazzjoni tippersisti wara l-ħasil.
Kuntatt mal-għajnejn: Jekk ikun hemm sintomi; laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkun faċli biex tneħħihom. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.
Inġestjoni: Jekk jinbela’: Jekk ikun hemm sintomi, ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.
Jekk jinġibed man-nifs: mhux applikabbli.
L-iktar sintomi u effetti importanti, kemm akuti kif ukoll imdewmin
L-għajnejn: Jista’ jikkawża irritazzjoni temporanja tal-għajnejn.
Miżuri ta’ emerġenza biex jiġi protett l-ambjent
Evita r-rilaxx tal-prodott fl-ambjent.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Il-kontenituri u l-imballaġġ vojt biss għandu jintbagħat għar-riċiklaġġ.
Dan l-imballaġġ għandu dejjem jintrema skont il-leġiżlazzjoni tar-rimi tal-iskart u kull rekwiżit tal-awtorità lokali reġjonali.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ipproteġi mill-ġlata. Aħżen ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.
Żmien tal-ħżin: Sentejn.
6. INFORMAZZJONI OĦRA
—
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2199/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)