Brussell, 16.7.2025

COM(2025) 553 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-iskema tal-frott, il-ħxejjex u l-ħalib fl-iskejjel (“l-iskema għall-iskejjel tal-UE”), l-interventi settorjali, il-ħolqien ta’ settur tal-proteini, ir-rekwiżiti għall-qanneb, il-possibbiltà ta’ standards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-ġobon, l-għelejjel li fihom il-proteini u l-laħam, l-applikazzjoni ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, ir-regoli dwar id-disponibbiltà tal-provvisti fi żmien ta’ emerġenzi u kriżi serja u garanziji


ANNESS I

(1)L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)it-Taqsima IV hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI IV

Għelejjel li fihom il-proteini

Is-settur tal-għelejjel li fihom il-proteini għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-Taqsimiet 1 u 2 ta’ din il-Parti.

Taqsima 1

Ħxejjex leguminużi mnixxfin

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0713

Ħxejjex leguminużi mnixxfin, imqaxxrin, kemm mingħajr qoxra ta’ ġewwa u maqsumin jew le:

ex 0713 10

– Piżelli (Pisum sativum):

0713 10 90

– – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 20 00

– Ċiċri (garbanzos), minbarra għaż-żrigħ

– Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.):

ex 0713 31 00

– – Fażola tal-ispeċi Vigna mungo (L) Hepper jew Vigna radiata (L) Wilczek minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 32 00

– – Fażola (Adzuki) żgħira ħamra (Phaseolus jew Vigna angularis) għaż-żrigħ

ex 0713 33

– – Fażola, inkluża fażola mill-bajda (Phaseolus vulgaris):

0713 33 90

– – – Oħrajn minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 34 00

– – Fażola bambara (Vigna subterranea jew Voandzeia subterranea), minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 35 00

– – Piżelli tal-għajn (Vigna unguiculata), minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 39 00

– – Oħrajn, minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 40 00

– Għads, minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 50 00

– Ful (Vicia faba var. major) u ful tal-varjetà raffa (Vicia faba var. equina u Vicia faba var. minor), minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 60 00

– Piżelli safra u ħamra (Cajanus cajan), minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 90 00

– Oħrajn, oħrajn minbarra għaż-żrigħ

1201 90 00

Fażola tas-sojja, imkissra jew le, minbarra ż-żerriegħa

1202 41 00

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, fil-qoxra, minbarra ż-żerriegħa

1202 42 00

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar, imqaxxar, kemm jekk imkisser jew le, minbarra ż-żerriegħa

ex 1209 29 45

Żerriegħa tal-ġulbiena, minbarra għaż-żrigħ

ex 1209 29 50

Żerriegħa tal-lupina, minbarra għaż-żrigħ

Taqsima 2

Għalf leguminuż

1214 10 00

– Smida u gerbub tan-nifel (alfalfa)

ex 1214 90 90

– Nifel, sainfoin, xnien, lupini, ġulbiena, lotus tal-għasel, piżelli chickling, għantqux u prodotti tal-għalf leguminużi oħrajn

(b)fil-Parti VIII, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“1204 00 90 Kittien, imkisser jew le, minbarra għaż-żrigħ

1207 99 91 Żerriegħa tal-qanneb, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

ex 1211 90 86 Partijiet oħra tal-pjanta tal-qanneb”;

(c)fil-Parti XXIV, it-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

(a)ir-ringieli inklużi fl-intestatura ex 0713 jitħassru;

(b)ir-ringieli li jikkonċernaw il-kodiċi NM 1201 90 00, 1202 41 00 u 1202 42 00 jitħassru;

(c)ir-ringieli inklużi fl-intestatura ex 1214 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ex 1214 Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, kaboċċi għall-magħlef, u prodotti simili tal-għalf, f’forma ta’ gerbub jew le:

ex 1214 90 – Oħrajn:

1214 90 10 – – Mangoldi, swedes u għeruq oħrajn għall-għalf

ex 1214 90 90 – – Oħrajn, minbarra għalf leguminuż”;

(d)ir-ringieli li jikkonċernaw il-kodiċijiet NM

1204 00 90 u

1207 99 91 jitħassru;

(e)id-deskrizzjoni fl-entrata dwar l-intestatura ex 1211 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Pjanti u partijiet ta’ pjanti (inklużi żerriegħa u frott) ta’ tip użat primarjament fil-fwejjaħ, fl-ispiżerija jew għal skopijiet insettiċidali, fungiċidali jew simili, friski jew imnixxfin, kemm jekk maqtugħin, imfarrkin jew magħmula trab, minbarra l-prodotti elenkati taħt il-kodiċi NM ex 1211 90 86 fil-Parti VIII u IX;”;

(f)id-deskrizzjoni fl-entrata li tikkonċerna l-intestaturi ex 2309 90 91 sa 2309 90 96 hija sostitwita b’dan li ġej:

“– – – Minbarra dak li fih il-lamtu, il-glukożju, il-ġulepp tal-glukożju, il-maltodestrina jew il-ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50, 1702 30 90, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew il-prodotti mill-ħalib”;

(2)fl-Anness II, il-Parti II, it-Taqsima A, il-punti 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5. “Kuntratt ta’ konsenja” tfisser kuntratt konkluż bejn bejjiegħ u impriża għall-konsenja ta’ pitravi jew kannamieli għall-manifattura taz-zokkor.

6. “Ftehim fi ħdan il-kummerċ” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)ftehim konkluż, qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ konsenja bejn impriżi jew organizzazzjoni ta’ impriżi rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat, jew grupp ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ impriżi minn naħa, u assoċjazzjoni ta’ bejjiegħa tal-pitravi jew il-kannamieli rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat jew grupp ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ bejjiegħa min-naħa l-oħra;

(b)fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ftehim kif imsemmi fil-punt (a), il-liġi dwar il-kumpaniji u l-liġi dwar il-kooperattivi, safejn dawn jirregolaw il-konsenja tal-pitravi taz-zokkor u l-kannamieli mill-azzjonisti jew mill-membri ta’ kumpanija jew ta’ kooperattiva li timmanifattura z-zokkor.”;

(3)fl-Anness IV, il-Parti B, it-Taqsima IV, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jkun valutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati mill-Istati Membri. Jistgħu jkunu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ wieħed jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal. Awtorizzazzjoni għall-metodi ta’ gradazzjoni għandha tkun soġġetta għal konformità ma’ tolleranza massima għal errur statistiku fil-valutazzjoni.”;

(4)fl-Anness VII, tiddaħħal l-Parti li ġejja:

“PARTI Iaa

Denominazzjonijiet ta’ laħam u prodotti tal-laħam

1. “Laħam” tfisser esklużivament il-partijiet li jittieklu ta’ annimal.

2. Għall-finijiet ta’ din il-Parti, “prodotti tal-laħam” tfisser prodotti miksuba esklużivament mil-laħam, bil-fehim li sustanzi neċessarji għall-manifattura tagħhom jistgħu jiġu miżjuda, dment li dawk is-sustanzi ma jintużawx sabiex jissostitwixxu, għalkollox jew parzjalment, kwalunkwe kostitwent tal-laħam.

3. L-ismijiet li ġejjin għandhom jiġu riżervati għal prodotti derivati esklużivament mil-laħam fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a)Ċanga;

(b)Vitella;

(c)Majjal;

(d)Pollam;

(e)Tiġieġ;

(f)Dundjan;

(g)Papra;

(h)Wiżża;

(i)Ħaruf;

(j)Muntun;

(k)Ovini;

(l)Mogħoż;

(m)Parti t’isfel tal-koxxa;

(n)Laħam tari tal-ġenb;

(o)Sirloin;

(p)Falda;

(q)Flett;

(r)Kustilji;

(s)Spalla;

(t)Sieq;

(u)Qatgħa;

(v)Ġewnaħ;

(w)Sider;

(x)Koxxa;

(y)Sidra;

(``)Ribeye;

(aa)Għadma T;

(bb)Vagant;

(cc)Bacon.

4. It-terminu “laħam” u d-denominazzjonijiet elenkati fil-punt 3 jistgħu jintużaw ukoll flimkien ma’ kelma jew kliem għad-denominazzjoni ta’ prodotti komposti li l-ebda parti minnhom ma tieħu jew tkun intiża sabiex tieħu l-post ta’ kwalunkwe kostitwent tal-laħam u li l-laħam ikun parti essenzjali minnhom f’termini ta’ kwantità jew għall-karatterizzazzjoni tal-prodott.”;

(5)l-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu tal-Anness huwa sostitwit b’dan li ġej:

“TERMINI TAX-XIRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 125(3)”;

(b)wara t-titolu, jiddaħħal it-titolu li ġej tal-Parti I:

“PARTI I

Termini tax-xiri għall-pitravi”;

(c)    fil-punt VIII, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-kuntratti ta’ konsenja għandhom jipprevedu li l-polpa miksuba mill-kwantità sħiħa ta’ pitravi kkonsenjata għandha titqies bħala l-proprjetà tal-bejjiegħ tal-pitravi u għandhom jirrikjedu li l-impriżi taz-zokkor jagħmlu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin fir-rigward ta’ dik il-polpa:

(a) iroddu lura l-polpa kollha jew parti minnha, friska, mingħajr ħlas, lill-bejjiegħ tal-polpa, kif toħroġ mill-fabbrika;

(b) iroddu lura parti minn dik il-polpa, ippressata, imnixxfa, jew imnixxfa u melassata, mingħajr ħlas lill-bejjiegħ, kif toħroġ mill-fabbrika. F’dan il-każ, il-parti tal-polpa li trid tinżamm mill-impriża taz-zokkor, mingħajr ħlas, għandha tkun stipulata fil-kuntratt tal-konsenja;

(c) iroddu lura l-polpa kollha jew parti minnha, ippressata jew imnixxfa, lill-bejjiegħ tal-pitravi, kif toħroġ mill-fabbrika. F’dan il-każ, l-ammont tal-polpa li jrid jintrodd lura lill-bejjiegħ tal-pitravi u l-kostijiet tal-ippressar jew tat-tnixxif li jridu jitħallsu mill-bejjiegħ tal-pitravi lill-impriża taz-zokkor għandhom jiġu stipulati fil-kuntratt tal-konsenja;

(d) iżommu l-polpa kollha jew parti minnha. F’dan il-każ, l-ammont tal-polpa li jrid jinżamm mill-impriża taz-zokkor u l-prezz jew il-metodu ta’ kalkolu għall-valur tal-polpa li jrid jitħallas mill-impriża taz-zokkor lill-bejjiegħ tal-pitravi għandhom jiġu stipulati fil-kuntratt tal-konsenja. Il-prezz jew il-metodu tal-kalkolu għall-valur tal-polpa għandu jkun ibbażat fuq il-possibbiltajiet tal- bejgħ tal-polpa kkonċernata;”;

(d) tiżdied il-Parti li ġejja:

“PARTI II

Termini tax-xiri għall-kannamieli

It-termini tax-xiri għall-pitravi stabbiliti fil-Parti I japplikaw mutatis mutandis għaz-zokkor tal-kannamieli.”.



ANNESS II

“ANNESS Ia

LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0101

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tal-irkib ħajjin:

– Żwiemel

0101 21 00

– – Annimali ta’ razza pura għat-tgħammir*

0101 29

– – Oħrajn:

0101 29 10

– – – Għall-qatla

0101 29 90

– – – Oħrajn

0101 30 00

– Ħmir

0101 90 00

– Oħrajn

ex 0103

Majjali ħajjin:

0103 10 00

– Annimali ta’ razza pura għat-tgħammir**

ex 0106

Annimali ħajjin oħra:

0106 14 10

– Fniek domestiċi

ex 0106 19 00

– – Oħrajn: renni u ċriev

0106 33 00

– – Ngħam; emu (Dromaius novaehollandiae)

0106 39 10

– – – Ħamiem

0106 39 80

– – – Tjur oħra

ex 0205 00

Laħam taż-żwiemel, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex 0208

Laħam u ġewwieni tajjeb għall-ikel oħrajn, friski, imkessħa jew iffriżati:

ex 0208 10 10

– – Laħam tal-fniek domestiċi

ex 0208 90 10

– – Laħam tal-ħamiem domestiku

ex 0208 90 30

– – Laħam tas-selvaġġina, minbarra fniek jew liebri

ex 0208 90 60

– – Laħam tar-renni

ex 0407

Bajd tat-tjur, bil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

0407 19 90

– Fertilizzat, minbarra tal-pollam

0407 29 90

– Bajd frisk ieħor, minbarra tal-pollam

0407 90 90

– Bajd ieħor, minbarra tal-pollam

0701

Patata, friska jew imkessħa

1203 00 00

Kopra

1205 10 90

Żerriegħa tal-lift jew tal-kolza b’livell ta’ aċtu eruċiku baxx, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1205 90 00

Żerriegħa tal-lift jew tal-kolza oħra, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1206 00 91

Żerriegħa tal-ġirasol, imqaxxra; f’qoxra rrigata griż bl-abjad, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1206 00 99

Żerriegħa oħra tal-ġirasol, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1207 29 00

Żerriegħa tal-qoton, imkissra jew le, minbarra għaż-żriegħ

1207 40 90

Żerriegħa tal-ġulġlien, imkissra jew le, minbarra għaż-żriegħ

1207 50 90

Żerriegħa tal-mustarda, imkissra jew le, minbarra għaż-żriegħ

1207 60 00

– Żerriegħa tal-għosfor (Carthamus tinctorius)

1207 91 90

Żerriegħa tal-peprin, imkissra jew le, minbarra għaż-żriegħ

ex 1207 99 96

Żrieragħ u frott żejtnin oħrajn, imkissra jew le, minbarra għaż-żriegħ

ex 1211

Pjanti u partijiet ta’ pjanti (inklużi żerriegħa u frott) ta’ tip użat primarjament fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal skopijiet insettiċidali, fungiċidali jew simili, friski jew imnixxfin, kemm jekk maqtugħin, imfarrkin jew magħmula trab, minbarra l-prodotti elenkati taħt il-kodiċi NM ex 1211 90 86 fil-Partijiet VIII u IX

1212 94 00

Għeruq taċ-ċikwejra

ex 1214

Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, kaboċċi għall-magħlef, u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le:

ex 1214 90

– Oħrajn:

1214 90 10

– – Mangoldi, swedes u għeruq għall-għalf oħrajn

ex 1214 90 90

– – Oħrajn, għajr l-għalf leguminuż

ex 2206

Xorb ieħor iffermentat (pereżempju, sidru, perry, mead); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

ex 2206 00 31 sa ex 2206 00 89

– Xorb iffermentat għajr il-piquette

5201

Qoton, mhux mimxut jew imqardex

* Entrata taħt din is-sottointestatura hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Unjoni (ara ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/262/oj ) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1012/oj ).

** Ir-Regolament (UE) 2016/1012.”