15.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9889 — ERGO/SDHS/Taishan Property & Casualty Insurance)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 233/05)

1.   

Fit-8 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ERGO Versicherung AG (“ERGO”) (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Münchener Rückversicherungs-Gesellschaft Aktiengesellschaft in München (“Munich RE”) (il-Ġermanja),

—

Shandong Hi-Speed Group Corporation (“SDHS”) (iċ-Ċina), impriża tal-istat Ċiniż, li l-kontroll sħiħ tagħha huwa f’idejn il-Kummissjoni Provinċjali ta’ Amministrazzjoni u Superviżjoni tal-Assi tal-Istat ta’ Shandong (“Shandong SASAC”) (iċ-Ċina),

—

Taishan Property & Casualty Insurance Co., Ltd (“TSIC”) (iċ-Ċina), ikkontrollata kollha kemm hi minn Shandong SASAC, permezz ta’ SDHS.

ERGO u SDHS jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ TSIC.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal ERGO: il-forniment ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni. ERGO hija sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ Munich RE, li hija kumpannija ta’ assigurazzjoni internazzjonali,

—

għal SHDS: investiment, kostruzzjoni u operat ta’ toroq prinċipali, toroq maġġuri, pontijiet, ferroviji, tranżiti bil-ferrovija, portijiet, tbaħħir u loġistika,

—

għal TSIC: il-forniment ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni fiċ-Ċina.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9889 — ERGO/SDHS/Taishan Property & Casualty Insurance

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 1229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.