31994D0453



Official Journal L 187 , 22/07/1994 P. 0011 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' Ġunju 1994

li temenda jew tħassar uħud mir-regoli dettaljati dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika meħtieġa għall-importazzjonijiet ta' ċerti bhejjem ħajjin u prodotti mill-bhejjem mill-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja fl-applikazzjoni tal-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(94/453/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u ta' l-ispezzjoni veterinarja wara l-importazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat, in-nagħaġ u l-mogħoż u l-ħnieżer, il-laħam frisk jew il-prodotti mil-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 8, 11, 14 u 16 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa tal-bhejjem li japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen iffriżat tal-bhejjem domestiċi ta' l-ispeċje ta' l-ifrat u l-importazzjoni tiegħu [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/60/KEE [4], u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju minn pajjiżi terzi ta' l-embrjoni tal-bhejjem domestiċi ta' l-ispeċje ta' l-ifrat u l-importazzjoni tagħhom [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/52/KEE [6], u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 9 u 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-ekwidi [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/36/KEE [8], u b'mod partikolari l-Artikoli 15a, 16, 18 u 19 (ii) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [10], u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa tal-bhejjem li japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen tal-bhejjem domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali u l-importazzjoni tiegħu [11], u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 9(2) u 10(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-bhejjem li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [12], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/438/KEE [13], u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa tal-bhejjem u għas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fil-Komunità u l-importazzjonijiet lejha tal-prodotti mhux bla ħsara għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti fir-regoli speċifiċi Komunitarji riferiti fl-Anness A(I) mad-Deċiżjoni 89/662/KEE u rigward il-patoġeni, mad-Deċiżjoni 90/425/KEE [14], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi ġie konkluż ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea fit-13 ta' Diċembru 1993 bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju ta' l-Isvezja [15];

Billi fil-qasam veterinarju u sabiex jgħinu lill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA tieħu l-miżuri meħtieġa, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim japplikaw biss mill-1 ta' Lulju 1994;

Billi fil-kwadru ta' dan il-Ftehim, l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja japplikaw uħud mid-dispożizzjonijiet veterinarji Komunitarji li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ f'ċerti bhejjem ħajjin u prodotti mill-bhejjem; billi, għalhekk, uħud mid-dispożizzjonijiet Komunitarji li jistabbilixxu l-ħtiġiet tas-saħħa tal-bhejjem u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma għandhomx japplikaw iktar għal dawn il-pajjiżi;

Billi jrid jingħata kont sabiex jibqa' japplika r-reġim Komunitarju tal-pajjiżi terzi dwar in-nagħaġ u l-mogħoż għall-importazzjonijiet mill-Awstrija, mil-Finlandja u min-Norveġja;

Billi, f' dan il-kuntest, huwa meħtieġ illi jiġu mħassra r-regoli speċifiċi li japplikaw għall-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja u li jiġu emendati r-regoli dettaljati l-oħra li japplikaw għall-pajjiżi terzi inklużi dawn l-erba pajjiżi;

Billi l-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fil-Parti 1 ta' l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [16], titħassar l-informazzjoni li għandha x'taqsmu ma' l-Awstrija, il-Finlandja u n-Norveġja minbarra dik li tirrigwarda n-nagħaġ u l-mogħoż ħajjin u l-fdalijiet minnhom, u jitħassar il-vers li għandu x'jaqsam ma' l-Isvezja.

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/790/KEE [17] hija mħassra.

L-Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/799/KEE [18] hija mħassra.

L-Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/800/KEE [19] hija mħassra.

L-Artikolu 5

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 82/730/KEE [20] hija mħassra.

L-Artikolu 6

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 82/731/KEE [21] hija mħassra.

L-Artikolu 7

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/736/KEE [22] hija mħassra.

L-Artikolu 8

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/421/KEE [23] hija mħassra.

L-Artikolu 9

Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/14/KEE [24], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja".

L-Artikolu 10

Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/270/KEE [25], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja".

L-Artikolu 11

Fit-tieni parti ta' l-Anness A u l-Anness B mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/449/KEE [26], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja".

L-Artikolu 12

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE [27] hija emendata kif ġej:

1. fl-Anness I, il-grupp A jiġi mibdul bi:

"Grupp A

Il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera;"

2. fl-Anness II(A) it-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa jiġi mibdul bi: "Iċ- ċertifikat tas-saħħa għad-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju Komunitarju minn-Greenland, l-Islanda jew l-Isvizzera għal perijodu taż-żmien ta' inqas mid-90 jum li ġejjin".

L-Artikolu 13

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/401/KEE [28] hija mħassra.

L-Artikolu 14

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/461/KEE [29] hija mħassra.

L-Artikolu 15

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/462/KEE [30] hija mħassra.

L-Artikolu 16

Fil-parti II ta' l-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/471/KEE [31], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja".

L-Artikolu 17

Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/160/KEE [32], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja".

L-Artikolu 18

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [33] hija emendata kif ġej:

1. Fl-Anness I, il-grupp A jiġi mibdul bi:

"Grupp A

il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera;"

2. fl-Anness II, il-grupp A jiġi mibdul bi:

"Grupp A

il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera."

L-Artikolu 19

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE [34] hija emendata kif ġej:

1. fl-Anness I, "l-Awstrija, il-Finlandja" u "in-Norveġja, l-Isvezja" jitħassru min-nota fil-qiegħ tal-paġna 5;

2. fl-Anness II, in-nota 3 fil-qiegħ tal-paġna, il-grupp A jiġi mibdul bi:

"Grupp A

il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera."

L-Artikolu 20

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [35] hija emendata kif ġej:

1. fl-Anness I, il-grupp A jiġi mibdul bi:

"Grupp A

il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera;"

2. fl-Anness II(A) it-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa jiġi mibdul bi:

"Iċ- ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet fit-territorju tal-Komunità ta' l-ekwidir reġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni minn-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera".

L-Artikolu 21

Fil-Parti 2A ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 93/198/KEE [36], titħassar "l-Isvezja".

L-Artikolu 22

Fil-Parti 2 ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 93/199/KEE [37], "l-Awstrija: jitħassru l-Vorarlberg, it-Tyrol, l-Awstrija ta' Fuq, il-Burgenland, il-Karintja, l-Istirja u Vjenna", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja".

L-Artikolu 23

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/321/KEE [38] hija emendata kif ġej:

1. fit-titolu, jitħassru 2l-"Isvezja, in-Norveġja, il-Finlandja u";

2. fl-Artikolu 1(1) jitħassru "l-Isvezja, in-Norveġja, il-Finlandja u".

L-Artikolu 24

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/432/KEE [39] hija mħassra.

L-Artikolu 25

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/451/KEE [40] hija mħassra.

L-Artikolu 26

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/688/KE [41] hija mħassra.

L-Artikolu 27

Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/693/KE [42], jitħassru l-Partijiet 4, 8 u 9.

L-Artikolu 28

Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/70/KE [43] jitħassru l-vrus li għandhom x jaqsmu ma l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja.

L-Artikolu 29

Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [44], jitħassru l-vrus li għandhom x jaqsmu ma l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja.

L-Artikolu 30

Fil-Parti II(B) ta' l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE [45], jitħassru "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja".

L-Artikolu 31

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/316/KE [46] tiġi mħassra.

L-Artikolu 32

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 Ġunju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

[3] ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10.

[4] ĠU L 186, tat-28.7.1993, p. 28.

[5] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

[6] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 21.

[7] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[8] ĠU L 157, tal-10.6.1992, p. 28.

[9] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[10] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[11] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62.

[12] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56.

[13] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.

[14] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[15] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[16] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15.

[17] ĠU L 233, ta' l-4.9.1980, p. 47.

[18] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 35.

[19] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 38.

[20] ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 1.

[21] ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 4.

[22] ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 18.

[23] ĠU L 238, tas-27.8.1983, p. 35.

[24] ĠU L 8, tal-11.1.1990, p. 71.

[25] ĠU L 134, tad-29.5.1991, p. 56.

[26] ĠU L 240, tad-29.8.1991, p. 28.

[27] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[28] ĠU L 224, tat-8.8.1992, p. 1.

[29] ĠU L 261, tas-7.9.1992, p. 18.

[30] ĠU L 261, tas-7.9.1992, p. 34.

[31] ĠU L 270, tal-15.9.1992, p. 27.

[32] ĠU L 67, tad-19.3.1993, p. 27.

[33] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[34] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7.

[35] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[36] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 34.

[37] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 43.

[38] ĠU L 123, tad-19.5.1993, p. 36.

[39] ĠU L 200, tal-10.8.1993, p. 39.

[40] ĠU L 210, tal-21.8.1993, p. 21.

[41] ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 51.

[42] ĠU L 320, tat-22.12.1993, p. 35.

[43] ĠU L 36, tat-8.2.1994, p. 5.

[44] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 33.

[45] ĠU L 120, tal-11.5.1994, p. 44.

[46] ĠU L 140, tat-3.6.1994, p. 30.

--------------------------------------------------