<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑516/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0516</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:315">EU:C:2015:315</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150513">13.5.2015</DATE> — KAWŻA C‑516/13</P><P>DIMENSIONE DIRECT SALES U LABIANCA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ distribuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Offerta għall-bejgħ u reklamar magħmula minn kummerċjant ta’ Stat Membru fis-sit internet tiegħu, permezz ta’ posta diretta u fl-istampa fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Riproduzzjonijiet ta’ għamara protetti bid-drittijiet tal-awtur offruti għall-bejgħ mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Offerta jew reklam li ma jwasslux għall-akkwist tal-oriġinal jew ta’ kopji ta’ xogħol protett</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑516/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130927">27 ta’ Settembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dimensione Direct Sales Srl,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Michele Labianca</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Knoll International SpA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Jürimäe (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Dimensione Direct Sales Srl, minn H.-C. Salger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal M. Labianca, minn S. Dittl, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Knoll International SpA, minn M. Goldmann, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Banciella Rodríguez-Miñón, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F.W. Bulst u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20141204">4 ta’ Diċembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Dimensione Direct Sales Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Dimensione<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) kumpannija rregolata mid-dritt Taljan, u M. Labianca u Knoll International SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Knoll<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Taljan, dwar ksur allegat ta’ dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni ta’ Knoll minħabba offerti għall-bejgħ, magħmula minn Dimensione, ta’ riproduzzjonijiet ta’ għamara protetti bid-drittijiet tal-awtur fil-Ġermanja permezz ta’ kampanja ta’ reklamar immirata u diretta lejn dan l-Istat Membru.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni dinjija tal-proprjetà intellettwali fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE> f’Ġinevra adottat it-trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>TDA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2000/278/KE tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tat-TDA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dritt ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jiddisponi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu d-dritt esklużiv fuq l-awtorizzazzjoni li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku x-xogħol oriġinali tagħhom jew kopji ta’ dan ix-xogħol permezz ta’ bejgħ jew trasferiment ieħor tal-proprjetà.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 11 u 28 tad-Direttiva 2001/29 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(9)</NO.P><TXT>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. [...]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Jekk awturi jew artisti għandhom ikomplu bix-xogħol kreattiv u artistiku tagħhom, huma għandhom jirċievu kumpens xieraq għall-użu tax-xogħol tagħhom. [...]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Sistema rigoruż u effettiv għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati hija waħda mill-metodi li tiżgura li l-kreattività u produzzjoni kulturali Ewropea jirċievu r-riżorsi meħtieġa u li jissalvagwardjaw l-indipendenza u d-dinjità ta’ oriġinaturi u artisti kreattivi.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur skont din id-Direttiva tinkludi d-dritt esklużiv biex tikkontrolla d-distribuzzjoni tax-xogħol inkorporat f’oġġett tanġibbli. L-ewwel bejgħ [fl-Unjoni Ewropea] ta’ l-oriġinal ta’ xogħol jew kopji tiegħu mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu jeżawrixxi d-dritt li jikkontrolla bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-oġġett [fl-Unjoni]. [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dritt ta’ Distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi, rigward l-oriġinal tax-xogħlijiet tagħhom jew tal-kopji tagħhom, id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku b’bejgħ jew mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ distribuzzjoni m’għandux jiġi eżawrit [fl-Unjoni] rigward l-oriġinal jew kopji tax-xogħol, bla ħsara fejn l-ewwel bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ sidien [fl-Unjoni] ta’ dak l-oġġett isir mid-detentur jew bil-kunsens tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Inkonformità mal-punt 2 tal-Artikolu 15(1) tal-Liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati (Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte – Urheberrechtsgesetz) tad-<DATE ISO="19650909">9 ta’ Settembru 1965</DATE> (BGBI. 1965 I, p. 1273) l-awtur għandu d-dritt esklużiv li jisfrutta x-xogħol tiegħu f’forma materjali. Dan id-dritt jinkludi, b’mod partikolari, id-dritt ta’ distribuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tal-liġi kif emendata jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Id-dritt ta’ distribuzzjoni huwa d-dritt li jiġi offrut lill-pubbliku jew li jitqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni x-xogħol oriġinali jew kopji tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Knoll tifforma parti mill-grupp Knoll, li l-kumpannija parent tagħha, Knoll Inc., għandha s-sede tagħha f’Pennsylvania (l-Istati Uniti). Dan il-grupp jimmanifattura u jbigħ għamara ta’ valur madwar id-dinja kollha. Knoll tiddistribwixxi, fost l-oħrajn, il-pultruna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Wassily<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u l-mejda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Laccio<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> ddisinjata minn Marcel Breuer, kif ukoll il-pultruna, il-banketta, ix-chaise longue u l-mejda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Barcelona<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, is-siġġijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Brno<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Prag<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, u l-pultruna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Freischwinger<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> iddisinjata minn Ludwig Mies van der Rohe (iktar ’il quddiem, kollha flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kreazzjonijiet protetti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Knoll hija awtorizzata tinvoka d-drittijiet tal-awtur esklużivi, miżmuma mill-kumpannija parent tagħha, għall-isfruttament ta’ dawn il-kreazzjonijiet protetti fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Dimensione hija kumpannija ta’ responsabbiltà limitata li d-direttur tagħha huwa M. Labianca. Hija tiddistribwixxi fl-Ewropa għamara ta’ disinjaturi permezz ta’ bejgħ dirett u toffri għamara għall-bejgħ fis-sit internet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Matul is-snin 2005 u 2006, Dimensione għamlet reklami għall-bejgħ ta’ għamara identika għax-xogħlijiet protetti fis-sit internet tagħha, disponibbli bil-lingwa Ġermaniża, f’diversi gazzetti u rivisti Ġermaniżi, kif ukoll fuq ktejjeb ta’ reklami li jindikaw dan li ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ixtru l-għamara tagħkom mill-Italja u ħallsu biss meta tiġbruha jew meta tiġi kkunsinnata minn trasportatur awtorizzat li jirċievi l-ħlas (servizz ipprovdut fuq talba)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Billi dehrilha li l-għamara offruta għall-bejgħ minn Dimensione kienet imitazzjoni jew falsifikazzjoni ta’ xogħlijiet protetti, Knoll ressqet lil din tal-aħħar u lil M. Labianca quddiem il-Landgericht Hamburg (tribunal reġjonali ta’ Hamburg) sabiex huma jiġu pprojbiti milli jippromwovu din l-għamara għall-bejgħ fil-Ġermanja. Insostenn tat-talba tagħha, Knoll argumentat li din l-għamara kienet protetta permezz tad-drittijiet tal-awtur bħala xogħlijiet ta’ arti applikata. Skont Knoll, meta għamlet reklami għal kopji ta’ xogħlijiet protetti fil-Ġermanja, Dimensione kisret id-drittijiet tal-awtur tagħha u tal-parent tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 17(1) tal-liġi tad-<DATE ISO="19650909">9 ta’ Settembru 1965</DATE> dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, kif emendata.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Landgericht Hamburg laqgħet it-talba ta’ Knoll. Il-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg (tribunal reġjonali superjuri ta’ Hamburg) iddeċieda fuq l-appell ippreżentat minn Dimensione u M. Labianca u kkonferma s-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza. Dawn tal-aħħar imbagħad ippreżentaw rikors għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> quddiem il-Bundesgerichtshof.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Din il-qorti tal-aħħar osservat li s-suċċess ta’ dan ir-rikors jiddependi fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, u b’mod partikolari fuq il-kwistjoni ta’ jekk id-dritt ta’ distribuzzjoni previst minn din id-dispożizzjoni jinkludix id-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal ta’ xogħol jew kopji ta’ xogħol protett. Fl-ipoteżi li t-tweġiba għal din il-kwistjoni għandha tkun fl-affermattiv, iqumu żewġ kwistjonijiet oħra, jiġifieri, minn naħa, jekk id-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal ta’ xogħol jew kopja ta’ dawn l-oġġetti jinkludix ukoll id-dritt esklużiv li tirreklama dawn l-oġġetti u, min-naħa l-oħra, jekk jinkisirx id-dritt ta’ distribuzzjoni, meta l-offerta għall-bejgħ ta’ tali oriġinali jew kopji ta’ dawn ma jirriżultax fl-akkwist ta’ dawn tal-aħħar. Il-qorti tar-rinviju tqis li għandha twieġeb fl-affermattiv għal dawn il-mistoqsijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE jinkludi d-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal jew kopja ta’ xogħol?</TXT><P>Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fl-affermattiv:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal jew kopja ta’ xogħol jinkludi biss l-offerti kuntrattwali jew ukoll il-miżuri pubbliċitarji [ta’ reklamar]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Ikun hemm ksur tad-dritt ta’ distribuzzjoni jekk l-offerta ma tagħtix lok għal xiri tal-oriġinal jew kopja ta’ xogħol?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li Dimensione u M. Labianca jargumentaw, essenzjalment, li l-ewwel domanda hija ipotetika, għaliex, billi tuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>offerta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, din tal-aħħar tirreferi għall-offerta kuntrattwali li, min-natura tagħha, hija vinkolanti għall-bejjiegħ, filwaqt li l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkonċernawx biss operazzjonijiet ta’ reklamar li, taħt il-liġi Ġermaniża, ma humiex vinkolanti fuq il-bejjiegħ, iżda jikkostitwixxu stedina, indirizzata lejn xerrejja prospettivi, sabiex jissottomettu offerta ta’ xiri lill-bejjiegħ.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’<?PAGE NO="5"?> rilevanza (ara, b’mod partikolari, is-sentenza X, C-651/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:346">EU:C:2013:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). Iċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba ppreżentata minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma jkollha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex l-elementi ta’ fatti u ta’ dritt neċessarji sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi magħmula lilha (sentenza Chartered Institute of Patent Attorneys, C-307/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:361">EU:C:2012:361</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, dan ma seħħx. Fil-fatt, il-kawża prinċipali tirrigwarda l-prattika kummerċjali ta’ Dimensione li tikkonsisti kemm f’offerti għall-bejgħ kif ukoll f’operazzjonijiet ta’ reklamar li ma jinvolvux l-akkwist ta’ xogħlijiet protetti.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel domanda għandha titqies li hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil detentur ta’ dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni ta’ xogħol protett li jopponi offerta ta’ bejgħ jew reklamar dwar l-oriġinal jew kopja ta’ dan ix-xogħol, anki jekk ma jkunx stabbilit li din l-offerta jew reklamar tirriżulta fl-akkwist tal-oġġett protett minn xerrej tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Inkonformità ma’ din id-dispożizzjoni, dritt esklużiv jiġi kkonferit fuq l-awturi li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, bil-bejgħ jew b’mod ieħor, tal-oriġinal tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ kopji tal-istess.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tiegħu ma tistax tiddependi fuq il-liġi applikabbli għat-tranżazzjonijiet li fil-kuntest tagħhom tkun seħħet id-distribuzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Donner, C-5/11, EU:C2012:370, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, peress li d-Direttiva 2001/29 hija intiża li timplementa l-obbligi tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt it-TDA, u li t-testi tad-dritt tal-Unjoni għandhom, skont il-ġurisprudenza stabbilita, jiġu interpretati, sakemm dan ikun possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali, speċjalment fejn tali dispożizzjonijiet ikunu intiżi preċiżament li jimplementaw ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li hemm fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva għandu jiġi interpretat konformement mal-Artikolu 6(1) tat-TDA (sentenza Donner, C-5/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>distribuzzjoni lill-pubbliku [...] għall-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fl-Artikolu 4(1) tad-direttiva għalhekk għandu l-istess tifsira bħall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jagħmlu disponibbli lill-pubbliku [...] permezz ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 6(1) tat-TDA (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Donner, C-5/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Meta qieset dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat prċiżament li d-distribuzzjoni lill-pubbliku hija karatterizzata minn sensiela ta’ operazzjonijiet li jvarjaw, għall-inqas, mill-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ sal-eżekuzzjoni tal-istess bil-kunsinna lil membru tal-pubbliku. Kummerċjant huwa, għaldaqstant, responsabbli għall-operazzjonijiet kollha mwettqa minnu stess jew f’ismu li jwasslu għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fi Stat Membru fejn ix-xogħol imqassam huwa protett bid-drittijiet tal-awtur (sentenzi Donner, C-5/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 26 u 27, kif ukoll Blomqvist, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:55">EU:C:2014:55</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa ċar minn din il-ġurisprudenza, inklużi l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>mill-inqas<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> użati mill-Qorti tal-Ġustizzja, li ma huwiex eskluż li operazzjonijiet jew atti li jippreċedu l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ jistgħu wkoll jaqgħu taħt il-kunċett ta’ distribuzzjoni u jitniżżlu, fuq bażi esklużiva, lil detenturi ta’ drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li l-eżistenza ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku għandha titqies li seħħet fil-każ ta’ konklużjoni ta’ kuntratt ta’ bejgħ u ta’ spedizzjoni (sentenza Blomqvist, C-98/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:55">EU:C:2014:55</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29), huwa veru wkoll fil-każ ta’ offerta ta’ kuntratt ta’ bejgħ li jorbot l-awtur tagħha. Fil-fatt, tali offerta tikkostitwixxi, min-natura tagħha stess, att li jsir qabel it-twettiq ta’ bejgħ.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ stedina sabiex wieħed jissottometti offerta jew reklam mhux vinkolanti li jirrigwardaw xogħol protett, din ukoll tagħmel parti mill-katina ta’ operazzjonijiet ta’ impriża mwettqa bil-għan li jitlesta l-bejgħ ta’ dan ix-xogħol. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 30 tas-sentenza Donner (C-5/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li kummerċjant li jindirizza r-reklamar tiegħu lill-membri tal-pubbliku residenti fi Stat Membru partikolari u joħloq jew iqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ kunsinna u metodu ta’ ħlas speċifiku, u li jpoġġi jew iqiegħed dawn il-membri tal-pubbliku f’pożizzjoni li jistgħu jiġu kkunsinnati lilhom kopji ta’ xogħlijiet protetti f’dan l-Istat Membru, iwettaq, fl-Istat Membru fejn il-kunsinna tkun saret, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, fir-rigward ta’ merkanzija li ġejja minn Stat terz li tkun kopja ta’ xogħol protett fl-Unjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur, li oġġetti bħal dawn jistgħu jiksru dan id-dritt jekk ikun ipprovat li huma ddestinati li jitqiegħdu għall-bejgħ fl-Unjoni, peress li din il-prova hija relatata, b’mod partikolari, fejn jintwera li l-oġġetti kienu s-suġġett ta’ bejgħ lill-klijent tal-Unjoni, ma’ offerta għall-bejgħ jew ta’ reklamar indirizzati lill-konsumaturi tal-Unjoni, (ara f’dan is-sens, is-sentenza Blomqvist, C-98/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:55">EU:C:2014:55</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-istess interpretazzjoni tapplika b’analoġija fil-każ ta’ att kummerċjali, bħal offerta għall-bejgħ jew ta’ reklamar indirizzati mill-kummerċjant ta’ Stat Membru, permezz tas-sit internet tiegħu, lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li fih l-oġġetti kkonċernati jkunu protetti bid-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, jista’ jkun hemm ksur tad-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni, previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, meta kummerċjant, li ma jkunx detentur tad-drittijiet tal-awtur, iqiegħed għal bejgħ xogħlijiet protetti jew kopji tagħhom u jindirizza reklamar, permezz tas-sit internet tiegħu, bil-posta diretta jew bl-istampa, lill-konsumaturi li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru li fih dawn ix-xogħlijiet ikunu protetti sabiex iħeġġiġhom jixtruhom.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Isegwi minn din il-konklużjoni li huwa irrilevanti, sabiex il-ksur tad-dritt ta’ distribuzzjoni jiġi kkonstatat, li dan ir-reklamar ma jiġix segwit bit-trasferiment tal-proprjetà tax-xogħol protett jew ta’ kopja tiegħu lix-xerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kienet effettivament iddeċidiet, fis-sentenza tagħha Peek &amp; Cloppenburg (C-456/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:232">EU:C:2008:232</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 33, 36 u 41), li kienet tikkonċerna l-possibbiltà li jintużaw riproduzzjonijiet ta’ xogħol protett, li l-kunċett ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku tax-xogħol oriġinali jew kopja tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, jimplika trasferiment tal-proprjetà ta’ dan l-oġġett, ikun hemm ukoll ksur tad-dritt ta’ distribuzzjoni hekk kif issir offerta, permezz ta’ reklamar immirat, lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru fejn dan ix-xogħol ikun protett, biex jakkwistaw il-proprjetà tal-oriġinal jew kopja tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għanijiet tal-imsemmija direttiva, kif jirriżultaw mill-premessi 9 sa 11, li jiddikjaraw li l-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, l-awturi għandhom jiksbu remunerazzjoni adegwata għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom, u s-sistema ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għandha tkun effettiva u rigoruża (ara s-sentenza Peek &amp; Cloppenburg, C-456/06, EU:C:20088:232, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta lid-domandi magħmula li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lid-detentur ta’ dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni ta’ xogħol protett jopponi offerta għall-bejgħ jew reklamar li jikkonċernaw l-oriġinal jew kopja ta’ dan ix-xogħol, anki jekk ma jkunx stabbilit li dan ir-reklamar ikun wassal għall-akkwist tal-oġġett protett minn xerrej tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li l-imsemmija offerta jew reklam tħeġġeġ lill-konsumaturi tal-Istat Membru li fih l-imsemmi xogħol ikun protett bid-drittijiet tal-awtur sabiex jagħmel l-akkwist.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lid-detentur ta’ dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni ta’ xogħol protett jopponi offerta għall-bejgħ jew reklamar li jikkonċernaw l-oriġinal jew kopja ta’ dan ix-xogħol, anki jekk ma jkunx stabbilit li dan ir-reklamar ikun wassal għall-akkwist tal-oġġett protett minn xerrej tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li l-imsemmija offerta jew reklam tħeġġeġ lill-konsumaturi tal-Istat Membru li fih l-imsemmi xogħol ikun protett bid-drittijiet tal-awtur sabiex jagħmel l-akkwist.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>