European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1927

24.9.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1927

tad-19 ta’ Settembru 2025

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2025) 6503)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (il-“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża disturb fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż l-HPAI. B’mod partikolari, l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tistabbilixxi żona ristretta li tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod partikolari, l-Artikolu 2, il-punt (a), l-Artikolu 3, il punt (a), u l-Artikolu 4, il-punt (a) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jipprevedu, rispettivament, li wara tifqigħat tal-HPAI, iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri f’dak l-Anness. L-Artikolu 2, il-punt (b), l-Artikolu 3, il punt (b), u l-Artikolu 4, il-punt (b) tad-d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni rispettivi, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinżammu mqar sad-dati stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat reċentement bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1912 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fi Spanja fi stabbilimenti fejn kien jinżamm il-pollam, li kellhom jiġu riflessi f’dak l-Anness.

(6)

Wara d-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1912, Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni b’tifqigħat ġodda tal-HPAI fi stabbilimenti fejn kien qed jinżamm il-pollam, li jinsabu fl-istat ta’ Mecklenburg-Vorpommern.

(7)

B’segwitu għal żewġ tifqigħat, il-Ġermanja ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadet Spanja u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġew ikkonfermati żewġ tifqigħat ġodda tal-HPAI fl-istat ta’ Mecklenburg-Vorpommern.

(9)

Biex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata kull impożizzjoni ta’ ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu stabbiliti mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Ġermanja, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ sorveljanza għall-Ġermanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, biex jitqiesu l-konfini taż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Ġermanja wara ż-żewġ tifqigħat ġodda f’dak l-Istat Membru, kif ukoll id-durata meħtieġa tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1912 tas-17 ta’ Settembru 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2025/1912, 19.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1912/oj).


ANNESS

Parti A

Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:

Stat Membru: Il-Bulgarija

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Ir-reġjun ta’ Plovdiv

BG-HPAI(P)-2025-00008

BG-HPAI(P)-2025-00009

BG-HPAI(P)-2025-000010

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Rakovski:

—

Rakovski

—

Momino selo

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Kaloyanovo:

—

Glavatar

21.9.2025

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

MECKLENBURG-VORPOMMERN

DE-HPAI(P)-2025-00011

DE-HPAI(P)-2025-00012

Landkreis Rostock

3 km Radius um die GPS-Koordinaten:

12,490912/54,064633 u 12,494110/54,062042

Stadt Tessin mit den Ortsteilen Neu Gramstorf und Wolfsberger Mühle, Gemeinde Gnewitz mit den Ortsteilen Gnewitz und Barkvieren, Gemeinde Zarnewanz mit dem Ortsteilen Zarnewanz, Kleinhof u Stormstorf

6.10.2025

SCHLESWIG-HOLSTEIN

DE-HPAI(P)-2025-00010

Kreis Steinburg

3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066

Die gesamten Gemeinden Hadenfeld, Bokelrehm, sowie Teile der Gemeinden Aasbüttel, Agethorst, Bokhorst, Kaisborstel, Mehlbek, Nienbüttel, Pöschendorf, Schenefeld, Warringholz.

24.9.2025

Stat Membru: Spanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

ES-HPAI(P)-2025-00003

Dawk il-partijiet fil-provinċja ta’ Huelva tal-comarca ta’ Cortegana li jinsabu fi ħdan ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati lonġ. -6,8929226 , lat. 37,7619535

1.10.2025

ES-HPAI(P)-2025-00004

Il-partijiet tal-provinċja ta’ Guadalajara tal-comarca ta’ Pozo de Guadalajara li jinsabu f’ċirku b’radjus ta’ 3 kilometri, li ċ-ċentru tiegħu qiegħed f’UTM 30, ETRS89 bil-koordinati long -3,1910813 , lat 40,4981733

29.9.2025

ES-HPAI(P)-2025-00005

Dawk il-partijiet fil-provinċja ta’ Huelva tal-comarca ta’ Valverde del Camino li jinsabu fi ħdan ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati lonġ. -6,8007952 , lat 37,6069237

7.10.2025

Stat Membru: Il-Portugall

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PT-HPAI(P)-2025-00003

Il-partijiet mill-kontea ta’ Benavente mid-distrett ta’ Santarém, li jinsabu fi ħdan ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 38.829589 N, –8.710556 W

26.9.2025

Parti B

Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:

Stat Membru: Il-Bulgarija

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Ir-reġjun ta’ Plovdiv

BG-HPAI(P)-2025-00008

BG-HPAI(P)-2025-00009

BG-HPAI(P)-2025-000010

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Rakovski:

—

Shishmantsi

—

Boltarino

—

Strayama

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Maritsa:

—

Manolsko Konare

—

Yasno pole

—

Dink

—

Kalekovets

—

Krislovo

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Brezovo:

—

Padarsko

—

Borets

—

Otets Kirilovo

—

Drangovo

—

Streltsi

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Kaloyanovo:

—

Razhevo

—

Razhevo Konare

—

Dalgo pole

30.9.2025

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Rakovski:

—

Rakovski

—

Momino selo

Il-villaġġi li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Kaloyanovo:

—

Glavatar

22.9.2025–30.9.2025

Stat Membru: Il-Ġermanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

MECKLENBURG-VORPOMMERN

DE-HPAI(P)-2025-00011

DE-HPAI(P)-2025-00012

Landkreis Rostock

10 km Radius um die GPS-Koordinaten:

12,490912/54,064633 u 12,494110/54,062042

Amt Tessin: Gemeinde Cammin mit den Ortsteilen Prangendorf, Weitendorf und Wohrenstorf, Gemeinde Gnewitz mit dem Ortsteil Neu Barkvieren, Gemeinde Grammow mit den Ortseilen Alt Strassow, Neu Strassow, Grammow, Neuhof und Recknitzberg,Gemeinde Nustrow mit dem Ortsteil Nustrow, Gemeinde Selpin mit den Ortsteilen Vogelsang, Reddersdorf, Bärenberg, Woltow, Selpin und Drüsewitz, Gemeinde Stubbendorf mit den Ortsteilen Stubbendorf und Ehmkendorf, Stadt Tessin und den Ortsteilen Helmstorf, Vilz und Klein Tessin, Gemeinde Thelkow mit den Ortsteilen Sophienhof, Thelkow, Kowalz, Liepen und Starkow;

Gemeinde Sanitz mit den Ortsteilen und Ortschaften: Sanitz, Niekrenz, Groß Lüsewitz, Oberhof, Vietow, Wehnendorf, Ausbau Niekrenz, Neu Wendorf, Horst, Teutendorf, Klein Wehnendorf, Klein Freienholz, Wendorf, Reppelin, Wendfeld, Groß Freienholz, Gubkow und Hohen Gubkow;

Amt Gnoien: Gemeinde Behren Lübchin mit der Ortschaft Duckwitz, Gemeinde Walkendorf mit den Ortschaften Repnitz und Basse

Landkreis Vorpommern-Rügen

10 km Radius um die GPS-Koordinaten:

12,490912/54,064633 u 12,494110/54,062042

gesamte Gemeinde Dettmannsdorf

Gemeinde Lindholz mit dem Ortsteil Schabow

Stadt Marlow mit den Ortsteilen Dänschenburg, Carlsruhe, Neu Steinhorst, Alt Steinhorst, Brunstorf, Fahrenhaupt, Schulenberg, Kneese

15.10.2025

Landkreis Rostock

3 km Radius um die GPS-Koordinaten:

12,490912/54,064633 u 12,494110/54,062042

Stadt Tessin mit den Ortsteilen Neu Gramstorf und Wolfsberger Mühle, Gemeinde Gnewitz mit den Ortsteilen Gnewitz und Barkvieren, Gemeinde Zarnewanz mit dem Ortsteilen Zarnewanz, Kleinhof u Stormstorf

7.10.2025–15.10.2025

SCHLESWIG-HOLSTEIN

DE-HPAI(P)-2025-00010

Kreis Dithmarschen

10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066

Teile der Gemeinden Schafstedt, Hochdonn.

Kreis Rendsburg-Eckernförde

10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066

Die gesamte Gemeinde Bendorf und Thaden sowie Teile der Gemeinden Beldorf, Beringstedt, Bornholt, Gokels, Hanerau- Hademarschen, Lütjenwestedt, Osterstedt, Seefeld, Steenfeld, Wapelfeld.

Kreis Steinburg

10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066

Die gesamten Gemeinden Besdorf, Bokelrehm, Christinenthal, Drage, Hohenaspe, Huje, Kaaks, Kleve, Looft, Nutteln, Oldenborstel, Puls, Wacken, sowie Teile der Gemeinden Aasbüttel, Agethorst, Bokhorst, Gribbohm, Hohenlockstedt, Holstenniendorf, Itzehoe, Kaisborstel, Krummendiek, Mehlbek, Moorhusen, Neuendorf-Sachsenbande, Nienbütttel, Oldendorf, Ottenbüttel, Peissen, Pöschendorf, Reher, Schenefeld, Vaale, Vaalermoor, Warringholz.

3.10.2025

Kreis Steinburg

3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb GPS-Koordinaten 9,450142 / 54,038066

Die gesamten Gemeinden Hadenfeld, Bokelrehm, sowie Teile der Gemeinden Aasbüttel, Agethorst, Bokhorst, Kaisborstel, Mehlbek, Nienbüttel, Pöschendorf, Schenefeld, Warringholz.

25.9.2025–3.10.2025

Stat Membru: Spanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

ES-HPAI(P)-2025-00003

Dawk il-partijiet fil-provinċja ta’ Huelva tal-comarca ta’ Valverde del Camino ’l hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati lonġ. -6,8929226 , lat. 37,7619535

10.10.2025

Dawk il-partijiet fil-provinċja ta’ Huelva tal-comarca ta’ Cortegana li jinsabu fi ħdan ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati lonġ. -6,8929226 , lat. 37,7619535

2.10.2025–10.10.2025

ES-HPAI(P)-2025-00004

Il-partijiet tal-provinċja ta’ Guadalajara tal-comarca ta’ Pozo de Guadalajara ’l barra miż-żona deskritta bħala ż-żona ta’ protezzjoni, li jinsabu f’ċirku b’radjus ta’10 kilometri, li ċ-ċentru tiegħu jinsab f’UTM 30, ETRS89 bil-koordinati long -3,1910813 , lat 40,4981733

8.10.2025

Il-partijiet tal-provinċja ta’ Guadalajara tal-comarca ta’ Pozo de Guadalajara li jinsabu f’ċirku b’radjus ta’ 3 kilometri, li ċ-ċentru tiegħu qiegħed f’UTM 30, ETRS89 bil-koordinati long -3,1910813 , lat 40,4981733

30.9.2025–8.10.2025

ES-HPAI(P)-2025-00005

Dawk il-partijiet fil-provinċja ta’ Huelva tal-comarca ta’ Valverde del Camino ’l hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati lonġ. -6,8007952 , lat. 37,6069237

16.10.2025

Dawk il-partijiet fil-provinċja ta’ Huelva tal-comarca ta’ Valverde del Camino li jinsabu fi ħdan ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati lonġ. -6,8007952 , lat 37,6069237

8.10.2025–16.10.2025

Stat Membru: Il-Portugall

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PT-HPAI(P)-2025-00003

Il-partijiet mill-kontea ta’ Benavente mid-distrett ta’ Santarém, li jinsabu lil hinn miż-żoni deskritti fiż-żona ta’ protezzjoni, u li jinsabu f’ċirku ta’ 10 kilometri ċċentrati fuq il-koordinati tal-GPS 38.829589N, -8.710556 W, u l-partijiet mill-kontea ta’ Coruche, mid-distrett ta’ Santarém, u l-partijiet mill-kontea ta’ Montijo mid-distrett ta’ Setúbal, li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 38.829589N, -8.710556 W

5.10.2025

Il-partijiet mill-kontea ta’ Benavente mid-distrett ta’ Santarém, li jinsabu fi ħdan ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS 38.829589 N, –8.710556 W

27.9.2025–5.10.2025

Parti C

Żoni ristretti ulterjuri fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:

Stat Membru: L-ebda

Żona li tinkludi:

Data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 4

 

 

*

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1927/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)