|
15.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 758/2014
tal-10 ta' Lulju 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott tond magħmul mis-silikon b'dijametru ta' madwar 10 sa 15 mm u għoli ta' madwar 3 mm. Il-prodott għandu inċiżjoni forma ta' salib fiċ-ċentru. M'għandu l-ebda komponenti mekkaniċi. Il-prodott jintuża flimkien ma' tapp bil-kamin b'għatu. Huwa jitqiegħed ġewwa t-tapp bil-kamin u l-prodott kollhu jiġi invitat fuq għonq il-flixkun. Il-prodott jipprevjeni lil sustanza semi-likwida pereżempju mayonnaise jew ketchup, toħroġ mill-flixkun meta dan tal-aħħar ikun imdawwar rasu 'l isfel. Meta l-għatu huwa miftuħ u l-flixkun jinqaleb ta' taħt fuq, is-sustanza toħroġ permezz tal-inċiżjoni forma ta' qalb jekk tiġi applikata forza manwali fuq il-flixkun. Ara l-istampa (*1) |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċijiet tan-NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Peress li l-prodott ma jistax jaqdi l-funzjoni ta' tapp waħdu, iżda biss meta mqiegħed ġewwa it-tapp bil-kamin, jitqies bħala aċċessorju tat-tapp. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3923 bħal tappijiet, għotjien, tappijiet tal-kamin u sokor ieħor hija eskluża. Il-prodott imexxi s-sustanza semi-likwida fit-tapp tal-kamin iżda ma jkunx huwa stess li jikkontrolla l-apertura tal-ftuħ u tal-għeluq, u għalhekk ma jirregolax il-fluss ta' likwidu billi jiftaħ u jagħlaq l-apertura. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8481 bħal tappijiet, għotjien, valvi u oġġetti simili oħra hija eskluża. Billi l-materjal kostitwenti tal-prodott huwa plastik, għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 bħala oġġetti oħrajn tal-plastik. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.