<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑142/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0142</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:292">EU:C:2013:292</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130508">8.5.2013</DATE> — KAWŻA C-142/12</P><P>MARINOV</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 18(ċ), 74 u 80</KEYWORD><KEYWORD>Waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Tħassir tal-persuna taxxabbli mir-reġistru tal-VAT mill-awtorità tat-taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Żamma ta’ oġġetti li tat lok għat-tnaqqis tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Valur taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Valur tas-suq miftuħ jew valur tax-xiri</KEYWORD><KEYWORD>Stabbiliment fil-mument tat-tranżazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Effett dirett tal-Artikolu 74</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑142/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20120309">9 ta’ Marzu 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20120321">21 ta’ Marzu 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hristomir Marinov,</HT> li qiegħed jaġixxi f’isem Lampatov – H – Hristomir Marinov,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> – grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn E. Jarašiūnas (Relatur), President tal-Awla, A. Ó Caoimh u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għad-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> – grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite, minn S. Zlateva, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn Y. Atanasov u T. Ivanov, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Roussanov u C. Soulay, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18(ċ), 74 u 80 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn H. Marinov, li qiegħed jaġixxi f’isem Lampatov – H – Hristomir Marinov (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Marinov<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u d-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> – grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kontestazzjonijiet u ġestjoni tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għall-belt ta’ Varna fi ħdan l-awtorità ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tad-dħul pubbliku, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Direttur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) dwar avviż ta’ aġġustament fiskali dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri jistgħu iqisu kull waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin bħala provvista ta’ merkanzija bi ħlas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni minn persuna taxxabbli għal skopijiet tan-negozju tagħha ta’ merkanzija magħmula, maħduma, estratta, ipproċessata, mixtrija jew importata matul tali negozju, fejn il-VAT fuq din il-merkanzija, kieku kienet ġiet akkwistata minn persuna oħra taxxabbli, ma tkunx deduċibbli kollha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni ta’ merkanzija minn persuna taxxabbli għal skopijiet ta’ qasam ta’ attività mhux taxxabbli, fejn il-VAT fuq din il-merkanzija saret deduċibbli kollha jew f’parti ma’ l-akkwist tagħha jew ma’ l-applikazzjoni tagħha skond il-punt (a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19, iż-żamma tal-merkanzija minn persuna taxxabbli, jew l-eredi tagħha, fejn hi tieqaf milli twettaq attività ekonomika taxxabbli, fejn il-VAT fuq tali merkanzija saret deduċibbli kollha jew parti minnha ma’ l-akkwist tagħha jew ma’ l-applikazzjoni tagħha skond il-punt (a).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>F’każ ta’ trasferiment, bi ħlas jew mingħajr jew bħala kontribuzzjoni lil kumpannija, ta’ l-assi kollha jew parti minnhom, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li ma tkunx saret provvista ta’ merkanzija u li l-persuna li lilha tkun ġiet ittrasferita l-merkanzija għandha tkun trattata bħala s-suċċessur ta’ min jagħmel it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> għandha tfisser l-ammont sħiħ li, sabiex jakkwista l-merkanzija jew is-servizzi konċernati, klijent fl-istess stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni bħal dak li fih iseħħ il-forniment ta’ merkanzija jew servizzi, ikollu jħallas, fil-mument ta’ dak il-forniment u taħt kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, lil fornitur mhux relatat miegħu fit-territorju ta’ l-Istat Membru li fih il-forniment ikun taxxabbli.</P><?PAGE NO="3"?><P>Fejn ma jista’ jiġi aċċertat l-ebda forniment ta’ merkanzija jew servizzi komparabbli, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> għandha tfisser dan li ġej:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ merkanzija, ammont li ma jkunx inqas mill-prezz tax-xiri tal-merkanzija jew ta’ merkanzija simili jew, fin-nuqqas ta’ prezz tax-xiri, il-prezz tal-kost, determinat fil-mument tal-forniment;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fejn persuna taxxabbli tapplika jew tiddisponi minn merkanzija li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha, jew fejn merkanzija hija miżmuma minn persuna taxxabbli, jew mis-suċċessuri tagħha, meta l-attività ekonomika [taxxabbli] tagħha tintemm, kif imsemmi fl-Artikolu 16 u 18, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri tal-merkanzija jew ta’ merkanzija simili jew, fl-assenza tal-prezz tax-xiri, il-prezz kemm sewa, stabbilit fiż-żmien meta sseħħet l-applikazzjoni, id-disponiment jew iż-żamma.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 tad-Direttiva tal-VAT huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu fil-każijiet li ġejjin jieħdu miżuri sabiex, fir-rigward tal-forniment ta’ merkanzija jew servizzi li jinvolvu rabtiet ta’ familja jew rabtiet oħra personali qrib, rabtiet ta’ ġestjoni, appartenenza, sħubija, finanzjarji jew legali kif definit mill-Istat Membru, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-valur tas-suq miftuħ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn il-konsiderazzjoni tkun aktar baxxa mill-valur tas-suq miftuħ u d-destinatarju tal-forniment ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn il-konsiderazzjoni tkun aktar baxxa mill-valur tas-suq miftuħ u l-fornitur ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177 u l-forniment ikun soġġett għal eżenzjoni taħt l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>fejn il-konsiderazzjoni tkun ogħla mill-valur tas-suq miftuħ u l-fornitur ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Għall-finijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, rabtiet legali jistgħu jinkludu r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat jew il-familja ta’ l-impjegat, jew kwalunkwe persuna oħra konnessa mill-qrib.</P><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tagħha li hija applikabbli għall-kawża prinċipali, il-Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Zakon za danak varhu dobavenata stoynost, DV Nru 63, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ZDDS<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) tipprovdi, fl-Artikolu 27 tagħha, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[…]</P><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għat-tranżazzjonijiet segwenti, il-valur taxxabbli huwa l-valur tas-suq miftuħ:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>kunsinna ta’ oġġetti u/jew provvista ta’ servizzi msemmija fl-Artikolu 111;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 106 taz-ZDDS jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="106.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>It-tmiem tar-reġistrazzjoni (tħassir) fis-sens ta’ din il-liġi hija proċedura skont liema, b’effett mit-tħassir ta’ persuna, din ma tkunx għadha intitolata li tiffattura l-VAT u li tnaqqas it-taxxa tal-input mħallsa, ħlief għal eċċezzjonijiet previsti minn din il-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="106.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-reġistrazzjoni tintemm:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>fuq l-inizjattiva tal-persuna rreġistrata, meta teżisti raġuni li tiġġustifika t-tħassir — obbligatorju jew fakultattiv — mir-reġistru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>fuq l-inizjattiva tal-awtorità tat-taxxa:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta hija tkun ikkonstatat l-eżistenza ta’ raġuni għat-tħassir obbligatorju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każ li jissemma fl-Artikolu 176.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 111 taz-ZDDS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="111.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fid-data tat-tħassir, għandu jiġi kkunsidrat li l-persuna taxxabbli tagħmel tranżazzjonijiet fis-sens ta’ din il-liġi bl-oġġetti u/jew servizzi eżistenti, li għalihom hija naqqset, kompletament jew parzjalment, it-taxxa tal-input mħallsa u li jikkostitwixxu:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>elementi tal-attiv fis-sens tal-liġi tal-kontabbiltà [Zakon za schetovodstvoto]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>elementi tal-attiv fis-sens tal-liġi dwar it-taxxa fuq l-impriżi minbarra dawk imsemmija fl-ewwel punt.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punt 16, paragrafu 1, tad-dispożizzjonijiet komplementari taz-ZDDS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> huwa l-valur fis-sens tal-punt 8, paragrafu 1, tad-dispożizzjonijiet komplementari tal-kodiċi ta’ proċedura fiskali u ta’ sigurtà soċjali [(Danachno-osiguritelnia protsesualen kodeks, DV Nru°105, tad-<DATE ISO="20051229">29 ta’ Diċembru 2005</DATE>)], li ġie stabbilit skont il-metodi msemmija fil-punt 10, paragrafu 1, tad-dispożizzjonijiet komplementari tal-kodiċi ta’ proċedura fiskali u ta’ sigurtà soċjali.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-punt 8, paragrafu 1, tad-dispożizzjonijiet komplementari tal-kodiċi ta’ proċedura fiskali u ta’ sigurtà soċjali jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> huwa l-ammont, minbarra l-VAT u d-dazji tas-sisa, li għandu jitħallas fl-istess kundizzjonijiet għal oġġett jew servizz identiku jew simili bejn persuni li ma humiex marbuta flimkien.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Marinov kienet tħassret mir-reġistru tal-VAT fl-<DATE ISO="20091104">4 ta’ Novembru 2009</DATE> minħabba li naqset milli tosserva l-obbligi tagħha li jirriżultaw miz-ZDDS u, iktar preċiżament, minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT li jikkorrispondi għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT għall-perijodu ta’ bejn April u Lulju 2009.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Matul is-sena 2010, Marinov kienet suġġetta għal kontroll fiskali għall-perijodu mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> sal-<DATE ISO="20091104">4 ta’ Novembru 2009</DATE>. Waqt dan il-kontroll, ġie kkonstatat li din l-impriża kienet kriet karozzi u li kienet naqqset il-VAT għal kull kuntratt ta’ kiri għal ammont totali ta’ BGN 28 426.64. Fil-ġurnata tat-tħassir, hija kellha fil-pussess tagħha dawn il-karozzi kif ukoll karozzi oħra li hija kienet akkwistat u li għalihom kienet tnaqqset il-VAT. L-awtorità tat-taxxa kkunsidrat, fl-avviż tagħha ta’ aġġustament fiskali tas-<DATE ISO="20110427">27 ta’ April 2011</DATE>, li, fid-data tat-tħassir, Marinov kienet għamlet, b’dan l-attiv, tranżazzjonijiet taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 111 taz-ZDDS.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ karozzi li huma proprjetà ta’ Marinov, l-imsemmija awtorità, skont il-punt 2 tal-Artikolu 27(3) taz-ZDDS, iddeterminat il-valur taxxabbli tal-VAT billi żammet il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> tagħhom stabbilit wara stima u pproċediet sabiex tirkupra s-somma ta’ BGN 32 124.57 li kienet tikkorrispondi għall-VAT fuq dan il-valur.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara li d-Direktor ċaħad il-kontestazzjoni tagħha fir-rigward tal-avviż ta’ aġġustament fiskali, Marinov ressqet kawża quddiem l-Administrativen sad – Varna. Hija kkontestat, quddiemha, l-istima tal-attiv stabbilita skont il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ dan tal-aħħar. Peress li hija qieset li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni d-deprezzament ta’ dan l-attiv mill-akkwist tagħhom, hija titlob stima sabiex jiġi stabbilit il-valur tagħhom skont l-istandards tal-kontabbiltà fis-seħħ fil-jum tat-tħassir.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali qiegħda topponi r-rikors billi ssostni li l-valur tas-suq miftuħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jikkorrispondi għall-valur tax-xiri li l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT jirreferi għalih, peress li jirrigwarda prezz iffissat mill-offerta u mid-domanda fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li għandha tistabbilixxi l-valur taxxabbli u l-ammont tad-dejn tal-VAT, għandha dubju dwar il-kompatibbiltà tal-punt 2 tal-Artikolu 27(3) taz-ZDDS, li jirrikjedi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur tas-suq miftuħ tal-attiv, mal-Artikoli 18(ċ), 74 u 80 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Qabelxejn, hija għandha dubju, jekk it-tħassir mir-reġistru tal-VAT skont l-Artikolu 106(1) taz-ZDDS jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, hija għandha dubju, sussegwentement, dwar il-kompatibbiltà tal-punt 2 tal-Artikolu 27(3) taz-ZDDS, li jipprovdi li l-valur taxxabbli jikkonsisti fil-valur tas-suq miftuħ tal-attiv, minn naħa, mal-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT u, min-naħa l-oħra, mal-Artikolu 80 tal-imsemmija direttiva li jelenka l-każijiet fejn il-valur tas-suq miftuħ jista’ jservi ta’ valur taxxabbli. Fil-każ ta’ risposta pożittiva, hija tistaqsi jekk l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT japplikax direttament.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-liġi Bulgara ma tiħux inkunsiderazzjoni l-istat tal-attiv, hija tixtieq tkun taf, fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT ikun direttament applikabbli, sa fejn it-tnaqqis tal-valuri li sar wara l-akkwist tal-attiv għandu jiġi kkunsidrat fl-istabbiliment tal-valur taxxabbli tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(ċ) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Administrativen sad Varna ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva [tal-VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż ukoll għaċ-ċirkustanzi li fihom l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli huwa dovut għall-fatt li, minħabba tħassir mir-reġistru, il-persuna taxxabbli hija mċaħħda mill-possibbiltà li tiffattura u tnaqqas il-VAT?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artkoli 74 u 80 tad-Direttiva [tal-VAT] jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, fis-sitwazzjoni ta’ abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli, li l-valur taxxabbli tal-operazzjoni huwa l-valur normali [valur tas-suq miftuħ] tal-attivi eżistenti fil-jum tat-tħassir mir-reġistru?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 74 tad-Direttiva [tal-VAT] għandu effett dirett?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-medda ta’ żmien bejn id-data tax-xiri tal-attivi u d-data tal-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli kif ukoll it-tnaqqis ta’ valur li seħħ wara x-xiri tal-attivi, huma importanti għad-determinazzjoni tal-valur taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 74 tad-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli li jirriżulta mill-fatt li l-persuna taxxabbli titħassar mir-reġistru tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa xieraq li jitfakkar li, skont l-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-VAT, ħlief għal każijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva, iż-żamma ta’ oġġetti minn persuna taxxabbli jew mill-aventi kawża tagħha fil-każ ta’ waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli tagħha, meta dawn l-oġġetti jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis, tista’ tiġi assimilata mal-kunsinna ta’ oġġetti bi ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li dan ikopri l-każ tal-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli b’mod ġenerali, mingħajr ma jagħmel distinzjoni skont ir-raġunijiet jew iċ-ċirkustanzi ta’ dan il-waqfien, filwaqt li jeskludi biss il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-għan prinċipali tal-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-VAT huwa, fil-fatt, li jiġi evitat li oġġetti li jkunu taw lok għad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa ma jkunux is-suġġett ta’ konsum finali mhux intaxxat wara l-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli, ikunu x’ikunu r-raġunijiet jew iċ-ċirkustanzi ta’ tali waqfien.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli li tirriżulta mit-tħassir tal-persuna taxxabbli mir-reġistru tal-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tieni u r-raba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tar-raba’ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 74 u 80 tad-Direttiva tal-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli, il-valur taxxabbli tat-tranżazzjoni huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>il-valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-oġġetti eżistenti fil-mument ta’ dan il-waqfien u li ma tiħux inkunsiderazzjoni bdil fil-valur ta’ dawn l-oġġetti bejn id-data tal-akkwist tagħhom u dik tal-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-istabbiliment tal-valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-VAT jaqa’ taħt l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT u mhux taħt l-Artikolu 80 tagħha. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni ta’ dan l-aħħar artikolu huma eżawrjenti u leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tipprovdi, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li l-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ f’każijiet li huma differenti minn dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, Balkan and Sea Properties u Provadinvest, C‑621/10 u C‑129/11, punti 45, 51 kif ukoll 52). Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li s-sitwazzjoni inkwistjoni taqa’ taħt wieħed mill-każijiet elenkati fl-imsemmi Artikolu 80.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi li, għat-tranżazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-valur taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri tal-oġġetti jew ta’ oġġett simili jew, fin-nuqqas tal-prezz tax-xiri, il-prezz kemm sewa, stabbiliti fiż-żmien meta seħħew dawn it-tranżazzjonijiet. Dan l-artikolu jikkostitwixxi deroga mir-regola ġenerali msemmija fl-Artikolu 73.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-prezz tax-xiri stabbilit fil-mument tat-tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT, ifisser il-valur residwu tal-oġġett fil-mument tat-tneħħija (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20010517">17 ta’ Mejju 2001</DATE>, Fischer u Brandenstein, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-322/99+C-323/99" PAGE.ECR="I-4049" YEAR="2001">C-322/99 u C-323/99, Ġabra p. I-4049</REF.DOC.ECR>, punt 80). Fir-rigward ta’ tranżazzjoni ta’ applikazzjoni ta’ oġġett imsemmija wkoll f’dan l-artikolu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li l-valur taxxabbli kien il-valur tal-oġġett inkwistjoni stabbilit fil-mument tal-applikazzjoni, li jikkorrispondi għall-prezz fis-suq ta’ oġġett simili billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-infiq għat-trasformazzjoni ta’ dan l-oġġett (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, Gemeente Vlaardingen, C‑299/11, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-valur taxxabbli tat-tranżazzjoni fil-każ ta’ waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli huwa l-valur tal-oġġetti inkwistjoni stabbilit fil-mument ta’ dan il-waqfien, li għaldaqstant jieħu inkunsiderazzjoni bdil fil-valur ta’ dawn l-oġġetti bejn id-data tal-akkwist tagħhom u dik tal-waqfien.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27(3) taz-ZDDS, il-valur taxxabbli ta’ tranżazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>il-valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li huwa ddefinit mid-dritt Bulgaru bħala ammont li jitħallas fl-istess kundizzjonijiet għal oġġett identiku jew simili bejn persuni li ma humiex marbuta. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>il-valur tas-suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> skont din id-dispożizzjoni, kif interpretat u implementat mill-awtorità tat-taxxa Bulgara, jikkorrispondix fil-prattika għall-valur residwu tal-oġġetti fid-data tal-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni u għar-raba’ domanda hija li l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli, il-valur taxxabbli tat-tranżazzjoni huwa l-valur tas-suq miftuħ tal-oġġetti eżistenti fid-data ta’ dan il-waqfien, sakemm dan il-valur ma jikkorrispondix fil-prattika għall-valur residwu ta’ dawn l-oġġetti fl-imsemmija data u sakemm b’hekk tittieħed inkunsiderazzjoni l-bidla fil-valur ta’ dawn l-oġġetti bejn id-data tal-akkwist tagħhom u dik tal-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT għandux effett dirett.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-aspett tal-kontenut tagħhom, mingħajr kundizzjonijiet u suffiċjentement preċiżi, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat meta dan jew ikun naqas<?PAGE NO="8"?> milli jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew ikun għamel traspożizzjoni inkorretta tagħha (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Orfey Balgaria, C‑549/11, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT jistabbilixxi b’mod ċar u mingħajr kundizzjonijiet il-kriterji li jiddeterminaw il-valur taxxabbli ta’ tranżazzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ oġġetti minn persuna taxxabbli fil-każ ta’ waqfien tal-attività ekonomika tagħha. Din id-dispożizzjoni tissodisfa għaldaqstant l-imsemmija kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-qorti tar-rinviju li għandha, sa fejn id-dritt nazzjonali jagħtiha marġni ta’ diskrezzjoni, tinterpreta u tapplika dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni u, jekk tali interpretazzjoni konformi ma tkunx possibbli, li ma tapplikax kull dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tmur kontra dawn ir-rekwiżiti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Balkan and Sea Properties u Provadinvest, iċċitata iktar ’il fuq, punt 54 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT għandu effett dirett.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli li jirriżulta mit-tħassir tal-persuna taxxabbli mir-reġistru tat-taxxa fuq il-valur miżjud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 74 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli, il-valur taxxabbli tat-tranżazzjoni huwa l-valur tas-suq miftuħ tal-oġġetti eżistenti fid-data ta’ dan il-waqfien, sakemm dan il-valur ma jikkorrispondix fil-prattika għall-valur residwu ta’ dawn l-oġġetti fl-imsemmija data u sakemm b’hekk tittieħed inkunsiderazzjoni l-bidla fil-valur ta’ dawn l-oġġetti bejn id-data tal-akkwist tagħhom u dik tal-waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 74 tad-Direttiva 2006/112 għandu effett dirett.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>