|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4267 |
2.7.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11159 — JD SPORTS / GROUPE COURIR)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4267)
1.
Fil-21 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
JD Sports Fashion Plc Group (“JD Sports”) (ir-Renju Unit), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Pentland Group Holdings Limited (“Pentland”, ir-Renju Unit) |
|
— |
Groupe Courir SAS (“Courir”) (Franza), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Equistone VI FPCI (Franza) |
JD Sport se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Courir kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
JD Group huwa bejjiegħ bl-imnut ta’ oġġetti sportivi, iffukat fuq l-ilbies u ż-żraben tal-isport. Fid-dinja kollha, jopera taħt diversi faxex tal-bejgħ bl-imnut (kemm online kif ukoll permezz ta’ aktar minn 3,300 ħanut fiżiku), għandu negozju bl-ingrossa limitat u jopera għadd ta’ gyms, |
|
— |
Courir hija attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ ilbies sportiv, inkluż żraben, ilbies, u aċċessorji/tagħmir ta’ ditti inklużi Nike u Adidas. Fl-Ewropa, Courir topera aktar minn 300 ħanut, li jinsabu fil-Belġju, fid-Danimarka, fi Franza, fil-Lussemburgu, fin-Netherlands, fil-Portugall u fi Spanja. Permezz tal-online channel, jiġġenera dħul fil-pajjiżi kollha tal-UE għajr Malta. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11159 — JD SPORTS / GROUPE COURIR
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4267/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)