|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1505 |
12.12.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11234 — GENERALI / LIBERTY SEGUROS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1505)
1.
Fl-4 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja), |
|
— |
Liberty Seguros, Compañia de Seguros y Reaseguros, S.A. (“Liberty Seguros”, Spanja), li tappartjeni għal-Liberty Mutual Insurance Group, proprjetà kollha kemm hi ta’ Liberty Spain Holdings LLC u Liberty UK u Europe Holdings Limited. |
Generali se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Liberty Seguros kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Generali hija attiva fl-assikurazzjoni, ir-riassikurazzjoni, l-għoti ta’ servizzi ta’ assistenza u l-ġestjoni tal-proprjetà immobbli u tal-assi, |
|
— |
Liberty Seguros toffri prodotti ta’ assikurazzjoni mhux tal-ħajja u tal-ħajja prinċipalment fi Spanja, il-Portugall u l-Irlanda, li jiffokaw l-aktar fuq l-assikurazzjoni tal-vetturi, kif ukoll fuq l-assikurazzjoni tar-riskju tad-dar u tal-ħajja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11234 — GENERALI / LIBERTY SEGUROS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1505/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)