|
28.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/524
tas-27 ta' Marzu 2015
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1) u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 32, 48 u 49 u l-Artikolu 51(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 (2) fiha żball. Jeħtieġ li l-kliem “fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea” jiġi mħassar mill-Artikoli 2 u 3. Għaldaqstant, jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjoni bil-lingwa Bulgara. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma ġewx affettwati. |
|
(2) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Bulgara.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER