European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/747

5.2.2025

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2025/747)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Mecklenburger Landwein”

PGI-DE-A1290-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 7.11.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Deskrizzjoni tal-inbid/prodotti tad-dwieli u tal-karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi

Deskrizzjoni:

Id-deskrizzjonijiet tal-inbid tnaqqsu għall-punti ewlenin. Hemm deskrizzjoni separata għall-Blanc de Noir.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima tal-Mecklenburger Landwein ġiet elenkata taħt punt separat. Minħabba r-referenza għal-leġiżlazzjoni kurrenti, il-kontenut li ġej inbidel: il-kontenut totali taz-zokkor awtorizzat żdied biex ikopri l-inbid ħelu mezzan u ħelu. Il-limitu massimu tal-arrikkiment għall-inbid abjad żdied għal 12,5 % u għall-inbid aħmar għal 13 % tal-qawwa alkoħolika totali.

Ġustifikazzjoni:

Id-deskrizzjonijiet preċedenti tal-inbid u tal-karatteristiċi organolettiċi kienu pjuttost ġenerali. Għaldaqstant ġew iċċarati. Il-qawwa alkoħolika naturali minima ġiet elenkata taħt punt separat sabiex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tkun aktar ċara. Barra minn hekk, intużaw il-possibbiltajiet legali għaż-żieda fl-arrikkiment u l-kontenut totali taz-zokkor awtorizzat.

2.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

Deskrizzjoni:

Il-valuri analitiċi elenkati sal-lum jissodisfaw ir-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali. Ġiet inkluża referenza ġenerali li tgħid li: “Tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti”.

Ġustifikazzjoni:

Peress li ma hemm l-ebda stipulazzjoni li tmur lil hinn mid-dritt applikabbli tal-UE jew dak nazzjonali, ir-referenza għal-leġiżlazzjoni kurrenti toffri regoli preċiżi biżżejjed.

3.   Identifikazzjoni taż-żona

Deskrizzjoni:

Id-demarkazzjoni taż-żona ġiet estiża sabiex tkopri vinji mogħtija għad-dwieli jew li jinsabu temporanjament mingħajr dwieli, fid-distrett ta’ Pasenow tal-belt ta’ Woldegk. Id-demarkazzjoni tidher fuq mapep li wieħed jista’ jara fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.

Ġustifikazzjoni:

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-Mecklenburger Landwein hija kkaratterizzata minn terren b’għoljiet baxxi. Il-ġeoloġija taż-żona demarkata tikkonsisti f’pajsaġġ moren iffurmat matul l-era glaċjali, bi trab ġulġlieni ramli mifrux bi strati kalkarji u depożiti abbundanti ta’ żnied u blat. Il-klima kontinentali b’influwenzi marittimi wkoll issawwar l-inbejjed prodotti hawnhekk. L-istess kundizzjonijiet ġeografiċi, ġeoloġiċi u klimatiċi japplikaw għad-distrett Pasenow tal-belt ta’ Woldegk, li ġie miżjud maż-żona. Ir-rabta maż-żona stabbilita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott baqgħet bħal qabel.

4.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Deskrizzjoni:

Il-lista tal-varjetajiet bojod ġiet estiża biex tinkludi dawn il-varjetajiet li ġejjin u li bħalissa qed jiġu kkultivati: Solaris, Muscaris, Riesling, Donauriesling, Donauveltliner, Johanniter, Helios, Hibernal, Blütenmuskateller u Souvignier Gris. Il-lista tal-varjetajiet ħomor ġiet estiża biex tinkludi: Cabernet Cortis, Rondo, Cabernet Cantor u Monarch.

Ġustifikazzjoni:

Il-varjetajiet elenkati hawn għall-ewwel darba qed jiġu kkultivati fiż-żona tat-tkabbir ta’ Mecklenburg u diġà wrew il-valur tagħhom f’termini ta’ maturità u karatteristiċi. L-inbejjed magħmula mill-varjetajiet tal-għeneb jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, huma tipiċi tal-IĠP Mecklenburger Landwein, u jirfinaw l-uniċità eżistenti tal-inbid.

5.   Rekwiżiti applikabbli skont id-dritt tal-UE jew dak nazzjonali stabbiliti minn organizzazzjoni li tiġġestixxi l-IĠP

Deskrizzjoni:

Ir-regola eżistenti li biha mill-inqas 85 % tal-għeneb użat fil-produzzjoni jrid jiġi miż-żona ġeografika hija konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-UE u dak nazzjonali. Ġiet inkluża referenza ġenerali li tgħid li: “Tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti”.

Issa l-Mecklenburger Landwein jista’ jiġi prodott f’Mecklenburg-Vorpommern kollu. Qabel, il-produzzjoni kienet permessa fiż-żona tal-vitikultura definita skont il-liġi tal-istat federali applikabbli.

Biex l-indikazzjoni Mecklenburger Landwein tintuża fuq it-tikketta, il-bottiljatur irid ikun ġie inkluż fis-sistema ta’ spezzjonijiet annwali rigward il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Ġustifikazzjoni:

Peress li ma hemm l-ebda stipulazzjoni li tmur lil hinn mid-dritt applikabbli tal-UE jew dak nazzjonali, ir-referenza għal-leġiżlazzjoni kurrenti toffri regoli preċiżi biżżejjed.

6.   Awtorità ta’ kontroll

Deskrizzjoni:

L-informazzjoni dwar l-awtorità ta’ kontroll u l-kompiti tagħha ġiet aġġornata.

Ġustifikazzjoni:

L-isem u l-indirizz tal-awtorità ta’ kontroll inbidlu. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi inkluża u adattata l-informazzjoni applikabbli fil-preżent. Ir-responsabbiltà għall-awtorizzazzjonijiet ġodda tat-tħawwil għaddiet għand l-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.

7.   Oħrajn

Deskrizzjoni:

Bidliet editorjali konformi mar-rekwiżiti tal-UE. Dawn jinkludu l-bidliet kollha li jirriflettu l-leġiżlazzjoni kurrenti. Dan sar billi saret referenza għal-leġiżlazzjoni kurrenti jew billi tħassret is-silta rilevanti. Ir-rabta maż-żona ġiet iċċarata fi ftit każijiet.

Ġustifikazzjoni:

Saru bidliet editorjali f’ċerti partijiet sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-UE. Ir-rabta maż-żona ġiet iċċarata f’ċerti partijiet. Dawn il-bidliet huma meqjusa bħala emendi standard f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 peress li ma jħassrux ir-rabta maż-żona ġeografika.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni

Mecklenburger Landwein

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP – Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

—

22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid, abjad

DESKRIZZJONI QASIRA

Il-Mecklenburger Landwein abjad għandu aċidità friska u vibranti li tiddependi mill-varjetà u l-post minn fejn ikun ġej, struttura tipika tal-varjetà u togħma rikonoxxuta ta’ frott sa togħma robusta, anke fit-taħlitiet. L-inbejjed bojod għandhom kulur isfar ċar sa isfar lewn it-tiben tipiku tal-varjetà; xi drabi jkollhom sfumatura ħadra ċara ħafna.

Karatteristiċi analitiċi

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

—

Aċidità totali minima —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

2.   Inbid, aħmar

DESKRIZZJONI QASIRA

Skont il-varjetà tal-għeneb u l-metodu tat-tqaddim, l-inbid aħmar Mecklenburger Landwein għandu kulur aħmar lewn iċ-ċirasa, aħmar skur jew aħmar lewn ir-rubin. L-aromi tiegħu jfakkru fil-frott artab aħmar misjur, fil-pruna u r-ribes iswed, akkumpanjati minn togħma ħafifa sa qawwija ta’ njam meta jitqaddem fil-btieti tal-injam. Il-kumpless tat-tannini huwa integrat bi struttura tajba. L-inbejjed ħomor ħfief sa medji għandhom togħma ta’ frott u, wara l-fermentazzjoni malolattika, togħma lixxa u bellusija.

Karatteristiċi analitiċi

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

—

Aċidità totali minima —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

3.   Inbid, rożè

DESKRIZZJONI QASIRA

Il-Mecklenburger Landwein rożè għandu kulur aħmar ċar sa aħmar lewn is-salamun u huwa prodott esklużivament minn varjetajiet ta’ għeneb aħmar magħsur malajr. Il-fwieħa tiegħu fiha aromi ta’ frott tipiċi tal-varjetajiet ħomor użati għall-produzzjoni tiegħu. Dawn l-aromi ta’ frott ifakkru fil-frawli, ir-ribes l-iswed jew iċ-ċirasa. L-inbejjed rożè, kemm jekk ikunu minn varjetà waħda jew minn taħlitiet, ġeneralment ikollhom togħma friska u ta’ frott, b’kontenut bilanċjat ta’ tannini.

Karatteristiċi analitiċi

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

—

Aċidità totali minima —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

4.   Inbid, Blanc de Noir

DESKRIZZJONI QASIRA

Il-Blanc de Noir jiġi prodott ukoll mill-varjetajiet Regent u Cabernet Cortis. Dan għandu aċidità bilanċjata, bi sfumaturi ta’ tannini, u għandu l-kulur tipiku tal-inbid abjad.

Karatteristiċi analitiċi

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

—

Aċidità totali minima —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.

Inbid

Prattika enoloġika speċifika

Tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti.

2.

Inbid

Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

L-għeneb tal-inbid abjad u l-maxx, il-most u l-inbejjed prodotti mill-għeneb tal-inbid abjad ma għandhomx jitħalltu mal-għeneb tal-inbid aħmar jew il-maxx, il-most u l-inbejjed prodotti mill-għeneb tal-inbid aħmar.

3.

Inbid

Prattiki tal-kultivazzjoni

Tapplika l-leġiżlazzjoni kurrenti.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

90 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-indikazzjoni ġeografika protetta tinkludi vinji awtorizzati li jkunu mogħtija għad-dwieli jew li jinsabu temporanjament mingħajr dwieli, fid-distrett Rattey tal-muniċipalità ta’ Schönbeck, id-distrett Pasenow tal-belt ta’ Woldegk, u l-belt Burg Stargard fid-distrett rurali Mecklenburger Seenplatte.

Id-demarkazzjoni eżatta tista’ tiġi kkonsultata fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Blauer Portugieser

Blauer Spätburgunder

Blütenmuskateller

Cabernet Cantor

Cabernet Cortis

Donauriesling

Donauveltliner

Helios

Hibernal

Huxelrebe - Huxel

Johanniter

Monarch

Muscaris

Müller Thurgau - Rivaner

Ortega

Phoenix - Phönix

Regent

Rondo

Solaris

Souvignier Gris

Weißer Elbling - Elbling, Kleinberger

Weißer Riesling - Riesling Renano, Rheinriesling, Klingenberger, Riesling

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

1.   Kundizzjonijiet ġeografiċi

1.1.   Pajsaġġ u morfoloġija

Il-pajsaġġ ta’ Mecklenburg-Vorpommern huwa kkaratterizzat minn influwenzi tal-era glaċjali, evidenti fil-moreni ta’ taħt il-glaċier u l-moreni fix-xifer tal-glaċier li rriżultaw mill-aħħar era glaċjali. Iż-żoni tal-vitikultura f’Mecklenburg kisbu l-karattru speċifiku tagħhom mill-art bl-għoljiet ta’ bejn l-għoljiet ta’ Helpter u Brohmer u fil-wied ta’ Lindetal, mill-ħamrija ġulġliena u ramlija u mill-klima tipika tal-Lvant tal-Bundesland. Il-vitikultura f’Mecklenburg kienet storikament marbuta ma’ proprjetajiet individwali tal-knisja jew sekulari. Il-postijiet mifruxa spiss jiġu identifikati mit-tradizzjoni mgħoddija bil-fomm jew mill-ismijiet tal-postijiet. Meta t-tradizzjoni tal-vitikultura reġgħet tqajmet, ingħatat prijorità lill-postijiet tradizzjonali. Illum il-vinji jinsabu prinċipalment fuq inklinazzjonjiet ċatti u moderati esposti għax-xemx.

1.2.   Ġeoloġija

Il-ġeoloġija hija msawra mill-era glaċjali, evidenti b’mod partikolari fir-riljiev tal-pajsaġġ tal-moreni, iżda wkoll fil-ħamrija varjabbli ħafna b’punteġġi ta’ 15 sa 50, li jikkorrispondu għall-klassijiet ta’ ħamrija ramlija, ramlija ġulġliena u ġulġliena ramlija, b’kontenut varjat ta’ ġebel. Fattur karatteristiku huwa l-irregolarità tal-art, interrotta minn għadd ta’ lagi mifruxa fiż-żona u akwedotti ħerġin minnhom. L-ilma tax-xita jinżamm fil-ħamrija ġulġliena ramlija minn saffi kbar taħt l-art ta’ trab ġulġlieni.

2.   Klima

Il-karatteristiċi distintivi tal-klima huma s-sjuf moderati sa sħan u xotti minħabba l-pożizzjoni kontinentali, ikkaratterizzati minn numru għoli ta’ sigħat ta’ xemx fis-sajf u fil-ħarifa. L-għażla mmirata ta’ varjetajiet bikrija u li jifilħu għall-ġlata u temp sajfi ġeneralment affidabbli jikkumpensaw għal staġun tat-tkabbir kemxejn iqsar. L-istruttura evidenti tal-pajsaġġ toħloq mikroklimi li jiffavorixxu l-vitikultura.

Matul il-perjodu tas-sajran, in-numru għoli ta’ sigħat ta’ xemx jikkontribwixxi għall-kwalità tal-għeneb u għall-akkumulazzjoni taz-zokkor. Il-ħamrija, iffurmata mill-era glaċjali, tisħon malajr, li jfisser li b’aċidità ogħla kkawżata minn akkumulazzjoni qawwija ta’ zokkor fis-sajf, l-inbejjed jiġu prodotti b’kontenut medju sa ogħla ta’ alkoħol.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Biex l-indikazzjoni Mecklenburger Landwein tintuża fuq it-tikketta, il-bottiljatur irid ikun ġie inkluż fis-sistema ta’ spezzjonijiet annwali rigward il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Meta t-tikkettar jinkludi varjetà ta’ dwieli u/jew vendemmja, il-karatteristiċi sensorji tipiċi ta’ dik il-varjetà jew vendemmja għandhom ikunu identifikabbli.

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Derogi dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-Mecklenburger Landwein huwa prodott esklużivament f’Mecklenburg-Vorpommern.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/747/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)