5.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9707 — Aperam Alloys Imphy/Tekna Plasma Europe/ImphyTek Powders)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 38/03)

1.   

Fl-24 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Aperam Alloys Imphy SAS, (“Aperam”, il-Lussemburgu), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Aperam S.A.

—

Tekna Plasma Europe SAS (“Tekna”, in-Norveġja), sussidjarja indiretta ta’ Arendals Fossekompani ASA.

—

ImphyTek Powders SAS (“ImphyTek Powders”, Franza).

Aperam u Tekna jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ImphyTek Powders.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Aperam: manifattura u bejgħ ta’ azzar inossidabbli, azzar tal-elettriku u ligi tal-azzar ta’ speċjalità bi klijenti f’aktar minn 40 pajjiż,

—

Tekna: manifattura ta’ atomizzaturi tagħmir periferali biex issir il-produzzjoni ta’ trabijiet metalliċi,

—

ImphyTek Powders: manifattura u bejgħ ta’ trab minn ligi tal-nikel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9707 — Aperam Alloys Imphy/Tekna Plasma Europe/ImphyTek Powders

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.