European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2717

25.10.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2717

tal-24 ta’ Ottubru 2024

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fiha xi żbalji fil-Parti II, it-Taqsima II, il-Kapitolu 6, it-tabella, fid-deskrizzjoni tal-kodiċijiet NM 0601 , 0601 10 u 0601 20 .

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Finlandiża tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fiha xi żbalji fil-Parti II, it-Taqsima VI, il-Kapitolu 29, il-punt 5(D) u l-Kapitolu 38, it-tabella, fid-deskrizzjoni tal-kodiċijiet NM 3824 99 61 u 3827 11 00 .

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Finlandiża u bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2364 (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2364 tas-26 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L, 2023/2364, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2364/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2717/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)