<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑322/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0322</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:716">EU:C:2013:716</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20131107">7.11.2013</DATE> — KAWŻA C‑322/11</P><P>K</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li tirrifjuta t-tnaqqis tat-telf marbut mal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mill-qligħ riżultanti mit-trasferiment ta’ valuri mobbli fl-Istat Membru tat-tassazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑322/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110623">23 ta’ Ġunju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20110628">28 ta’ Ġunju 2011</DATE>, fil-kawża miftuħa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">K,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, A. Borg Barthet, u E. Levits (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal K, minn M. Tiusanen, asianajaja,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo u S. Hartikainen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn K. Petersen u T. Henze, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk u K. Petkovska, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Murrell, bħala aġent, assistita minn K. Bacon, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Koskinen, R. Lyal u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża miftuħa minn K, persuna suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul prinċipalment fil-Finlandja, dwar ir-rifjut min-naħa tal-awtorità fiskali Finlandiża li tippermettilu li jnaqqas it-telf subit waqt it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza mid-dħul taxxabbli tiegħu fil-Finlandja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Finlandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(1) tal-liġi 1992/1535 dwar it-taxxa fuq id-dħul [tuloverolaki (1992/1535)], tat-<DATE ISO="19921230">30 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif kien fis-seħħ fil-mument meta ġraw il-fatti fil-kawża prinċipali, jiġifieri matul is-sena fiskali li tkopri s-sena 2004 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jipprovdi li l-qligħ miksub waqt trasferiment ta’ beni jikkostitwixxi qligħ kapitali taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul kien redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>It-telf subit waqt trasferiment ta’ beni jista’ jitnaqqas mill-qligħ miksub waqt trasferiment ta’ beni matul is-sena fiskali li fiha jkun sar it-telf u t-tliet snin fiskali suċċessivi, u dan ma jittiħidx inkunsiderazzjoni waqt l-istabbiliment tal-iżbilanċ tal-qligħ minn kapital.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-liġi 1995/1552 intiż għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja internazzjonali [kansainvälisen kaksinkertaisen verotuksen poistamisesta annettu laki (1995/1552)] huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Id-dħul miksub fi Stat barrani, li dwaru il-Finlandja rrinunzjat, permezz ta’ ftehim internazzjonali, li teżerċita l-prerogattivi fiskali tagħha, huwa kkunsidrat bħala dħul taxxabbli ta’ persuna fiżika [...]. Is-sehem li jikkorrispondi għall-parti mid-dħul li huwa eżentat minħabba s-sors jew it-tip ta’ dħul huwa madankollu mnaqqas mit-taxxi fuq id-dħul tal-persuna taxxabbli (metodu ta’ eżenzjoni progressiva). Waqt il-kalkolu tad-dħul riċevut mill-Istat barrani, għandhom jitnaqqsu t-telf u l-interessi marbuta mal-akkwist jew il-preservazzjoni tad-dħul, u dan mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni kuntrarja. Madankollu, it-telf u l-interessi ma jistgħux jitnaqqsu meta jkunu jeċċedu l-ammont tad-dħul riċevut mill-Istat barrani [...]. It-tnaqqis isir fir-rigward tat-taxxi differenti li jkunu dovuti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, fil-Finlandja, it-taxxa fuq id-dħul mill-kapital hija proporzjonali. Skont l-Artikolu 124(2) tal-liġi relatata mat-taxxa fuq id-dħul, ir-rata ta’ taxxa applikata matul is-sena 2004 għad-dħul mill-kapital kienet ta’ 29 %.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim tal-prevenzjoni tat-taxxa doppja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tal-ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja, u għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxi fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul u tat-taxxa fuq il-kapital, iffirmat f’Helsinki fil-<DATE ISO="19700911">11 ta’ Settembru 1970</DATE>, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ftehim Franċiż-Finlandiż<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), id-dħul minn proprjetà immobbli huwa taxxabbli fl-Istat kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-ftehim Franċiż-Finlandiż jipprovdi li l-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment tal-proprjetà immobbli huwa taxxabbli fl-Istat kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjetà immobbli.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-ftehim Franċiż-Finlandiż jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif ġej:</P><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ tal-Finlandja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Id-dħul u l-elementi tal-kaptial minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu b) iktar ’il quddiem huma eżentati mit-taxxi Finlandiżi imsemmija fil-paragrafu 3 b tal-Artikolu 2, meta dak id-dħul jew dawk l-elementi tal-kapital ikunu taxxabbli fi Franza skont dan il-ftehim.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi a) u b) it-taxxa Finlandiża tista’ tiġi kkalkulata fuq id-dħul taxxabbli fil-Finlandja skont dan il-ftehim, bir-rata korrispondenti għall-ammont globali tad-dħul taxxabbli b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni Finlandiża.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul is-sena 2004, K biegħ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza li huwa kien akkwista fl-2001. Huwa ddikjara, f’dan ir-rigward, telf ta’ EUR 172 623. Skont id-dikjarazzjonijiet tiegħu, K ma kienx irċieva dħul fi Franza li minnu seta’ jnaqqas dan it-telf u fuq kollox lanqas ma kien akkwista fl-2004 beni oħra fi Franza li kienu, fl-okkażjoni tat-trasferiment ta’ dawn il-beni, ipaċu l-imsemmi telf. Madankollu, K ibbenefika fil-Finlandja, matul dik l-istess sena tal-2004, minn qligħ li rriżulta mit-trasferiment ta’ valuri mobbli intaxxati fil-Finlandja, li huwa talab li permezz tiegħu jkun jista’ jpaċi t-telf marbut mal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli Franċiża. K ma jeżerċitax attività professjonali inkonnessjoni mal-proprjetà immobbli jew mal-valuri mobbli.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-dipartiment lokali tat-taxxa (verovirasto) qies li K ma kellux id-dritt li jnaqqas mid-dħul mobbiljari tiegħu riċevut fil-Finlandja t-telf li rriżulta mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li t-talba għal tnaqqis imressqa minn K quddiem il-Lounais-Suomen verotuksen oikaisulautakunta (kummissjoni għall-verfika fiskali tal-Lbiċ tal-Finlandja) ġiet miċħuda fit-<DATE ISO="20060413">13 ta’ April 2006</DATE>, K ippreżenta rikors quddiem it-Turun hallinto-oikeus (qorti amministrattiva ta’ Turku). Peress li dan ir-rikors ġie miċħud ukoll, permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, K ippreżenta appell quddiem il-korkein hallinto-oikeus.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>K isostni li, jekk ir-rikors tiegħu ma jintlaqax, ir-rifjut tat-tnaqqis tat-telf subit ser isir definittiv, peress li huwa persuna suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul prinċipalment fil-Finlandja u ma għandu l-ebda dħul ieħor jew beni oħra fi Franza. Issa, tali rifjut tat-tnaqqis jikkostitwixxi ksur tal-prinċipji tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital li ma jistax jiġi ġġustifikat mit-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont K, it-tnaqqis tat-telf marbut mat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza mill-qligħ riċevut mit-trasferiment ta’ azzjonijiet fil-Finlandja ma jikkontestax l-eżerċizzju ta’ kompetenza fiskali parallela. Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment mis-sentenzi tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Marks &amp; Spencer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/03" PAGE.ECR="I-10837" YEAR="2005">C-446/03, Ġabra p. I-10837</REF.DOC.ECR>, punt 40) u tad-<DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, Rewe Zentralfinanz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-347/04" PAGE.ECR="I-2647" YEAR="2007">C-347/04, Ġabra p. I-2647</REF.DOC.ECR>, punt 69), jirriżulta li l-fatt li r-Repubblika tal-Finlandja ma tirċevix taxxi fuq il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza ma huwiex waħdu suffiċjenti sabiex jiġġustifika regola li tistabbilixxi li jista’ jitnaqqas biss it-telf relatat mal-proprjetà immobbli li tinsab fil-Finlandja.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Lanqas ma tista’ tiġi invokata l-prevenzjoni tat-tnaqqis doppju tat-telf peress li K ma għandu l-ebda beni oħra fi Franza, ma jeżerċita l-ebda attività hemmhekk u ma jirċievi l-ebda dħul hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li persuna suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul prinċipalment fil-Finlandja tista’ hemmhekk tnaqqas telf subit waqt trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fil-Finlandja, skont il-modalitajiet stabbiliti mil-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul, iżda ma tistax tnaqqas fil-Finlandja telf subit fl-okkażjoni ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza. Din il-qorti tippreċiża li, f’kawża simili għal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija ddeċidiet li ma tittollerax it-tnaqqis ta’ telf li jirriżulta mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mid-dħul taxxabbli fil-Finlandja, iżda l-imsemmi kawża ġiet deċiża qabel l-għoti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20080515">15 ta’ Mejju 2008</DATE>, Lidl Belgium (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-414/06" PAGE.ECR="I-3601" YEAR="2008">C-414/06, Ġabra p. I-3601</REF.DOC.ECR>) u tat-<DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/07" PAGE.ECR="I-8061" YEAR="2008">C-157/07, Ġabra p. I-8061</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kawża odjerna hija differenti mis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Lidl Belgium u Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt minħabba l-fatt li t-telf subit minn K ma huwiex marbut ma’ attività professjonali eżerċitata permezz ta’ stabbiliment stabbli fi Stat Membru ieħor. Fil-fatt, attività eżerċitata f’tali kuntest fil-prinċipju ssir għal perijodu twil ta’ żmien, b’tali mod li jista’ raġonevolment tkun mistennija tagħti lok maż-żmien għal dħul li t-telf tiegħu jista’ mill-ġdid jiġi mnaqqas. Għaldaqstant, f’ipoteżi parallela, in-natura definittiva tat-telf ma tkunx ċerta u jkun jeżisti riskju ta’ tnaqqis doppju tat-telf. Għall-kuntrarju, meta persuna taxxabbli ma jkollhiex sors ta’ dħul fi Stat Membru ieħor li jippermettilha li tnaqqas telf, is-sitwazzjoni, mill-perspettiva tan-natura definittiva tat-telf, tkun differenti, anki jekk is-sistema fiskali Franċiża tkun toffrilha wkoll il-possibbiltà li tnaqqas it-telf naxxenti mit-trasferiment ta’ beni mid-dħul tas-snin suċċessivi. F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma hijiex marbuta mal-eżerċizzju ta’ attività professjonali, ma huwiex permess li jiġi kkunsidrat li persuna taxxabbli għandha tibbenefika sussegwentement, fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-beni, minn dħul li minnu jkun jista’ jiġi mnaqqas mill-ġdid it-telf.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein hallinto‑oikeus iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ġabra ta’ regoli nazzjonali li skont dawn persuna li hija persuna taxxabbli [suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul] prinċipalment fil-Finlandja ma tistax tnaqqas it-telf subit, waqt it-trasferiment ta’ beni [proprjetà] immobbli li [t]insab fi Franza, mill-qligħ, taxxabbli fil-Finlandja, li hija għamlet bit-trasferiment ta’ azzjonijiet, filwaqt li persuna li hija persuna taxxabbli prinċipalment fil-Finlandja tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tnaqqas mill-qligħ minn kapital tagħha t-telf subit waqt it-trasferiment ta’ beni [proprjetà] immobbli ekwivalenti li jinsab fil-Finlandja?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil persuna taxxabbli li tkun residenti f’dan l-Istat Membru u li tkun suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul prinċipalment f’dak l-istess Stat Membru, li tnaqqas it-telf li jirriżulta minn trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor mid-dħul mobbiljari taxxabbli fl-ewwel Stat Membru, meta dan kien ikun possibbli, taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk il-proprjetà immobbli kienet tinsab fl-ewwel Stat Membru.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-eżistenza ta’ restrizzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fin-nuqqas, fit-Trattat FUE, ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>moviment tal-kapital<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE, in-nomenklatura li tikkostitwixxi l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat [artikolu mħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10) tikkonserva valur indikattiv, anki jekk din id-direttiva ġiet adottata abbażi tal-Artikoli 69 u 70(1) tat-Trattat KEE (li saru l-Artikoli 69 KE u 70(1) KE, artikoli li tħassru bit-Trattat ta’ Amsterdam), peress li għandu jinftiehem li, b’mod konformi mat-tielet paragrafu tal-introduzzjoni ta’ dan l-Anness, in-nomenklatura inkluża fih ma tillimitax il-kunċett ta’ moviment tal-kapital (ara, b’mod partikolari, sentenzi tal-<DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, Centro di Musicologia Walter Stauffer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/04" PAGE.ECR="I-8203" YEAR="2006">C-386/04, Ġabra I-8203</REF.DOC.ECR>, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata; tat-<DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, Block, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-67/08" PAGE.ECR="I-883" YEAR="2009">C-67/08, Ġabra p. I-883</REF.DOC.ECR>, punt 19, u tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Busley u Cibrian Fernandez, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/08" PAGE.ECR="I-9807" YEAR="2009">C-35/08, Ġabra p. I-9807</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fost il-movimenti tal-kapitali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 88/361 jissemmew, taħt l-Intestatura II intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Investimenti fil-Bini<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, investimenti fil-proprjetà immobbiljari barra l-pajjiż minn residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Dwar l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE, jeħtieġ li jitfakkar li l-miżuri pprojbiti minn din id-dispożizzjoni jinkludu dawk li huma ta’ natura li jiddiswadu l-persuni mhux residenti li jagħmlu investimenti fi Stat Membru jew li jiddiswadu r-residenti tal-imsemmi Stat Membru li jagħmluhom fi Stati oħra (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Festersen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/05" PAGE.ECR="I-1129" YEAR="2007">C-370/05, Ġabra p. I-1129</REF.DOC.ECR>, punt 24; tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, A, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-101/05" PAGE.ECR="I-11531" YEAR="2007">C-101/05, Ġabra p. I-11531</REF.DOC.ECR>, punt 40; tat-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE>, STEKO Industriemontage, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-377/07" PAGE.ECR="I-299" YEAR="2009">C-377/07, Ġabra p. I-299</REF.DOC.ECR>, punt 23, kif ukoll Busley u Cibrian Fernandez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu tali restrizzjonijiet, il-miżuri nazzjonali li jistgħu jwaqqfu jew jillimitaw l-akkwist ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Busley u Cibrian Fernandez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tas-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 50(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul tipprovdi li l-persuni taxxabbli residenti jistgħu jnaqqsu t-telf subit waqt it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta’ beni mobbli, mill-qligħ miksub waqt it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta’ beni mobbli oħrajn, matul is-sena fiskali li fiha jkun sar it-telf u t-tliet snin fiskali suċċessivi.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, tali possibbiltà ta’ tnaqqis tikkostitwixxi vantaġġ fiskali li jingħata biss, meta tkun involuta proprjetà immobbli, jekk it-telf ikun jirriżulta mit-trasferiment ta’ tali proprjetà li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna taxxabbli, iżda mhux meta l-proprjetà immobbli tkun tinsab fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 6(1) tal-liġi 1995/1552, it-telf subit fi Stat Membru ieħor ma jistgħux jitnaqqsu meta dawn ikunu jeċċedu l-ammont tad-dħul riċevut f’dak l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, persuna taxxabbli residenti ma tistax tnaqqas it-telf subit waqt it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mill-qligħ miksub waqt it-trasferiment ta’ valuri mobbli taxxabbli fil-Finlandja.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, is-sitwazzjoni fiskali ta’ persuna taxxabbli residenti u suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul prinċipalment fil-Finlandja li tkun batiet telf fuq il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor hija inqas favorevoli minn dik ta’ persuna taxxabli li tkun batiet telf mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fil-Finlandja.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li jikkonferma l-Gvern Finlandiż, l-impossibbiltà għall-persuna taxxabbli residenti ta’ Stat Membru li tnaqqas it-telf subit waqt il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mill-qligħ taxxabbli fl-ewwel Stat Membru ma tirriżultax mill-eżerċizzju parallel miż-żewġ Stati Membri kkonċernati tal-kompetenza fiskali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, ir-Repubblika tal-Finlandja għażlet, minn naħa, li tawtorizza l-persuni taxxabbli residenti li jnaqqsu t-telf subit waqt trasferiment ta’ beni mill-qligħ miksub waqt trasferiment ta’ beni oħrajn u, min-naħa, li tillimita t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali telf, u b’mod partikolari li ma tippermettix it-tpaċija tal-qligħ taxxabbli fil-Finlandja permezz tat-telf subit fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Tali differenza fit-trattament skont il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà tista’ tiddiswadi persuna taxxabbli milli tagħmel investimenti immobbiljari fi Stat Membru ieħor u għaldaqstant jikkostitwixxi restrizzjoni għal moviment liberu tal-kapital li hija, fil-prinċipju, ipprojbita mill-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk tali restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65(1)(a) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[l]-Artikolu 63 [TFUE] ma jippreġudikax id-dritt li għandhom l-Istati Membri […] li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom li jistabbilixxu distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni f’dak li jirrigwarda r-residenza tagħhom jew il-post fejn ikun investit il-kapital tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Sa fejn tikkostitwixxi deroga mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-kapital, din id-dispożizzjoni għandha tingħata interpretazzjoni stretta. Għaldaqstant, hija ma tistax tiġi interpretata fis-sens li kull leġiżlazzjoni fiskali li tagħmel distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli skont il-post fejn dawn jirrisjedu jew skont l-Istat li fih huma jinvestu l-kapital tagħhom hija awtomatikament kompatibbli mat-Trattat (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Eckelkamp <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/07" PAGE.ECR="I-6845" YEAR="2008">C-11/07, Ġabra p. I-6845</REF.DOC.ECR>, punt 57; tat-<DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, Mattner, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-510/08" PAGE.ECR="I-3553" YEAR="2010">C-510/08, Ġabra p. I-3553</REF.DOC.ECR>, punt 32, kif ukoll tal-<DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE>, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-436/08+C-437/08" PAGE.ECR="I-305" YEAR="2011">C-436/08 u C-437/08, Ġabra p. I-305</REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-deroga prevista mill-imsemmija dispożizzjoni hija fiha nnifisha limitata mill-Artikolu 65(3) TFUE, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta’ kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (sentenza Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Id-differenzi fit-trattament awtorizzati mill-Artikolu 65(1)(a) TFUE għandhom b’hekk jiġu distinti minn diskriminazzjonijiet ipprojbiti mill-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu. Issa, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, sabiex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat‑Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, jeħtieġ li d-differenza fit‑trattament tkun tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex paragunabbli b’mod oġġettiv jew li tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (sentenza Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvernijiet Finlandiżi u Ġermaniżi kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jsostnu li s-sitwazzjoni ta’ persuna taxxabbli li tkun għamlet investiment immobbiljari fi Stat Membru ieħor hija oġġettivament differenti minn dik ta’ persuna taxxabbli li tkun għamlet tali investiment fl-Istat ta’ residenza tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Finlandiż, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija bbażata fuq trattament fiskali simetriku tad-dħul u tat-telf, peress li t-tnaqqis jingħata biss għat-telf marbut mad-dħul taxxabbli fil-Finlandja. Għaldaqstant ma huwiex kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li l-persuni taxxabbli residenti li jkunu għamlu investimenti immobbiljari fi Stat Membru ieħor li jiġġeneraw dħul taxxabbli biss f’dak l-Istat Membru l-ieħor, b’mod konformi mat-tqassim tal-kompetenzi fiskali stabbilit fil-ftehim għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja, jiġu ttrattati b’mod differenti minn persuni taxxabbli residenti li jkunu għamlu investimenti immobbiljari fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom li jiġġeneraw dħul taxxabbli f’dan l-aħħar Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż isostni li l-proprjetarju ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali u l-proprjetarju ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor ma humiex f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli, peress li l-ewwel proprjetarju huwa suġġett għat-taxxa nazzjonali, filwaqt li t-tieni proprjetarju jiġi intaxxat f’dak l-Istat Membru l-ieħor, peress li skont ftehim għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja, it-telf u l-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jaqa’ esklużivament taħt is-sovranità fiskali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà ttrasferita.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha tirrileva li f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jiġi sostnut li fir-rigward tal-possibbiltà tat-telf marbut mat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli, il-proprjetarji Finlandiżi ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza jew fil-Finlandja jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli. Fil-fatt, id-dritt fiskali Franċiż ma jirrikonoxxix lanqas il-prinċipju nnifsu ta’ tali possibbiltà ta’ tnaqqis, u dan għal kuntrarju tad-dritt fiskali Finlandiż, b’tali mod li r-rifjut tat-tnaqqis mill-Istat Finlandiż huwa ġġustifikat minn din id-differenza tas-sitwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-argumenti tal-Gvern Finlandiż u Ġermaniż intiżi sabiex juru li t-tqassim tal-kompetenza tat-tassazzjoni tad-dħul immobbiljari, kif tirriżulta mill-ftehim għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja, tirrendi s-sitwazzjoni ta’ persuna taxxabbli li tkun għamlet investiment fi Stat Membru ieħor differenti minn dik ta’ persuna taxxabbli li tkun għamlet investiment fl-Istat ta’ residenza tagħha, hemm lok li jitfakkar li, fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ unifikazzjoni jew ta’ armonizzazzjoni adottati mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jiddeterminaw il-kriterji ta’ tassazzjoni tad-dħul u tal-kapital, bil-għan li jeliminaw, fejn xieraq b’mezzi konvenzjonali, it-taxxa doppja (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, FKP Scorpio Konzertproduktionen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-290/04" PAGE.ECR="I-9461" YEAR="2006">C-290/04, Ġabra p. I-9461</REF.DOC.ECR>, punt 54; tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-374/04" PAGE.ECR="I-11673" YEAR="2006">C-374/04, Ġabra p. I-11673</REF.DOC.ECR>, punt 52; tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Oy AA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/05" PAGE.ECR="I-6373" YEAR="2007">C-231/05, Ġabra p. I-6373</REF.DOC.ECR>, punt 52, kif ukoll tat-<DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-ftehim Franċiż-Finlandiż jagħti, fl-Artikolu 6(1) tiegħu, lill-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli, il-kompetenza li jintaxxa d-dħul li din tal-aħħar tiġġenera għall-persuna taxxabbli. Barra minn hekk l-Artikolu 13(1) ta’ dak il-ftehim jipprovdi li l-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment tal-proprjetà immobbli huwa taxxabbli fl-Istat kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, kif tindika l-qorti tar-rinviju, il-ftehim Franċiż-Finlandiż jawtorizza lir-Repubblika Finlandiża sabiex tapplika proċedura ta’ eżenzjoni progressiva biex tevita t-taxxa doppja. Għalhekk, l-Artikolu 23(2)(ċ) ta’ dak il-ftehim jipprovdi li t-taxxa Finlandiża tista’ tiġi kkalkolata fuq id-dħul taxxabbli fil-Finlandja skont l-imsemmi ftehim, bir-rata korrispondenti għall-ammont globali tad-dħul taxxabbli b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni Finlandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-ispjegazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, kif ukoll minn dawk ta’ K u tal-Gvern Finlandiż waqt is-seduta, jirriżulta li, għalkemm il-ftehim Franċiż-Finlandiż jawtorizza t-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul taxxabbli fi Franza fil-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul taxxabbli fil-Finlandja bil-għan li tiġi implementata t-tassazzjoni progressiva, din il-fakultà madankollu ma tintużax fir-rigward tad-dħul mill-kapital li huwa intaxxat b’rata fissa.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu minn dik il-fakultà jirriżulta li, sa fejn il-ftehim Franċiż-Finlandiż, li jistabbilixxi li huwa l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-proprejtà immobbli li għandu jintaxxa d-dħul iġġenerat minn din tal-aħħar, ma tipprekludix it-teħid inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tat-taxxa ta’ persuna taxxabbli residenti fit-territorju Finlandiż, tad-dħul relatat ma’ beni li jinsabu fi Franza, din l-għażla lanqas ma tista’ tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ telf subit minn dik il-persuna taxxabbli fil-kuntest tal-bejgħ ta’ dik il-proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-għoti tal-kompetenza tat-tassazzjoni mill-ftehim Franċiż-Finlandiż lill-Istat Membru li fih tinsab il-proprjetà immobbli ma tirrendix neċessarjament is-sitwazzjoni ta’ tali persuna taxxabbli differenti inkwantu t-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul, inkluż id-dħul negattiv, fl-Istat Membru ta’ residenza minn dik ta’ persuna taxxabbli li d-dħul kollu tagħha huwa miġbur fit-territorju tal-Istat Membru ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, taċ-ċirkustanza, invokata mill-Kummissjoni, li l-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli ma jipprovdix għad-dritt ta’ tnaqqis tat-telf li jirriżulta mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli, dan lanqas ma jista’ jirrendi differenti s-sitwazzjoni ta’ persuna taxxabbli fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tiegħu, peress li, kif ġie indikat fil-punti 30 u 45 ta’ din is-sentenza, ir-rifjut li jittieħed inkunsiderazzjoni tali telf jirriżulta mill-għażla magħmula mill-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna taxxabbli u peress li l-ftehim Franċiż-Finlandiż ma jipprekludix it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali telf.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Isegwi li d-differenza fit-trattament, fir-rigward tal-possibbiltà ta’ tnaqqis tat-telf subit minn bejgħ ta’ proprjetà immobbli, ma jistax jiġi ġġustifikat minn differenza fis-sitwazzjoni marbuta mal-post li fih tkun tinsab l-imsemmija proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk ir-restrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali invokati mill-gvernijiet differenti li ppreżentaw l-osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-Kummissjoni u marbuta man-neċessità li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Repubblika Franċiża, li jiġi prevenut it-teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf, li tiġi prevenuta l-frodi fiskali kif ukoll li tiġi żgurata l-koerenza tas-sistema fiskali Finlandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ impożizzjoni bejn l-Istati Membri, invokat mill-Gvernijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet kif ukoll mill-Kummissjoni, hemm lok li jitfakkar li dan huwa għan leġittimu rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20111129">29 ta’ Novembru 2011</DATE>, National Grid Indus, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-371/10" PAGE.ECR="I-12273" YEAR="2011">C-371/10, Ġabra p. I-12273</REF.DOC.ECR>, punt 45, u tas-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, Philips Electronics, C‑18/11, punt 23) li jista’ jirrendi neċessarja l-applikazzjoni, għall-attivitajiet ekonomiċi tal-persuni taxxabbli stabbiliti f’wieħed mill-imsemmija Stati Membri, biss tar-regoli fiskali ta’ dan tal-aħħar, fir-rigward kemm tal-qligħ kif ukoll tat-telf (ara f’dan is-sens is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Marks &amp; Spencer, punt 45; Oy AA, punt 54, kif ukoll Lidl Belgium, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Dan l-għan, kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari għandu l-għan li jissalvagwarda s-simetrija bejn id-dritt tat-tassazzjoni tal-qligħ u l-fakultà tat-tnaqqis tat-telf (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Lidl Belgium, punt 33, u Philips Electronics UK, punt 24), b’mod partikolari bil-għan li jiġi evitat li l-persuna taxxabbli tagħżel liberament l-Istat Membru li fih hija għandha tinvoka tali qligħ jew tali telf (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Oy AA, punt 56, u Lidl Belgium, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, li kieku kellu jiġi injorat il-ftehim Franċiż-Finlandiż, ir-Repubblika tal-Finlandja jkollha d-dritt li tintaxxa il-qligħ miksub minn persuna taxxabbli residenti fil-Finlandja mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, l-applikazzjoni kontemporanja tal-ftehim Franċiż-Finlandiż u tal-leġiżlazzjoni fiskali Finlandiża twassal sabiex ir-Repubblika Finlandiża ma teżerċita l-ebda kompetenza fiskali fuq il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza, peress li dak il-qligħ la huwa intaxxat u lanqas b’xi mod ieħor meħud in kunsiderazzjoni fil-Finlandja.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-fatt li jiġi ammess li t-telf subit waqt il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor jista’ jitnaqqas fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna taxxabbli, indipendentement mit-tqassim tal-kompetenza ta’ tassazzjoni maqbula bejn l-Istati Membri, iwassal għal sitwazzjoni fejn il-persuna taxxabbli tkun tista’ tagħżel liberament l-Istat Membru fejn it-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmi telf ikun l-iktar vantaġġuż mill-perspettiva fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Lidl Belgium, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-rifjut li jingħata tnaqqis tat-telf li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza jippermetti li tiġi ssalvagwardata s-simetrija bejn id-dritt tat-tassazzjoni tal-qligħ u l-fakultà ta’ tnaqqis tat-telf. Barra minn hekk, din il-miżura tipparteċipa fl-għan intiż sabiex jiġu żgurat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-element ġustifikattiv relatat man-neċessità tal-prevenzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf, invokat mill-Gvern Ġermaniż u Svediż, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jilqgħu għal dan ir-riskju (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Marks &amp; Spencer, punt 47; Rewe Zentralfinanz, punt 47, u Lidl Belgium, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jiġi rrilevat li, f’ċirkustanzi bħal dawk li jsejsu l-vertenza fil-kawża prinċipali, ir-riskju li persuna taxxabbli tinvoka darbtejn l-istess telf jidher li huwa ineżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-telf immobbiljari subit fi Franza fuq proprjetà immobbli li tinsab f’dak l-Istat Membru ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ tnaqqis la mid-dħul globali u lanqas mill-qligħ miksub waqt il-bejgħ ta’ beni oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, skont il-Gvern Svediż u tar-Renju Unit, il-leġiżlazzjoni Finlandiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha bħala s-suġġett tagħha l-prevenzjoni tar-riskju ta’ evażjoni fiskali li tagħti lok għall-possibbiltà ta’ trasferiment bejn żewġ Stati Membri ta’ telf ta’ dħul subit minn persuna fiżika, fejn tali possibbiltà tista’ twassal sabiex tali telf jiġi ttrasferit lejn Stat Membru fejn il-possibbiltà ta’ tnaqqis fiskali tkun l-iktar vantaġġuża.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ċ-ċirkustanza li persuna taxxabbli residenti takkwista proprjetà li tinsab fi Stat Membru ieħor, li sussegwentement jittrasferixxi b’telf, ma tistax issejjes preżunzjoni ġenerali ta’ frodi fiskali u tiġġustifika miżura li tippreġudika l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20021121">21 ta’ Novembru 2002</DATE>, X u Y, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-436/00" PAGE.ECR="I-10829" YEAR="2002">C-436/00, Ġabra p. I-10829</REF.DOC.ECR>, punt 62; tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" PAGE.ECR="I-7995" YEAR="2006">C-196/04, Ġabra p. I-7995</REF.DOC.ECR>, punt 50; tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04, Ġabra p. I-2107</REF.DOC.ECR>, punt 73; tas-<DATE ISO="20080117">17 ta’ Jannar 2008</DATE>, Lammers &amp; Van Cleeff, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-105/07" PAGE.ECR="I-173" YEAR="2008">C-105/07, Ġabra p. I-173</REF.DOC.ECR>, punt 27; tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Jobra, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-330/07" PAGE.ECR="I-9099" YEAR="2008">C-330/07, Ġabra p. I-9099</REF.DOC.ECR>, punt 37, kif ukoll tal-<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, SIAT, C‑318/10, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Sabiex miżura nazzjonali li tirrestrinġi l-libertà ta’ moviment iggarantita mit-Trattat tkun tista’ tiġi ġġustifikata minħabba motivi ta’ ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, l-għan speċifiku ta’ tali restrizzjoni għandu jkun li jostakola aġir li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ skemi purament artifiċjali, nieqsa mir-realtà ekonomika, bl-għan li tiġi evitata t-taxxa normalment dovuta fuq il-qligħ ġġenerat minn attivitajiet magħmula fit-territorju nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, punt 55; Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, punt 74, kif ukoll SIAT, punt 40).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rilevanza ta’ tali ġustifikazzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikun suffiċjenti li jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni fiskali Finlandiża applikabbli f’din il-kawża ma għandhiex l-għan speċifiku li tevita skemi purament artifiċjali li jibbenefikaw minn vantaġġ fiskali iżda tindirizza, b’mod ġenerali, kull sitwazzjoni li fiha t-telf jirriżulta minn proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-neċessità tal-prevenzjoni tal-evażjoni u tal-frodi fiskali ma tistax tiġġustifika l-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Gvern Finlandiż u Ġermaniż iqisu li l-leġiżlazzjoni Finlandiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija ġġustifikata min-neċessità li tiġi żgurata l-koerenza ta’ sistema fiskali li għandha bħala prinċipju fundamentali t-trattament simetriku tal-qligħ u tat-telf. Fil-Finlandja, id-dħul mix-xogħol u d-dħul mill-kapital huma ttrattati b’mod separat. L-ewwel dħul huwa suġġett għal rata ta’ taxxa progressiva, peress li t-tassazzjoni tagħhom tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali tal-persuna taxxabbli, filwaqt li d-dħul mill-kapital, min-naħa tagħhom, jiġu intaxxati b’rata waħdanija. Minn dan jirriżulta li meta ftehim għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja jagħti l-kompetenza tat-tassazzjoni ta’ dak id-dħul mill-kapital fi Stat Membru ieħor, dawn ikunu jibbenefikaw fil-Finlandja minn eżenzjoni totali tat-taxxa u ma jkollhom l-ebda effett fuq ir-rata ta’ taxxa Finlandiża jew fuq il-bażi tagħha. Għaldaqstant teżisti rabta diretta fis-sistema Finlandiża bejn in-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-qligħ u l-impossibbiltà tat-tnaqqis tat-telf.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ammettiet li n-neċessità li tiġi ppreservata l-koerenza ta’ sistema fiskali tista’ tiġġustifika restrizzjoni għall-eżerċizzju tal-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mit-Trattat (sentenzi tat-<DATE ISO="19920128">28 ta’ Jannar 1992</DATE>, Bachmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/90" PAGE.ECR="I-249" YEAR="1992">C-204/90, Ġabra p. I-249</REF.DOC.ECR>, punt 21; tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Manninen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/02" PAGE.ECR="I-7477" YEAR="2004">C-319/02, Ġabra p. I-7477</REF.DOC.ECR>, punt 42; Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43; tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C‑250/08, Ġabra p. I -12341, punt 70; tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs l-Ungerija, C‑253/09, Ġabra p. I -12391, punt 71, kif ukoll tat-<DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, C‑35/11, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex argument ibbażat fuq tali ġustifikazzjoni jkun jista’ jintlaqa’, jeħtieġ li tkun stabbilita l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn il-vantaġġ fiskali kkonċernat u l-kumpens ta’ dak il-vantaġġ permezz ta’ impożizzjoni fiskali partikolari (sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar ’il fuq, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata), fejn in-natura diretta ta’ din ir-rabta għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenzi tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, Papillon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-418/07" PAGE.ECR="I-8947" YEAR="2008">C-418/07, Ġabra p. I-8947</REF.DOC.ECR>, punt 44; tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Aberdeen Property Fininvest Alpha, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/07" PAGE.ECR="I-5145" YEAR="2009">C-303/07, Ġabra p. I-5145</REF.DOC.ECR>, punt 72, kif ukoll Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Kif ġie mfakkar fil-punti 52 u 53 ta’ din is-sentenza, li kieku kellu jiġi injorat il-ftehim Franċiż-Finlandiż, ir-Repubblika tal-Finlandja ikollha d-dritt li tintaxxa l-qligħ miksub minn persuna taxxabbli residenti fil-Finlandja mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza. Issa, l-applikazzjoni kontemporanja ta’ dak il-ftehim u tal-leġiżlazzjoni fiskali Finlandiża twassal sabiex il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza jevita kull forma ta’ tassazzjoni fil-Finlandja, peress li l-imsemmi qligħ la jiġi intaxxat u lanqas b’xi mod ieħor meħud inkunsiderazzjoni f’dak l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, billi pprevediet li persuna taxxabbli residenti li tinkorri telf waqt bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza ma tistax tinvoka dak it-telf fil-Finlandja, is-sistema Finlandiża tirrifletti loġika simetrika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt, punt 42; Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, punt 73 u Il-Kummissjoni vs l-Ungerija, punt 74).</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-għan segwit mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, teżisti rabta diretta, fir-rigward tal-istess persuna taxxabbli u l-istess taxxa, bejn, min-naħa, l-vantaġġ fiskali mogħti, jiġifieri, it-teħid inkunsiderazzjoni tat-telf iġġenerat mill-investiment kapitali, u, min-naħa l-oħra, it-tassazzjoni ta’ qligħ li jirriżulta mill-imsemmi investiment.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jitfakkar li dawk iż-żewġ kundizzjonijiet, f’dan il-każ l-istess persuna taxxabbli u l-istess tassazzjoni, tqiesu li huma suffiċjenti mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali rabta (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20000606">6 ta’ Ġunju 2000</DATE> Verkooijen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/98" PAGE.ECR="I-4071" YEAR="2000">C-35/98, Ġabra p. I-4071</REF.DOC.ECR>, punt 58; kif ukoll is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt, punt 42; Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, punt 76, u Il-Kummissjoni vs l-Ungerija, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta man-neċessità li jiġi ssalvagwardat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali Finlandiża u hija adegwata sabiex tilħaq l-imsemmija għanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, għad jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk l-imsemmija leġiżlazzjoni tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, li r-rekwiżiti tagħhom, kif diġà ġie rrilevat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jistgħu jikkoinċidu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza National Grid Indus, iċċitata iktar ’il fuq, punt 80).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tistaqsi f’dan ir-rigward dwar il-portata li għandha tingħata ċ-ċirkustanza li t-telf subit ma huwiex marbut ma’ attività professjonali eżerċitata permezz ta’ stabbiliment stabbli fi Stat Membru ieħor u li, peress li l-persuna taxxabbli ma għandux sorsi oħrajn ta’ dħul fl-Istat Membru inkwistjoni li minnhom jista’ jnaqqas dan it-telf, dan jista’ jkun definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, K sostna quddiem il-qorti tar-rinviju li r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ma humiex issodisfatti meta telf isir definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li miżura li teskludi l-possibbiltà għal kumpannija parent residenti li tnaqqas mill-qligħ taxxabbli tagħha t-telf subit fi Stat Membru ieħor minn sussidjarja stabbilita fit-territorju ta’ dan tal-aħħar, filwaqt li tagħti tali possibbiltà għat-telf subit minn sussidjarja residenti, jew li teskludi, fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni, il-possibbiltà tal-kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru li tnaqqas mid-dħul taxxabbli tagħha t-telf tas-sussidjarja assorbita, stabbilita fi Stat Membru ieħor, tista’ tiġi ġġustifikata min-neċessità li jiġi ppreservat it-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri jew li tilqa’ għar-riskji ta’ użu doppju tat-telf kif ukoll ta’ evażjoni fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Marks &amp; Spencer, iċċitata iktar ’il fuq, punti 44 sa 51, u tal-<DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, A, C‑123/11, punti 40 sa 46), iżda tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq il-qofol tal-għanijiet segwiti f’sitwazzjoni fejn is-sussidjarja mhux residenti tkun eżawriet il-possibbiltajiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-telf li jeżisti fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Marks &amp; Spencer, punt 55, u A, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jitqies, indipendentement miċ-ċirkustanzi fattwali irrilevati mill-qorti tar-rinviju, li persuna taxxabbli, bħal K, eżawriet il-possibbiltajiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-telf fl-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn l-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli ma jipprovdix għall-possibbiltà ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-telf subit waqt il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli, tali possibbiltà qatt ma eżistiet.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’tali kundizzjonijiet, li fatt li jiġi ammess li l-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna taxxabbli għandu madankollu jippermetti t-tnaqqis tat-telf immobbiljari mill-qligħ taxxabbli f’dak l-Istat Membru jkun ifisser li dan tal-aħħar ikun obbligat jbati l-konsegwenzi sfavorevoli li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali adottata mill-Istat Membru fit-territorju li fih tinsab il-proprjetà immobbli.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Stat Membru ma jistax jiġi obbligat jieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, il-konsegwenzi possibbilment sfavorevoli li jirriżultaw mill-partikolaritajiet ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor applikabbli għal proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat u li hija proprjetà ta’ persuna taxxabbli residenti fit-territorju tal-ewwel Stat (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Columbus Container Services, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-298/05" PAGE.ECR="I-10451" YEAR="2007">C-298/05, Ġabra p. I-10451</REF.DOC.ECR>, punt 51; tat-<DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, Deutsche Shell, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-293/06" PAGE.ECR="I-1129" YEAR="2008">C-293/06, Ġabra p. I-1129</REF.DOC.ECR>, punt 42, u Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-moviment liberu tal-kapital ma jistax jinftiehem fis-sens li Stat Membru għandu l-obbligu li jistabbilixxi r-regoli fiskali tiegħu skont dawk ta’ Stat Membru ieħor sabiex jiggarantixxi, fis-sitwazzjonijiet kollha, tassazzjoni li telimina kull diskrepanza li tirriżulta mil-liġijiet fiskali nazzjonali, minħabba li d-deċiżjonijiet meħuda minn persuna taxxabbli rigward l-investiment barra mill-pajjiż jistgħu, skont il-każ, ikunu ftit jew wisq vantaġġużi jew żvantaġġużi għal tali persuna taxxabbli (ara, b’analoġija, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Deutsche Shell, punt 43, u Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, meta l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-proprjetà ma jipprovdix għat-teħid inkunsiderazzjoni tat-telf subit waqt il-bejgħ tal-proprjetà immobbli, iċ-ċirkustanzi fattwali invokati mill-qorti tar-rinviju u minn K li jindikaw li t-telf jista’ jkun definittiv ma għandhom l-ebda effett fuq il-proporzjonalità tal-miżura restrittiva inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, is-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi kkunsidrata bħala li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti minn din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil persuna taxxabbli li tirrisjedi f’dak l-Istat Membru u li fih hija prinċipalment suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul, li tnaqqas it-telf li jirriżulta mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mid-dħul mobbiljari taxxabbli fl-ewwel Stat Membru, anki meta dan kien ikun possibbli, taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk il-proprjetà immobbli kienet tinsab fl-ewwel Stat Membru.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil persuna taxxabbli li tirrisjedi f’dak l-Istat Membru u li fih hija prinċipalment suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul, li tnaqqas it-telf li jirriżulta<?PAGE NO="13"?> mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor mid-dħul mobbiljari taxxabbli fl-ewwel Stat Membru, anki meta dan kien ikun possibbli, taħt ċerti kundizzjonijiet, jekk il-proprjetà immobbli kienet tinsab fl-ewwel Stat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>