<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑108/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0108</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2346">EU:C:2014:2346</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20141106">6.11.2014</DATE> — KAWŻA C‑108/13</P><P>MAC</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet kwantitattivi</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri li għandhom effett ekwivalenti</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni parallela</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont id-Direttiva 91/414/KEE fl-Istat ta’ esportazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑108/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20121228">28 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130306">6 ta’ Marzu 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mac GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministère de l’Agriculture, de l’Agroalimentaire et de la Forêt,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas, E. Juhász, D. Šváby (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Mac GmbH, minn M. Le Berre, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Ministère de l’Agriculture, de l’Agroalimentaire u de la Forêt, minn I. Chalkias u E. Chroni, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn S. Menez u D. Colas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wilms u P. Ondrůšek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Mac GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Mac<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Ministère de l’Agriculture, de l’Agroalimentaire et de la Forêt (Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Industrija tal-Ipproċessar tal-Ikel u tal-Foresti) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jawtorizza t-tqegħid fis-suq fi Franza, bħala importazzjoni parallela, ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jibbenefika minn tali awtorizzazzjoni fir-Renju Unit.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE>, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 11, p. 332) tistabbilixxi regoli uniformi dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll tar-reviżjoni u tal-irtirar tagħhom. Hija tfittex mhux biss li tarmonizza r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-imsemmija prodotti, iżda wkoll li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent kontra l-perikoli u r-riskji li jirriżultaw minn użu ta’ dawn il-prodotti li ma jkunx ikkontrollat sew. Barra minn hekk, din id-direttiva tfittex li telimina l-ostakoli għall-moviment liberu ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/414 tikkonċerna, b’mod partikolari, l-awtorizzazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-kontroll ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’forma kummerċjali. Skont l-Artikolu 2(10) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>introduzzjoni [tqegħid] fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> tfisser kwalunkwe forniment, sew jekk bi ħlas u sew jekk b’xejn, sakemm ma jkunx għall-ħażna u sussegwentement għall-ikkonsenjar lil hinn mit-territorju tal-Komunità. L-importazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f’dan it-territorju għandha titqies li tikkostitwixxi tqegħid fis-suq fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/414:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom jistipulaw illi l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ma jistgħux jiġu introdotti fis-suq u użati fit-territorju tagħhom sakemm ma jkunux awtorizzaw il-prodott skond din id-Direttiva […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet li għandu jissodisfa prodott għall-protezzjoni tal-pjanti sabiex jiġi awtorizzat. Skont dan l-istess artikolu, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jistipulaw ir-rekwiżiti li jirrigwardaw it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti u għandhom jingħataw biss għal perijodu fiss li ma jeċċedix għaxar snin u li jiġi stabbilit mill-Istati Membri. Huma jistgħu jiġu rriveduti f’kull żmien u għandhom, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġu kkanċellati. Meta Stat Membru jirtira ATS, huwa għandu jinforma immedjatament lid-detentur.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/414 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha ssir minn jew f’isem il-persuna responsabbli sabiex ipoġġiha għall-ewwel darba fis-suq ġo Stat Membru lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru meta l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti huwa intiż biex jitpoġġa fis-suq.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="009.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhhom illi jinfetaħ fajl dwar kull applikazzjoni. Kull fajl għandu jkollu fih ta’ mill-anqas kopja waħda ta’ l-applikazzjoni, rekord tad-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda mill-Istat Membru dwar l-applikazzjoni u dwar id-dettalji u d-dokumentazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 13(1) flimkien ma sommarju ta’ dan ta’ l-aħħar. L-Istati Membri għandhom jekk jiġu hekk mitluba jipprovdu lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni il-fajls li jirreferi għalihom dan il-paragrafu; għandhom jekk jiġu hekk mitluba jipprovdulhom kull informazzjoni neċessarja sabiex jinftehmu tajjeb l-applikazzjonijiet, u għandhom fejn jiġu hekk mitluba jaċċertaw ruħhom illi l-applikanti jipprovdu kopja tad-dettalji tekniċci stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(a).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/414, Stat Membru li fih titressaq applikazzjoni għal ATS ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun diġà awtorizzat fi Stat Membru ieħor għandu, taħt ċerti kundizzjonijiet u ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet, iżomm lura milli jitlob ir-repetizzjoni ta’ testijiet u analiżijiet li jkunu diġà twettqu.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 91/414:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien perjodu ta’ xahar wara ta’ l-anqas kull kwart ta’ sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar kwalunkwe prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun ġie awtorizzat jew irtirat, skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u jindikaw ta’ l-anqas:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-isem jew isem kummerċjali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>l-isem tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kif użat fin-negozju,</P></ITEM><ITEM><P>it-tip ta’ preparazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>l-isem u l-ammont ta’ kull sustanza attiva li jkun fih,</P></ITEM><ITEM><P>l-użu jew l-użi li għalihom ikun maħsub,</P></ITEM><ITEM><P>il-livelli massimi ta’ fdalijiet stabbiliti proviżorjament fejn ma jkunux diġà ġew stabbiliti mir-regoli tal-Komunità,</P></ITEM><ITEM><P>fejn ikun rilevanti, ir-raġunijiet għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>id-dokument meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-livelli massimi ta’ fdalijiet stabbiliti provviżorjament.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jagħmel lista annwali tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzati fit-territorju tiegħu u għandu jgħaddi dik il-lista lill-Istati membri l-ohrajn u lill-Kummissjoni.</ALINEA><ALINEA>Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, sistema standard ta’ informazzjoni għandha tiġi stabbilita sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/414 ġiet issostitwita, b’effett mill-<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>, bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>). Billi l-fatti li fuqhom hija bbażata l-kawża prinċipali seħħew qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 1107/2009, dan tal-aħħar ma huwiex applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 253‑1 tal-Code rural (Kodiċi rurali), fil-formulazzjoni tiegħu li kienet fis-seħħ fid-data tad-deċiżjoni kkontestata fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>I.</NO.P><TXT>It-tqegħid fis-suq, l-użu u ż-żamma mill-utent finali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huma pprojbiti jekk ma jkollhomx [ATS] jew awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni għall-esperimentazzjoni mogħtija taħt il-kundizzjonijiet previsti f’dan il-kapitolu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-użu tal-prodotti msemmija fl-ewwel paragrafu taħt kundizzjonijiet differenti minn dawk previsti fid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni huwa pprojbit.</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>II.</NO.P><TXT>- Fis-sens ta’ dan il-kapitolu,</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Prodotti għal protezzjoni tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-preparazzjonijiet li jinkludu sustanza attiva waħda jew iktar [...].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kwalunkwe forniment, sew jekk bi ħlas u sew jekk b’xejn, sakemm ma jkunx għall-ħażna u sussegwentement għall-ikkonsenjar lil hinn mit-territorju tal-Komunità Ewropea. L-importazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti tikkostitwixxi tqegħid fis-suq.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu R. 253‑52 tal-Code rural, fil-verżjoni tiegħu li kienet fis-seħħ fid-data meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-introduzzjoni fit-territorju nazzjonali ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li joriġina minn Stat li huwa parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u li fih diġà jibbenefika minn [ATS] mogħtija skond id-Direttiva 91414[...], u li huwa identiku għal prodott imsejjaħ iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>prodott ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, hija awtorizzata taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><P>Il-prodott ta’ referenza għandu jibbenefika minn [ATS] mogħtija mill-Ministru responsabbli mill-agrikoltura [...]</P><P>L-identiċità ta’ prodott introdott fit-territorju nazzjonali mal-prodott ta’ referenza għandha tiġi evalwata fid-dawl tat-tliet kriterji li ġejjin:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>oriġini komuni taż-żewġ prodotti fis-sens li ġew immanifatturati skont l-istess formula, mill-istess kumpannija jew minn impriżi relatati jew li joperaw taħt liċenzja;</P></ITEM><ITEM><P>manifattura bl-użu tal-istess sustanza jew sustanzi attivi;</P></ITEM><ITEM><P>effetti simili taż-żewġ prodotti, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi li jistgħu jeżistu fuq il-livell tal-kundizzjonijiet agrikoli, tal-protezzjoni tal-pjanti u ambjentali, b’mod partikolari dawk klimatiċi, marbuta mal-użu tal-prodotti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu R. 253‑53 tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-introduzzjoni fit-territorju nazzjonali ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li joriġina minn Stat li huwa parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għandha tkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għal [ATS].</P><?PAGE NO="5"?><P>Digriet tal-Ministru responsabbli mill-agrikoltura, adottat wara l-opinjonijiet tal-Ministri responsabbli mill-industrija, mill-konsum, mill-ambjent u mis-saħħa, għandu jistabbilixxi l-lista ta’ informazzjoni li għandha tingħata insostenn tal-applikazzjoni, b’mod partikolari dik relatata mal-applikant għall-awtorizzazzjoni u mal-prodott li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni.</P><P>Barra minn hekk, sabiex tiġi stabbilita l-identiċità bejn il-prodott introdott fit-territorju nazzjonali u l-prodott ta’ referenza, il-Ministru responsabbli mill-agrikoltura jista’:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>Juża l-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-prodott ta’ referenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>Jitlob lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-prodott ta’ referenza sabiex jagħtih l-informazzjoni li huwa għandu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>Jitlob informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat li awtorizza l-prodott li huwa s-suġġett tal-introduzzjoni fit-territorju nazzjonali, kif jipprovdu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 91/414.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu R. 253‑55 tal-istess kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-[ATS] tal-prodott introdott fit-territorju nazzjonali tista’ tiġi rrifjutata [...]:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>Għal raġunijiet ibbażati fuq il-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>Għal nuqqas ta’ identiċità, fis-sens tal-Artikolu R. 253‑52 mal-prodott ta’ referenza [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Qabel ir-rifjut [...] ta’ [ATS], l-applikant għall-awtorizzazzjoni [...] għandu jingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-agrikoltura.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fiż-żmien meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti Cerone kien jibbenefika minn ATS fi Franza, mogħtija lil Bayer Cropscience France, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414. Mill-proċess jirriżulta wkoll li dan il-prodott kien jibbenefika minn ATS fir-Renju Unit, mogħtija skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414 lil Bayer Cropscience Ltd.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Agrotech Ethephon<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ġiet sussegwentement awtorizzata fir-Renju Unit bħala importazzjoni parallela, billi intużat l-ATS fir-Renju Unit mogħtija lil Bayer Cropscience Ltd għal Cerone bħala prodott ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20071127">27 ta’ Novembru 2007</DATE>, Mac issottomettiet applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela fi Franza tal-prodott Agrotech Ethephon bil-għan li tikkummerċjalizzah taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Mac Ethephone<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20080220">20 ta’ Frar 2008</DATE>, l-Aġenzija Franċiża tas-Sigurtà Sanitarja tal-Ikel (AFSSA) adottat opinjoni favorevoli għal din l-applikazzjoni, filwaqt li rrilevat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-informazzjoni disponibbli tippermetti li jiġi konkluż li s-sustanza attiva tal-preparazzjoni Agrotech Ethephon għandha l-istess oriġini bħal dik tal-preparazzjoni ta’ referenza Cerone u li l-kompożizzjonijiet integrali tal-preparazzjoni Agrotech Ethephon u tal-preparazzjoni ta’ referenza Cerone jistgħu setgħu jiġu kkunsidrati identiċi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20090529">29 ta’ Mejju 2009</DATE>, il-Ministère de l’Agriculture, de l’Agroalimentaire et de la Forêt ċaħad l-imsemmija applikazzjoni għar-raġuni li l-prodott imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Agrotech Etephon<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ma kienx jibbenefika, fir-Renju Unit, minn ATS mogħtija skont id-Direttiva 91/414, kuntrarjament għal dak stabbilit fl-Artikolu R. 253‑52 tal-Code rural.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090721">21 ta’ Lulju 2009</DATE>, Mac ippreżentat rikors għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni, billi sostniet, b’mod partikolari, li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu R. 253‑52 tal-Code rural kienu inkompatibbli mal-Artikolu 34 TFUE peress li ma kinux jippermettu li tingħata ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela għal prodott li diġà jibbenefika minn tali awtorizzazzjoni fl-Istat ta’ esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’digriet tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE>, il-President tat-Tribunal administratif de Paris bagħat ir-rikors quddiem il-Conseil d’État.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta b’mod partikolari l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għall-kundizzjoni li l-prodott ikkonċernat jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn [ATS] maħruġa skont id-Direttiva 91/414/KEE, u, konsegwentement, ma tippermettix il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott li jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn [ATS] bħala importazzjoni parallela u li jkun identiku għal prodott awtorizzat fl-Istat ta’ importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>?</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tiegħu, il-Conseil d’État jistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li ma jibbenefikax, fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, minn ATS mogħtija abbażi tad-Direttiva 91/414, meta dan il-prodott jibbenefika minn awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela u huwa identiku għal prodott awtorizzat fl-Istat Membru ta’ importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jitqiesu li huma identiċi jekk ikollhom, tal-inqas, oriġini komuni fis-sens li jkunu ġew immanifatturati mill-istess kumpannija jew minn impriża relatata jew li topera taħt liċenzja skont l-istess formula; li jkunu ġew immanifatturati bl-użu tal-istess sustanza attiva, u li, barra minn hekk, ikollhom l-istess effetti fid-dawl tad-differenzi li jistgħu jeżistu fuq il-livell tal-kundizzjonijiet agrikoli, tal-protezzjoni tal-pjanti u ambjentali, b’mod partikolari klimatiċi, fir-rigward tal-użu tal-prodott (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza, C‑201/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju bażiku f’dan il-qasam, kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru għandu jiġi awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru. Għalhekk, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/414 jipprovdi li ebda prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma jista’ jitqiegħed fis-suq u jintuża fi Stat Membru mingħajr ma tingħata ATS minn qabel minn dan l-Istat Membru, skont din id-direttiva. Tali rekwiżit japplika anki meta l-prodott ikkonċernat diġà jibbenefika minn ATS fi Stat Membru ieħor (sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza, C‑201/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-importazzjonijiet paralleli, id-Direttiva 91/414 ma tistabbilixxix il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li huwa s-suġġett ta’ importazzjoni parallela b’riferiment għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li diġà jibbenefika minn<?PAGE NO="7"?> ATS fl-Istat Membru ta’ importazzjoni mogħtija skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Madankollu, tali sitwazzjoni taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, b’mod li l-legalità tal-miżuri nazzjonali li jillimitaw l-importazzjonijiet paralleli għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikoli 34 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> (ara s-sentenzi Escalier u Bonnarel, C‑260/06 u C‑261/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:659">EU:C:2007:659</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28, u Il‑Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta tali operazzjoni tirrigwarda prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li huwa diġà awtorizzat skont id-Direttiva 91/414 fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni u fl-Istat Membru ta’ importazzjoni, dan il-prodott ma jistax jitqies li tqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru ta’ importazzjoni. Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju, għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew tal-ambjent, li l-importaturi paralleli jiġu suġġetti għall-proċedura ta’ ATS prevista minn din id-direttiva billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni diġà għandhom l-informazzjoni kollha indispensabbli sabiex jeżerċitaw il-kontroll tagħhom. Il-fatt li l-prodott ta’ importazzjoni jiġi suġġett għall-proċedura ta’ ATS imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-imsemmija direttiva dwar il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent u jipperikola li jmur kontra, mingħajr ġustifikazzjoni, il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija stabbilit fl-Artikolu 34 TFUE (ara s-sentenzi British Agrochemicals Association, C‑100/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:129">EU:C:1999:129</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32, u Il‑Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis-sitwazzjoni fejn prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jitqies li diġà ġie awtorizzat fl-Istat Membru ta’ importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat għandhom jippermettu l-prodott ikkonċernat jibbenefika mill-ATS mogħtija skont id-Direttiva 91/414 lill-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li diġà jinsab fis-suq, ħlief jekk dan ikun prekluż minn kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq il-protezzjoni effikaċi tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent (ara s-sentenzi British Agrochemicals Association, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:129">EU:C:1999:129</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36, u Il‑Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun ġie introdott fit-territorju ta’ Stat Membru permezz ta’ importazzjoni parallela la jista’ jibbenefika b’mod awtomatiku u lanqas b’mod assolut u inkundizzjonat minn ATS mogħtija lil prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li diġà jinsab fis-suq ta’ dan l-Istat. Fil-każ fejn prodott ta’ importazzjoni ma jistax jitqies li huwa diġà awtorizzat fl-Istat Membru ta’ importazzjoni, dan ta’ l-aħħar jista’ jagħti ATS biss jekk jiġu osservati l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 91/414 jew għandu jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Istati Membri huma obbligati jissuġġettaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li tintalab l-importazzjoni parallela tagħhom fit-territorju tagħhom għal proċedura ta’ eżami, liema eżami, bħal fil-kawża prinċipali, jista’ jieħu l-forma ta’ proċedura msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>semplifikata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Din il-proċedura semplifikata għall-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela tfittex li tivverifika jekk il-prodott li ser jiġi importat jeħtieġx ATS jew jekk għandux jitqies li diġà ġie awtorizzat fl-Istat Membru ta’ importazzjoni. F’dan ir-rigward, huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni li għandhom jeżaminaw, fuq talba tal-partijiet interessati, jekk jistgħux jippermettu l-prodott ikkonċernat jibbenefika minn ATS mogħtija favur prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li diġà jinsab fis-suq ta’ dan l-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Escalier u Bonnarel, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:659">EU:C:2007:659</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32, u Il‑Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-fatt li, fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma għandux ATS mogħtija skont id-Direttiva 91/414, iżda għandu awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela ma jistax jeskludi l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela abbażi tal-proċedura semplifikata ta’ kontroll deskritta iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-imsemmija proċedura semplifikata hija bbażata, fil-fatt, fuq l-idea li, jekk il-prodott li ser jiġi importat jista’ jitqies li huwa identiku, fis-sens imsemmi fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, għal dak ta’ referenza u jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni bbażata fuq il-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali u tal-ambjent li tipprekludih milli jibbenefika mill-ATS mogħtija lil dan il-prodott tal-aħħar, il-fatt li l-importazzjoni tiġi ssuġġettata għall-kundizzjoni li l-prodott li ser jiġi importat ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ eżami skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414 jikkostitwixxi restrizzjoni għall-kummerċ bejn Stati Membri pprojbita bl-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-każ li l-identiċità bejn il-prodott li ser jiġi importat u dak ta’ referenza madankollu ma tistax tiġi stabbilita, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ dan il-prodott biss jekk jiġu osservati l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 91/414 jew għandhom jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:104">EU:C:2008:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif isostni ġustament il-Gvern Franċiż, din il-verifika hija possibbli biss jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li l-prodotti li kisbu awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela mogħtija minn Stat Membru abbażi tal-proċedura ta’ kontroll semplifikata joffru, bħala prinċipju, l-istess garanziji bħal dawk li jibbenefikaw minn ATS mogħtija skont id-Direttiva 91/414. Huwa minnu li ma kinux is-suġġett ta’ proċedura ta’ ATS abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fl-Istat Membru fejn ġew importati b’mod parallel. Madankollu, huma tqiesu li huma identiċi, fis-sens imsemmi fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, għal prodott ta’ referenza li rċieva ATS f’dan l-Istat Membru u l-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru ta’ importazzjoni finali għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni miġbura meta ngħatat l-ATS lill-prodott li l-importatur parallel jallega li huwa identiku għal dak li huwa għandu l-intenzjoni li jqiegħed fis-suq f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif diġà enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni għandhom mezzi leġiżlattivi u amministrattivi li bihom jistgħu jobbligaw lill-manifattur, lir-rappreżentant maħtur tiegħu jew lid-detentur ta’ liċenzja tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li diġà jibbenefika minn ATS mogħtija skont id-Direttiva 91/414 sabiex jipprovdu l-informazzjoni li huma għandhom u li jidhrilhom li huma neċessarji. Barra minn hekk, huma jista’ jkollhom aċċess għall-fajl sottomess fil-kuntest tal-applikazzjoni għal ATS ta’ dan il-prodott u jistgħu jitolbu wkoll informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih il-prodott li ser jiġi importat ġie awtorizzat bħala importazzjoni parallela (ara s-sentenza British Agrochemicals Association, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:129">EU:C:1999:129</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34). Għalhekk, l-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 91/414 jipprovdi li, jekk jintalbu jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Istati Membri l-oħra l-fajls li huma obbligati jikkompilaw dwar kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni billi jikkomunikawlhom l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-applikazzjonijiet jinftiehmu tajjeb.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Meta dan il-prodott ikun ġie awtorizzat biss bħala importazzjoni parallela, tali informazzjoni tista’ tirrigwarda kemm l-imsemmi prodott kif ukoll dak li jkun serva bħala prodott ta’ referenza għall-finijiet tal-importazzjoni parallela. Tista’ tinkiseb informazzjoni wkoll, fil-kuntest tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 91/414, mill-Istat Membru li minnu l-prodott ġie esportat għall-ewwel darba u fejn huwa jibbenefika minn ATS mogħtija skont id-Direttiva 91/414.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 52 u 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, fejn prodott li, fi Stat Membru, ikollu ATS mogħtija skont id-Direttiva 91/414 jiġi importat mill-ġdid b’mod parallel f’dan l-Istat wara li jkun ġie importat b’mod parallel fi Stat Membru ieħor, l-informazzjoni neċessarja sabiex isiru l-verifiki meħtieġa fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll semplifikata, b’mod partikolari dawk dwar il-koformulanti tiegħu kif ukoll<?PAGE NO="9"?> dawk dwar l-ippakkjar, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tiegħu, għandha tkun iktar faċli li tinstab, peress li l-prodott ta’ referenza fl-Istat ta’ destinazzjoni finali jikkoinċidi ma’ dak li kien is-suġġett tal-ewwel esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa għalkemm huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jiżguraw li jiġi osservat strettament l-għan essenzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li, sabiex jiġi protett il-moviment liberu tal-merkanzija, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni għandha tiġi applikata sa fejn huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali leġittimament segwiti (ara s-sentenza Escalier u Bonnarel, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:659">EU:C:2007:659</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, projbizzjoni assoluta ta’ importazzjoni parallela ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li kienu s-suġġett ta’ importazzjoni parallela fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, bħal dik fis-seħħ fil-kawża prinċipali, ibbażata fuq allegata insuffiċjenza sistematika ta’ informazzjoni li tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istat ta’ importazzjoni jew fuq is-sempliċi possibbiltà ta’ tali insuffiċjenza, ma tistax tkun iġġustifikata fil-każijiet ta’ importazzjoni parallela mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni finali jkunu ġġustifikati li jiċħdu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-importazzjoni biss meta, wara l-proċedura ta’ kontroll, huma jikkonkludu, abbażi tal-elementi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom, li l-prodott li tiegħu qed tintalab l-awtorizzazzjoni ġarrab bidliet, matul l-importazzjonijiet paralleli preċedenti, b’mod li ma jistax jibqa’ jitqies li huwa prodott identiku, fis-sens imsemmi fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, għall-prodott ta’ referenza awtorizzat fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni finali jew meta jidhrilhom li l-informazzjoni disponibbli ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-identiċità tiegħu mal-prodott ta’ referenza jew meta kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq il-protezzjoni effikaċi tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent jipprekludu tali identiċità.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li ma jibbenefikax, fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, minn ATS mogħtija abbażi tad-Direttiva 91/414, meta dan il-prodott jibbenefika minn awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela u jista’ jitqies li huwa identiku għal prodott li jibbenefika minn ATS mogħtija skont din id-direttiva fl-Istat Membru ta’ importazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li ma jibbenefikax, fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija abbażi tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE>, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, meta dan il-prodott jibbenefika minn awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela u jista’ jitqies li huwa identiku għal prodott li jibbenefika minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont din id-direttiva fl-Istat Membru ta’ importazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="10"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>