<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑546/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0546</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2348">EU:C:2014:2348</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20141106">6.11.2014</DATE> – KAWŻA C‑546/13</P><P>ADL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2658/87</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa Doganali Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi 8471 u 8518</KEYWORD><KEYWORD>Speakers li jirriproduċu l-ħoss permezz tal-bdil ta’ sinjal elettromanjetiku f’soundwaves, li jistgħu jiġu konnessi biss ma’ kompjuter u kkummerċjalizzati separatament</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑546/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (l‑Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20130319">19 ta’ Marzu 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Dogane,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ufficio di Verona dell’Agenzia delle Dogane</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">ADL American Dataline Srl,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn C. Vajda (Relatur), President tal-Awla, A. Rosas u E. Juhász, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. F Urbani Neri, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u G. Gattinara, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestaturi 8471 60 90 u 8518 22 90 tan-Nomenklatura Maqgħuda (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw, suċċessivament, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-<DATE ISO="20001013">13 ta’ Ottubru 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU L 264, p. 1</REF.DOC.OJ>), mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-<DATE ISO="20010806">6 ta’ Awwissu 2001</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="279" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2001">ĠU L 279, p. 1</REF.DOC.OJ>), mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-<DATE ISO="20020801">1 ta’ Awwissu 2002</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2002">ĠU L 290, p. 1</REF.DOC.OJ>) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn-naħa, l-Agenzia delle Dogane (aġenzija doganali) u l-Ufficio di Verona dell’Agenzia delle Dogane (uffiċċju ta’ Verona tal-aġenzija doganali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ufficio di Verona<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u, min-naħa l-oħra, ADL American Dataline Srl (iktar ’il quddiem<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ADL<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ speakers akustiċi fi ħdan in-NM.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sistema armonizzata ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ deskrizzjoni u ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ kodifikazzjoni tal-merkanzija</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), twaqqaf bil-konvenzjoni li toħloq l-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil-<DATE ISO="19501215">15 ta’ Diċembru 1950</DATE>. Is-sistema armonizzata ta’ deskrizzjoni u ta’ kodifikazzjoni tal-merkanżija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), tfasslet mill-OMD u ġiet stabbilita bil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Konvenzjoni dwar is-SA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>, u approvata, flimkien mal-Protokoll li jemendaha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Volum 2, p. 288).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti timpenja ruħha li n-nomenklaturi tariffarji u l-istatistiċi tagħha jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żieda jew modifiki, kif ukoll il-kodiċijiet relatati, u li ssegwi s-sekwenza numerika tal-imsemmija sistema. Kull parti kontraenti timpenja ruħha wkoll li tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA u li ma tbiddilx il-portata ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ODD tapprova, skont il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-kumitat tas-SA.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fid-data li fiha seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, in-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8471 kienet redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tal-informazzjoni u unitajiet tagħhom;</P></TI></TITLE><P>L-ipproċessar tal-informazzjoni jikkonsisti fl-immaniġġjar tad-data ta’ kull tip, skont diversi proċessi loġistiċi stabbiliti minn qabel u għal għan speċifiku wieħed jew iktar.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8471, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20020201">1 ta’ Frar 2002</DATE> bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kienet redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>D.</NO.P><TXT>Unitajiet ippreżentati separatament</TXT></NP></TI></TITLE><P>[...]</P><P>Għandha titqies bħala li tifforma parti minn sistema sħiħa ta’ pproċessar tal-informazzjoni, kull unità li teżerċita funzjoni ta’ pproċessar tal-informazzjoni u li fl-istess ħin tissodisfa l-kundizzjonijiet segwenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija ta’ tip użata biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tista’ titqabbad mal-unità ċentrali ta’ pproċessar jew direttament jew permezz ta’ unità waħda oħra jew iktar, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>tista’ tirċievi jew tipprovdi data f’forma (kowds jew sinjali) li tista’ tintuża mis-sistema.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ li l-unità teżerċita funzjoni oħra li ma hijiex l-ipproċessar tal-informazzjoni, din għandha tiġi kklassifikata fl-intestatura korrispondenti għall-funzjoni tagħha jew fin-nuqqas ta’ dan, f’intestatura li jifdal (ara n-Nota 5 E tal-Kapitolu)</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura tariffarja 8518, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040201">1 ta’ Frar 2004</DATE> bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kienet redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>B.</NO.P><TXT>Loudspeakers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le</TXT></NP></TI></TITLE><P>[...]</P><P>Skont l-użu li għalih huma intiżi, il-loudspeakers jistgħu jiġu mmuntati f’kaxex jew f’kontenituri ta’ forom differenti, ġeneralment b’effett akustiku, li jistgħu saħansitra jikkonsistu f’artikoli tal-għamara. Tali oġġetti jibqgħu kklassifikati hawnhekk sa kemm il-funzjoni prinċipali li tikkaratterizzhom tkun dik ta’ loudspeaker. Kaxex u kontenituri li huma ppreżentati b’mod separat jaqgħu wkoll taħt din l-intestatura għaliex huma rrikonoxxuti bħala li ġew prinċipalment maħluqa għall-immuntar ta’ loudspeakers, ħlief il-każ, ovvjament, fejn dawn huma mobbli fis-sens tal-Kapitolu 94, sempliċement maħluqa biex jakkomodaw, minbarra l-użu normali tagħhom, loudspeaker.</P><P>Din l-intestatura tinkludi l-loudspeakers maħluqa biex jiġu konnessi ma’ magna awtomatika għall-ipproċessar tal-informazzjoni, meta dawn jiġu ppreżentati b’mod separat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2658/87</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 254/2000 tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, p. 357), jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE [tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implimentazzjoni tal-poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124)] għandha tapplika.</ALINEA><ALINEA>Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament, kif emendat, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha ta’ kull sena tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni kompluta tan-[NM], flimkien mar-rati tad-dazju konformi ma’ l-Artikolu 1, kif jirriżulta minn miżuri adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. L-imsemmi Regolament għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Ufiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Miżuri u informazzjoni rigward it-Tariffa Doganali Komuni jew it-Taric [(tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej)] għandhom, sa fejn huwa possibbli, ikunu mxerrda f’format elettroniku bl-użu ta’ mezz kompjuterizzati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ tat-Tariffa Doganali Komuni u tat-Taric, il-Kummissjoni għandha tħajjar kordinazzjoni u armonizzazzjoni tal-prattiċi fil-laboratorji tad-dwana ta’ l-Istati Membri bl-użu, sa fejn hu possibli, ta’ meżżi kompjuterizzati.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM. Il-verżjonijiet tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, li jestendu mis-sena 2001 sas-sena 2003, huma dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti Nri 2388/2000, 2031/2001, 1832/2002 u 1789/2003. F’kull waħda mill-verżjonijiet li tirriżulta minn dawn ir-regolamenti, ir-regoli ġenerali u l-intestaturi tariffarji tal-Kapitolu 84 tan-NM kif ukoll in-noti tal-imsemmi kapitolu msemmija fid-domandi preliminari huma redatti b’mod identiku.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, li jinsabu fit-Titolu 1 A tal-Ewwel Parti tagħha jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titoli tat-taqsimiet, kapitoli u subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ l-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta […], l-oġġetti jkunu klassifikati prima facie taħt intestatura waħda jew iżjed, il-klassifikazzjoni għandha ssir kif ġej</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-intestatura li tagħti l-iżjed deskrizzjoni speċifika għandha tkun preferuta għal intestaturi li jagħtu deskrizzjoni iżjed ġenerali. Madanakollu, meta jkun hemm żewġ intestaturi jew iżjed li kull waħda minnhom tirreferi għal parti waħda mill-materjali jew mis-sustanzi li qegħdin f’oġġetti mħalltin jew komposti jew għal parti biss mill-oġġetti f’sett imtella’ għal bejgħ bl-imnut, dawk l-intestaturi għandhom jitqiesu ugwalment speċifiċi fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti, ukoll jekk waħda minnhom tagħti deskrizzjoni iżjed kompluta jew preċiża ta’ l-oġġetti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>taħlitiet, oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti jew magħmulin minn komponenti differenti, u oġġetti mtellgħin għal bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a), għandhom ikunu klassifikati daqs li kieku kienu magħmulin mill-materjal jew mill-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbl.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>meta oġġetti ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a) jew (b), huma għandhom ikunu klassifikati taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f’ordni numerika fost dawk li ugwalment għandha tingħatalhom konsiderazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subintestaturi ta’ intestatura għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subintestaturi u kwalunkwe noti ta’ subintestaturi relatati u, mutatis mutandis skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subintestaturi fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitolu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM tinkludi t-Taqsima XVI, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Makkinarju u għodod mekkanċi; apparat elettriku, bċejjeċ tagħhom, strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u bċejjeċ u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>In-Noti 3, 4 u 5 tat-TaqsimaXVI tan-NM huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>3.</NO.P><TXT>Sakemm il-kuntest ma jesiġix mod ieħor, magni komposti magħmulin minn żewġ magni jew aktar mwaħħlin flimkien biex jagħmlu waħda u magni oħrajn maħsubin bil-għan li jagħmlu żewġ funzjonijiet kumplimentari jew alternattivi jew aktar għandhom jiġu kklassifikati daqslikieku magħmulin biss minn dak il-komponent jew huma dik il-magna li tagħmel il-funzjoni prinċipali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fejn magna (inkluża taħlita ta’ magni) tikkonsisti f’komponenti individwali (kemm jekk separati kif jekk imwaħħlin flimkien b’pajpijiet, b’mezzi ta’ trasmissjoni, b’kejbils ta’ l-elettriku jew b’mezzi oħrajn) maħsubin biex jikkontribwixxu flimkien għal funzjoni definita ċar koperti b’waħda mill-intestaturi fil-Kapitolu 84 jew 85, hekk kollox jaqa’ biex jiġi kklassifikat fl-intestatura xierqa għal dik il-funzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għall-għanijiet ta’ dawn in-noti, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>magna<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser kull magna, makkinarju, impjant, tagħmir, apparat jew għodda imsemmijin fl-intestaturi tal-Kapitolu 84 jew 85.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>It-Taqsima XVI tan-NM tinkludi l-Kapitolu 84, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Reatturi nukleari, kaldaruni (boilers), makkinarju u għodod mekkaniċi; bċejjeċ tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Dan il-Kapitolu jinkludi b’mod partikolari l-intestaturi tariffarji segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>8471 Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b’sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta’ data f’għamla ikkowdjata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Magni awtomatiċi oħra għall-ipproċessar tad-data diġitali:</P></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P>8471 60 – Unitajiet ta’ dħul jew ta’ ħruġ, kemm jekk fihom unitajiet ta’ ħażna fl-istess għata kif ukoll jekk le:</P><P>[...]</P><P>8471-60-90 u oħrajn</P><?PAGE NO="6"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>In-Nota 5 ta’ dan il-Kapitolu 84 hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[...]</P><P><LIST TYPE="ALPHA"><ITEM><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT>Magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data jistgħu jkunu f’għamla ta’ sistemi magħmulin minn numru varjabbli ta’ unitajiet separati. Suġġett għal paragrafu E hawn taħt, unità għandha titqies li tagħmel parti minn sistema kompluta jekk hija tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet kollha:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija ta’ tip użat biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ data;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tista’ titqabbad ma l-unità ċentrali ta’ pproċessar kemm direttament jew permezz ta’ unità oħra jew aktar;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>tista’ tilqa jew tagħti data f’forma (kodiċijiet jew sinjali) li jistgħu jintużaw mis-sistema.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ALPHA"><ITEM><NP><NO.P>E.</NO.P><TXT>Magni ji jagħmlu funzjoni speċifika minbarra l-ipproċessar ta’ data u jinkorporaw jew jaħdmu flimkien ma’ magna awtomatika għall-ipproċessar ta’ data għandhom jiġi kklassifikati fl-intestaturi xierqa għall-funzjonijiet rispettivi tagħhom jew, jekk le, fl-intestaturi li jibqa.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>In-Nota 5(Ċ) u (D) tal-Kapitolu 84 tan-NM sussegwentement ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 301, p. 1</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>. In-Nota 5(Ċ)tal-imsemmi kapitolu hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Suġġett għal paragrafi (D) u (E) hawn taħt, unità għandha titqies bħala parti minn sistema awtomatika ta’ pproċessar ta’ data jekk tilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>hija ta’ tip użat biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ data;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>tista’ titqabbad ma’ l-unità ċentrali ta’ pproċessar jew direttament jew permezz ta’ unità oħra jew aktar; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>tista’ tilqa’ jew twassal data f’forma ( kowds jew sinjali) li tista’ tintuża mis-sistema.</TXT><P>Unitajiet ta’ magna awtomatika ta’ l-ipproċessar ta’ data ppreżentati b’mod separat, għandhom ikunu kklassifikati f’titlu 8471.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>In-Nota 5(D) tal-Kapitolu 84 tan-NM, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Titlu 8471 ma jkoprix dawn li ġejjin meta jkunu ppreżentati b’mod separat, anki jekk jilħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fin-Nota 5 (Ċ) hawn fuq:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>lawdspikers u mikrofoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>It-Taqsima XVI tan-NM tinkludi wkoll l-Kapitolu 85, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Makkinarju u tagħmir elettriku u bċejjeċ tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u bċejjeċ u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tan-NM li tirriżulta mir-Regolament Nru 2388/2000, l-intestatura 8518 ta’ din tal-aħħar hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>8518 Mikrofoni u stands għalihom; loudspeakers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le; earphones, ikkombinati ma’ mikrofonu jew le; amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza tal-elettriku; settijiet tal-elettriku ta’ amplifikazzjoni tal-ħoss-elettriku;</P><P>[...]</P><P>8518 22 – Speakers multipli, immuntati fl-istess kaxxa:</P><P>[...]</P><P>8518 22 90 – – – u oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kemm fil-verżjoni tan-NM li tirriżulta mir-Regolament Nru 2031/2001 kif ukoll mill-verżjoni li tirriżulta mir-Regolament Nru 1832/2002, l-intestatura 8518 tan-NM taqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>8518 Mikrofoni u stands għalihom; loudspeakers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le; headphones u earphones, ikkombinati ma’ mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u minn loudspeaker wieħed jew iktar; amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza ta’ l-elettriku; settijiet tal-elettriku ta’ amplifikazzjoni tal-ħoss;</P><P>[...]</P><P>8518 22 – – Lawdspikers multipli, immuntati fl-istess kaxxa :</P><P>[...]</P><P>8518 22 90 – – – u oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tan-NM li tirriżulta mir-Regolament Nru 1789/2003, l-intestatura 8518 ta’ din tal-aħħar hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>8518 Mikrofoni u stands għalihom; loudspeakers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le; headphones u earphones, ikkombinati ma’ mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u minn loudspeaker wieħed jew iktar; amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza ta’ l-elettriku; settijiet tal-elettriku ta’ amplifikazzjoni tal-ħoss:</P><P>[...]</P><P>8518 22 – – Lawdspikers multipli, immuntati fl-istess kaxxa :</P><P>[...]</P><P>8518 22 90 – – – u oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Matul il-perijodu mix-xhur ta’ Diċembru 2001 sa Ottubru 2003, ADL importat fl-Unjoni speakers akustiċi prodotti minn Harman Multimedia, kumpannija stabbilita fl-Istati Uniti, u intiżi li jintużaw biss bħala unitajiet ta’ apparat ta’ ħruġ għall-kompjuters tad-ditta Apple.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għall-finijiet tad-dikjarazzjoni doganali tagħha, ADL ikklassifikat l-speakers akustiċi importati fis-subintestatura 8471 60 90 tan-NM, bħala apparat għal kompjuters, li jibbenefika għalhekk mill-eżenzjoni mid-dazji doganali. Matul l-ispezzjoni tal-merkanzija mwettqa mill-Ufficio di Verona u mill-uffiċċju doganali ta’ Treviso (l‑Italja) fuq xi wħud minn dawn l-importazzjonijiet, ebda rimarka ma saret fir-rigward ta’ din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Matul is-sena 2005, wara proċedura ta’ reviżjoni ta’ stima ta’ taxxa doganali li saret definittiva, l-Ufficio di Verona kkalkola <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> d-dazji doganali dovuti minn ADL, filwaqt li rrileva li l-imsemmija speakers kienu ġew ikklassifikati żbaljatament fis-subintestatura 8471 60 90 tan-NM, bħala apparat għal kompjuters, bil-konsegwenza li ngħatat eżenzjoni mid-dazji doganali, minflok dawn ma ġew ikklassifikati fis-subintestatura 8518 22 90 tan-NM, bħala loudspeakers, bil-konsegwenza li japplika dazju doganali ta’ 4.5 %.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Commissioni tributarie (qrati fiskali) kompetenti, aditi b’azzjoni li kellha bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjonijiet li jġiegħlu lil ADL tħallas id-dazji doganali, laqgħu t-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’sentenza mogħtija fl-<DATE ISO="20090710">10 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-Commissione tributaria della regione Veneto (qorti fiskali reġjonali ta’ Venezia) qieset li l-ispeakers akustiċi kkonċernati kienu ġew korrettament ikklassifikati fis-subintestatura 8471 60 90 tan-NM sa fejn dawn, skont il-metodu ta’ użu tagħhom, setgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>jistgħu jintużaw biss [jekk kienu] konnessi permezz ta’ kejbil USB ma’ kompjuter attrezzat b’sistema operattiva MAC OS 9.04 jew b’sistema iktar avvanzata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u kienu inkompatibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kemm ma’ strumenti awdjo li ma humiex kompjuter personali kif ukoll ma’ kompjuter personali li l-funzjonament tiegħu huwa bbażat fuq sistemi operattivi oħra li ma humiex MAC OS 9<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Agenzia delle Dogane appellat din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, billi sostniet, b’mod partikolari, in-natura żbaljata tal-klassifikazzjoni doganali tal-imsemmija speakers. Hija essenzjalment sostniet li l-prodotti importati kienu deskritti bħala speakers akustiċi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>speakers multimediali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) li għandhom bħala funzjoni li jirriproduċu l-ħoss permezz tal-bdil ta’ sinjal elettromagnetiku f’soundwaves u li dawn setgħu jiġu konnessi biss ma’ kompjuter personali. Skont l-Agenzia delle Dogane, il-prodotti importati kellhom għalhekk il-karatteristiċi kollha li jippermettu li dawn jiġu kklassifikati jew fl-intestatura 8518 tan-NM, bħala loudspeakers, jew fis-subintestatura 8471 60 tan-NM, bħala unitajiet ta’ ħruġ ta’ magni awtomatiċi li jipproċessaw l-informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, minn naħa, li l-element tekniku kkonstatat mill-qorti fl-ewwel istanza, li l-prodotti importati jistgħu jiġu użati biss jekk huma konnessi ma’ kompjuter u li dawn jaħdmu biss ma’ sistema operattiva speċifika jikkontribwixxi għall-fondatezza ta’ klassifikazzjoni fis-subintestatura 8471 60 90 tan-NM. Min-naħa l-oħra, hija tqis li l-element funzjonali tal-ispeakers akustiċi, inkwantu intiż għar-riproduzzjoni tal-ħoss, iwassal għal klassifikazzjoni fis-subintestatura 8518 22 90 tan-NM, sa fejn din il-funzjoni speċifika hija rrikonoxxuta bħala funzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[minbarra] l-ipproċessar ta’ data<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, kif jirriżulta min-Nota 5(E) tal-Kapitolu 84 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-Corte suprema di cassazione (qorti tal-kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 12 tar-Regolament [Nru 2658/87] u l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludu li l-modifiki li saru fin-noti ta’ spjega tal-Kapitolu 84 tat-tabella tad-dazji li jikkostitwixxu t-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament [Nru 1549/06] (li eskludew l-ispeakers mill-intestatura 8471 [tan-NM] meta huma ppreżentati b’mod separat mill-magni awtomatiċi<?PAGE NO="9"?> tal-ipproċessar tal-informazzjoni) ikunu jistgħu jintużaw favur interpretazzjoni fis-sens li l-prodotti importati mill-kumpannija [ADL] […] għandhom funzjoni proprja (riproduzzjoni u amplifikazzjoni tal-ħoss) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>differenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> mill-ipproċessar tal-informazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-prodotti importati mill-[ADL] [...] fil-kwalità tagħhom ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>speakers’ mqiegħda fis-suq b’mod separat mill-magna awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni, għandhom jitqiesu bħala tagħmir ’li jeżerċita funzjoni proprja differenti minn dik tal-ipproċessar tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> — sa fejn għandha titqies bħala tali l-funzjoni ta’ riproduzzjoni u ta’ amplifikazzjoni tal-ħoss — jew ma jistgħux jitqiesu bħala unitajiet ta’ sistemi li jeżerċitaw funzjoni proprja għajr dik tal-ipproċessar tal-informazzjoni fis-sens li, fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi proprji tagħhom (konnessjoni esklużiva permezz ta’ cable tal-USB; meħtieġ minn sistema operattiva MAC OS 9), huma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jaqdu funzjoni biss jekk [huma] jkunu jistgħu jeżerċitaw mingħajr l-għajnuna ta’ tali magna [jiġifieri magna awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> (fil-fatt, fis-sentenzi [Peacock C-339/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:573">EU:C:2000:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>], punti 14 u 15; u [Olicom, C-142/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:449">EU:C:2007:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>], punti 20, 29 u 30, anki jekk dawn is-sentenzi jikkonċernaw tipi oħra ta’ tagħmir, jiġifieri network cards u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>cards kombinati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja donnha tiddeduċi l-assenza ta’ funzjoni proprja <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>differenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> miż-żewġ elementi li huma l-funzjonament tat-tagħmir esklużivament permezz ta’ kompjuter u l-kapaċità ta’ riċezzjoni u ta’ trasformazzjoni mal-ħruġ tas-sinjali trażmessi permezz tal-kompjuter diġitali)?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhomx jiġu kklassifikati bħala unitajiet ta’ ħruġ ta’ magna awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni, fis-subintestatura 8471 60 90 tan-NM jew, bħala loudspeakers, fis-subintestatura 8518 22 90 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-ispezzjonijiet, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandha titfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi proprji u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mill-kliem l-intestatura tan-NM u min-noti ta’ taqsima jew ta’ kapitolu (sentenza Delphi Deutschland, C‑423/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:315">EU:C:2011:315</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega redatti, fir-rigward tan-NM, mill-Kummissjoni u, fir-rigward tas-SA, mill-ODD, jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tal-intestaturi tariffarji differenti mingħajr madankollu ma għandhom setgħa legali vinkolanti (sentenza Delphi Deutschland, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:315">EU:C:2011:315</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fl-intestatura idonea, għandu wkoll jitfakkar li l-użu intiż tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni kemm-il darba dan huwa inerenti għall-imsemmi prodott, u din l-inerenza għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (ara s-sentenza Olicom, C‑142/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:449">EU:C:2007:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-kelma tas-subintestatura 8471 60 90 tan-NM hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Madankollu, kif jirriżulta mill-kliem tas-subintestatura li tippreċedi s-subintestatura 8471 60, is-subintestatura 8471 60 90 tan-NM tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>magni awtomatiċi oħra ta’ pproċessar ta’ data diġitali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Hemm lok li jiġi rrilevat wkoll li l-kelma tas-subintestatura 8518 22 90 tan-NM hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Madankollu, mill-kliem tas-subintestatura 8518 22 tan-NM jirriżulta li s-subintestatura 8518 22 90 ta’ din tal-aħħar tirreferi għall-loudspeakers multipli mmuntati fl-istess kaxxa.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont in-Nota 5(E) tal-Kapitolu 84 tan-NM, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[m]agni ji jagħmlu funzjoni speċifika minbarra l-ipproċessar ta’ data u jinkorporaw jew jaħdmu flimkien ma’ magna awtomatika għall-ipproċessar ta’ data għandhom jiġi kklassifikati fl-intestaturi xierqa għall-funzjonijiet rispettivi tagħhom jew, jekk le, fl-intestaturi li jibqa.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Mill-kliem ta’ din in-nota jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>funzjoni speċifika<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> eżerċitata mill-magna li taħdem ma’ magna awtomatika għall-ipproċessar ta’ data għandha tkun funzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>barra l-ipproċessar ta’ data<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (sentenza Kip Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-362/07 u C-363/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:710">EU:C:2008:710</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-istruttura ġenerali u mill-għan tal-imsemmija nota jirriżulta li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>għandhom jiġi kklassifikati fl-intestaturi xierqa għall-funzjonijiet rispettivi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li jinsab fl-imsemmija nota, huwa intiż mhux biex tipprevali funzjoni fuq oħrajn li huma wkoll imwettqa mill-apparat li għandu jiġi kklassifikat u li jaqgħu taħt l-ipproċessar tal-informazzjoni, iżda li jiġi prekluż li apparati li l-funzjoni tagħhom ma hijiex l-ipproċessar tal-informazzjoni jiġu kklassifikati fl-intestatura 8471 tan-NM għaliex sempliċement jinkorporaw magna awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni jew jaħdmu flimkien ma’ tali magna (sentenza Kip Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:710">EU:C:2008:710</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>pproċessar tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, minn naħa, l-ewwel paragrafu tal-Kapitolu I tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8471 tan-NM jipprovdi li tali pproċessar jikkonsisti fl-immaniġġjar tad-data ta’ kull tip, f’segwenzi loġiċi stabbiliti minn qabel u għal għan speċifiku wieħed jew iktar. Min-naħa l-oħra, fid-dawl kemm tal-istruttura ġenerali tal-imsemmija nota ta’ spjega kif ukoll tal-kuntest li fih din tidħol, jidher li dan il-kunċett għandu jinftiehem bħala li jimplika, bħala regola ġenerali, l-użu tad-data, bħal pereżempju r-reġistrazzjoni, l-immodifikar, iż-żamma, il-bdil jew l-edizzjoni tagħha (ara s-sentenza Data I/O, C‑370/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:284">EU:C:2010:284</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija r-riproduzzjoni tal-ħoss permezz tat-trasformazzjoni ta’ sinjal elettromanjetiku fi soundwaves, iwettqu funzjoni li ma hijiex l-ipproċessar tal-informazzjoni. Kif jirriżulta mill-punt 38 ta’ din is-sentenza, il-fatt li loudspeaker għandu jiġi konness ma’ apparat ieħor, bħal pereżempju magna awtomatika għall-ipproċessar tal-informazzjoni li taqa’ taħt l-intestatura 8471 tan-NM, ma jipprekludix il-klassifikazzjoni tiegħu fl-intestatura korrispondenti għall-funzjoni proprja tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>lawdspiker<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li tinsab fl-intestatura 8518 tan-NM, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-punt B tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar din l-intestatura 8518, anki saħansitra għall-perijodu ta’ importazzjoni tal-prodotti kkonċernati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din in-nota ta’ spjega. Fil-fatt, peress li l-kliem tal-imsemmija intestatura, fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>lawdspiker<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament Nru 1789/2003, huwa identiku għal dak tal-istess intestatura tan-NM, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolamenti Nri 2388/2000, 2031/2001 u 1832/2002, ma hemmx lok, bħala regola ġenerali, li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>lawdspiker<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tingħata sens differenti mis-sens li għandu jingħatalha b’rigward għall-punt B tal-imsemmija nota ta’ spjega (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Delphi Deutschland, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:315">EU:C:2011:315</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-punt B tal-imsemmija nota ta’ spjega dwar l-intestatura 8518 tan-NM jirriżulta li din tinkludi l-loudspeakers maħluqa biex jiġu konnessi ma’ magna awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni meta huma jiġu ppreżentati b’mod separat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma konnessi ma’ kompjuter attrezzat b’sistema operattiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>MAC OS 9<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jew b’sistema iktar avvanzata, għandhom jiġu kklassifikati bħala loudspeakers fis-subintestatura 8518 22 90 ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, ma hemmx lok li l-ewwel domanda tingħata risposta.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw, suċċessivament, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-<DATE ISO="20001013">13 ta’ Ottubru 2000</DATE>, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-<DATE ISO="19990806">6 ta’ Awwissu 1999</DATE>, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-<DATE ISO="20020801">1 ta’ Awwissu 2002</DATE>, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma konnessi ma’ kompjuter attrezzat b’sistema operattiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>MAC OS 9<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jew b’sistema iktar avvanzata, għandhom jiġu kklassifikati bħala loudspeakers fis-subintestatura 8518 22 90 ta’ din in-nomenklatura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>