|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2533 |
11.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/2533
tad-9 ta’ Diċembru 2025
li testendi l-mandat tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI/3/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-“Inizjattiva”), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-kapijiet taċ-ċelloli ċivili u militari ta’ kmand u appoġġ. |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2223 (2), u ħatar lis-Sur Philippe CHEVET bħala Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva mill-20 ta’ Ottubru 2023 sad-19 ta’ Ottubru 2024. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Settembru 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2590 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Philippe CHEVET bħala Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva mill-20 ta’ Ottubru 2024 sal-10 ta’ Diċembru 2025. |
|
(4) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2025, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Philippe CHEVET bħala l-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva mill-11 ta’ Diċembru 2025 sad-19 ta’ Ottubru 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Philippe CHEVET bħala l-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea huwa estiż mill-11 ta’ Diċembru 2025 sad-19 ta’ Ottubru 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1599/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2223 tas-17 ta’ Ottubru 2023 dwar il-ħatra tal-Kap taċ Ċellula ta’ Kmand u Appoġġ Ċivili tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI) (EUSDI/1/2023) (ĠU L, 2023/2223, 20.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2223/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2590 tal-24 ta’ Settembru 2024 li testendi l-mandat tal-Kap taċ-Ċellula ta’ Kmand u Appoġġ Ċivili tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (ĠU L, 2024/2590, 30.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2590/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2533/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)