European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5932

1.10.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11748 - EPUKI / TTE / WEST BURTON FLEXIBLE GENERATION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5932)

1.   

Fl-24 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EP UK Investments Limited (“EPUKI”, ir-Renju Unit), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-Sur Daniel Křetínský,

—

TotalEnergies Gas & Power Holdings UK Limited (“TTE”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn TotalEnergies SE, Franza,

—

West Burton Flexible Generation Limited (“West Burton Flexible Generation”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn TTE

EPUKI u TTE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ West Burton Flexible Generation.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

EPUKI hija attiva fir-Renju Unit (i) fil-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriku, (ii) fil-provvista ta’ servizzi ta’ bbilanċjar u anċillari, (iii) fil-kummerċ finanzjarju tal-elettriku u (iv) fil-provvista bl-imnut tal-gass,

—

TTE tipprovdi l-gass lil klijenti industrijali u kummerċjali u hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriku fir-Renju Unit.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ West Burton Flexible Generation huma relatati mal-ġenerazzjoni, il-provvista bl-ingrossa tal-elettriku u l-forniment ta’ servizzi ta’ bbilanċjar u anċillari fir-Renju Unit.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11748 - EPUKI / TTE / WEST BURTON FLEXIBLE GENERATION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5932/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)