|
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
195 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 945/2005
tal-21 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjoni li hija l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 2022/95 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja. Skond investigazzjoni ulterjuri, li stabbiliet li d-dazju kien qed jiġi assorbit, il-miżuri kienu emendati bir-Regolament (KE) Nru 663/98 (3). Wara talba għal reviżjoni ta' skadenza u ta' interim in segwitu għall-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill impona bir-Regolament (KE) Nru 658/2002 (4), dazju anti-dumping definittiv ta’ EUR 47,07 għal kull tunnellata fuq l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li taqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li toriġina fir-Russja. |
|
(2) |
Bir-Regolament (KE) Nru 132/2001 (5), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ EUR 33,25 għal kull tunnellata fuq l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li taqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li toriġina, inter alia, mill-Ukraina. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) 658/2002 u r-Regolament (KE) 132/2001 minn hawn ’il quddiem jissejħu “ir-Regolamenti oriġinali”, u d-dazji anti-dumping stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti jissejħu, “il-miżuri eżistenti”. |
2. Talba għar-reviżjoni
|
(4) |
Fil-15 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni rċeviet talba in segwitu għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku biex teżamina l-firxa ta’ applikazzjoni ta’ miżuri eżistenti bil-għan li tinkludi tipi ġodda tal-prodott. |
|
(5) |
It-talba kienet ippreżentata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzanti (“EFMA”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw parti kbira tal-produzzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju tal-Komunità. |
|
(6) |
It-talba għamlet referenza għal tipi ġodda tal-prodott iddefiniti bħala fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju li għandhom kontenut ta’ Nitroġenu (“N”) ta’ aktar minn 28 % sa massimu ta’ 33 % fil-piż, li magħhom ġew miżjuda, magħġuna, imħallta jew ipproċessati 5 % ta’ l-ekwivalenti tal-P2O5 (nutrijent tal-fosforu “P”), u/jew sa 5 % (inklużiv) ta’ ekwivalenti tal-K2O (nutrijent tal-Potassju “K”). Minn hawn ’il quddiem dawn il-prodotti jissejħu “tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba”. |
|
(7) |
Ġie argumentat li t-tipi ġodda tal-prodott imsemmija f’din it-talba kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi bħall-prodott ikkonċernat u kienu mibjugħa mill-istess sors ta’ bejgħ lill-istess utenti għall-istess finijiet. Apparti dan, issemma’ li t-tipi ġodda tal-prodott, meta importati fil-Komunità, kienu elenkati taħt il-kodiċi NM li ġejjin: 3105 10 00 , 3105 20 10 , 3105 20 90 , 3105 51 00 , 3105 59 00 u 3105 90 91 . |
3. Bidu
|
(8) |
Fit-2 ta’ Lulju 2004, permezz ta’ notifika (“avviż ta’ bidu”) ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li toriġina mir-Russja u mill-Ukraina in segwitu għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Ir-reviżjoni interim kienet limitata fil-firxa ta’ applikazzjoni għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(9) |
B'sottomissjoni mressqa fl-20 ta’ Settembru 2004, l-EFMA infurmat lill-Kummissjoni li produttur Russu tal-prodott ikkonċernat kien għadu kemm beda jipproduċi tip ġdid ta’ prodott mhux imsemmi fit-talba, b’kontenut N li jaqbeż it-28 % li miegħu żdied 6 % ta’ P. Bħala konsegwenza l-EFMA talbet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra soluzzjonijiet li jippermettu li jiġu indirizzati kif suppost it-tipi ġodda tal-prodott tan-nitrat ta’ l-ammonju kollha b’kontenut N li jaqbeż it-28 % fil-piż. Ladarba l-avviż ta' bidu għamel referenza għat-“tipi ġodda tal-prodott” mingħajr ebda dettall ieħor rigward il-kompożizzjoni tagħhom, kien ikkunsidrat li din l-aħħar talba kienet diġà koperta mill-avviż ta’ ftuħ. |
|
(10) |
Xi partijiet ikkunċernati sostnew li l-Kummissjoni kellha tikkonverti “ex-officio” l-analiżi parzjali f’analiżi sħiħa fid-dawl ta’ numru ta’ ċirkonstanzi li seħħew minn meta l-miżuri eżistenti kienu imposti, li jinkludu l-għoti lir-Russja ta’ status ta’ ekonomija tas-suq u t-tkabbir ta’ l-UE b’għaxar pajjiżi ġodda. Għaldaqstant, l-ebda evidenza li hi suffiċjentement korretta u adegwata ma kienet ippreżentata li indikat lejn bidla fil-livell tal-miżuri. Kien għalhekk ikkunsidrat li ma kienx hemm raġunijiet għal analiżi interm sħiħa “ex-officio”. L-ewwelnett, l-għoti lir-Russja ta’ status ta’ ekonomija tas-suq, fih innifsu, ma kienx ifisser li ċ-ċirkustanzi fir-rigward tad-dumping u l-ħsara għall-produtturi individwali kien awtomatikament mibdul. L-ebda evidenza ma kienet ippreżentata li turi li l-marġini kkalkulat tad-dumping skond il-prezzijiet u l-ispejjeż Russi, meta mqabbla ma’ dawk ta’ pajjiż analogu, ma kienu b’mod sinifikanti differenti minn dawk misjuba fl-investigazzjonijiet ta' qabel. It-tieninett, it-tkabbir ma varjax awtomatikament id-dumping u l-parametri tal-ħsara li kienu jifformaw il-bażi tal-miżuri eżistenti u l-ebda evidenza valida ma kienet ippreżentata biex tiġġustifika xi bidla f’dan ir-rigward. |
|
(11) |
Barra minn hekk, xi partijiet ikkonċernati talbu kjarifika għaliex il-bidu ta’ l-investigazzjoni kkonċerna wkoll lill-Ukraina, meta jkun ikkunsidrat li fit-talba l-ebda referenza ma kienet magħmula għall-importazzjoni ta’ tipi ġodda ta’ prodotti li joriġinaw minn dan il-pajjiż. Għalkemm l-analiżi interim kienet limitata fl-iskop għal kjarifika tal-prodott ikkonċernat, kien ikkunsidrat li kull sejba f’dan ir-rispett ma kinetx marbuta maċ-ċirkostanzi li kienu speċifiċi għal pajjiż partikulari, iżda kellha aktar tapplika għall-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju suġġetti għall-miżuri, kienu x’kienu l-oriġini tagħhom. |
|
(12) |
Fl-aħħarnett, produttur komunitarju tal-prodott ikkonċernat sostna, matul l-investigazzjoni, li wieħed mit-tipi ġodda ta’ prodotti kien ikklassifikat taħt il-kodiċi NM 3105 90 99 . B’referenza għall-kowds NM 3105 20 90 (imsemmija fit-talba) u 3105 90 99 , l-investigazzjoni wriet li dawn id-diversi kodiċi koperew biss il-fertilizzanti li kellhom kontenut nitroġeniku li ma kienx jaqbeż l-10 % f’termini ta’ piż tal-prodott anidru xott. Kien għalhekk konkluż li dawn id-diversi kodiċi ma setgħux ikunu kkonsidrati, għaliex ma kinux ikopru, a fortiori, il-fertilizzanti li, f’kondizzjonijiet normali, kellhom aktar minn 28 % ta’ nitroġenu f’termini ta’ piż. |
4. Kwestjonarji
|
(13) |
Il-Kummissjoni uffiċjaliment tat parir lill-awtoritajiet tal-pajjiżi ta’ esportazzjoni u lill-partijiet magħrufa li huma kkonċernati bil-ftuħ ta’ din ir-reviżjoni. Kwestjonarji kienu mibgħuta lil sittax-il produttur/esportatur fir-Russja u wieħed lill-Ukraina, kif ukoll importaturi, utenti, produtturi u assoċjazzjonijiet rilevanti fil-Komunità, imsemmija fit-talba inkella magħrufa lill-Kummissjoni. Il-Partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. |
|
(14) |
Il-kwestjonarji mwieġba b’mod komplet waslu minn żewġ produtturi esportaturi fir-Russja u wieħed mill-Ukraina, u minn ħdax-il produttur fil-Komunità. Għadd ta’ produtturi esportaturi, produtturi fil-Komunità, importaturi u assoċjazzjonjiet rilevanti ppreżentaw ruħhom bħala partijiet interessati u bagħtu kummenti. Meta wieħed jikkunsidra d-disponibbiltà ta’ l-informazzjoni kollha u d-data meħtieġa, ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li jitwettqu żjarat ta’ verifika fis-sede tal-kumpaniji li ppreżentaw it-tweġibiet sħaħ tagħhom. |
5. Perjodu ta’ investigazzjoni
|
(15) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”) kopert mill-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004. Id-data nġabret mis-sena 2000 sa l-aħħhar tal-PI biex tinvestiga tendenzi fil-bejgħ, importazzjoni u xiri fis-suq tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat u tipi ġodda tal-prodott. |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT LI JAQA’ TAĦT IR-REGOLAMENTI ORIĠINALI
|
(16) |
Il-prodott ikkonċernat huwa n-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja u l-Ukraina, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 (nitrat ta’ l-ammonju għajr f’soluzzjonijiet fl-ilma u sustanzi inorganiċi oħra mhux fertilizzanti, b’kontenut ta’ N li jaqbeż it-28 % fil-piż). In-nitrat ta’ l-ammonju huwa fertilizzant solidu tan-nitroġenu użat ta’ spiss fl-agrikoltura. Huwa mmanifiatturat mill-ammonja u aċidu nitriku, u l-kontenut ta’ N tiegħu jaqbeż it-28 % fil-piż fil-forma tonda jew granulari. |
|
(17) |
Huwa osservat li l-prodott ikkonċernat dejjem jinkorpora sustanzi inorganiċi mhux fertilizzanti, li l-preżenza tagħhom hija meħtieġa, ladarba joperaw bħala stabilizzaturi. Kultant, jista’ jinkorpora wkoll nutrijenti sekondarji u/jew mikro-nutrijenti (6) fi kwantitajiet limitati ħafna. Il-preżenza ta’ sustanzi inorganiċi mhux fertilizzanti, nutrijenti sekondarji u/jew mikro-nutrijenti tista’ tiġi kkunsidrata bħala marġinali u ma għandha ebda influwenza fuq il-klassifikazzjoni doganali tal-prodott ikkonċernat. In-nitrat ta’ l-ammonju, li fih dawn is-sustanzi u/jew nutrijenti (minn hawn ’il quddiem “sustanzi marġinali u/jew nutrijenti”), huwa msemmi f’dan ir-Regolament bħala,“il-prodott ikkonċernat”. |
Ċ. IR-RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI
|
(18) |
Sabiex jiġi deċiż jekk il-miżuri eżistenti kienux aktar meħtieġa biex jopponu d-dumping li kien qed joħloq ħsara, ġie eżaminat jekk: (1) it-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba kellhomx l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi u l-istess użu finali bħall-prodott ikkonċernat; (2) kienx hemm tipi ġodda tal-prodott għajr dawk imsemmija fit-talba li kellhom jew seta’ kellhom l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi u l-istess użu finali bħall-prodott ikkonċernat; (3) abbażi tal-fatti stabbiliti taħt il-punti ta’ qabel, id-definizzjoni u d-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat kellux jiġi ċċarat fid-dawl taċ-ċirkostanzi l-ġodda. |
|
(19) |
Għad-definizzjoni tal-kunċetti kimiċi u agronomiċi użati f’dan ir-Regolament, ġew użati d-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (7) (“ir-Regolament tal-fertilizzanti”) ta’ nutrijenti primarji (N, P, K), nutrijenti sekondarji (kalċju, manjeżju, sodju u sulfur), mikro-nutrijenti (boron, kobalt, ram, ħadid, manganiż, molibdenu u żingu), fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju ta’ kontenut ta’ nitroġenu għoli (N aktar minn 28 %), fertilizzanti sempliċi (nutrijent primarju wieħed biss) u fertilizzanti komposti (aktar minn nutrijent primarju wieħed). |
1. Karatteristiċi kimiċi u fiżiċi u użu finali tal-prodott ikkonċernat u tat-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba
|
(20) |
Il-prodott ikkonċernat huwa magħmul minn ammonja ((NH3) u aċidu ċitriku (HNO3), li t-taħlita tagħhom toħloq in-nitrat ta’ l-ammonju (NH4NO3, minn hawn ‘il quddiem “AN”). Il-kontenut N tal-prodott ikkonċernat jaqbeż it-28 % fil-piż (normalment ivarja bejn 33 % u 34 %). Il-proporzjon (ratio) bejn il-kontenut AN u kontenut N, li jiddependi fuq il-piż atomiku ta’ l-elementi, huwa ta’ 2.86. Konsegwentement, peress li l-prodott ikkonċernat kellu aktar minn 28 % f’termini ta’ piż ta’ N, hu kellu awtomatikament aktar minn 80 % f’termini ta’ piż ta’ AN (li huma normalment bejn 94 % u 97 %) (8). Kif intqal fil-premessa 17, il-prodott ikkonċernat ukoll jinkorpora sustanzi marġinali u/jew nutrijenti, li l-kontenut totali tagħhom ma jista’ qatt jaqbeż l-20 % f’termini ta’ piż, bil-kondizzjoni li ta’ l-inqas 80 % tal-prodott ikkonċernat hu rrapreżentat mill-AN. |
|
(21) |
Żewġ fatturi ewlenin jikkaratterizzaw il-kompożizzjoni kimika tal-prodott ikkonċernat: l-espressjoni tal-kontenut N u l-livell totali tal-kontenut N u AN. N huwa espress bħala nitroġenu nitriku (jone (ion) tan-nitrat NO3-) u bħala nitroġenu ammonijaku (jone (ion) ta’ l-ammonju NH4+), u l-proporzjon bejn it-tnejn huwa 1:1. Il-livell tal-kontenut N dejjem jaqbeż it-28 % fil-piż u, bħala riżultat, kif deher hawn fuq, il-livell ta’ AN dejjem jaqbeż it-80 % fil-piż. |
|
(22) |
Fir-rigward tat-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba, instab li dawn kienu wkoll manifatturati mill-ammonja u l-aċidu nitriku, il-kontenut N qabeż it-28 % fil-piż u, bħala riżultat, il-kontenut AN qabeż it-80 % fil-piż. Apparti AN, dawn it-tipi l-ġodda ta’ prodott setgħu wkoll inkorporaw sustanzi marġinali u/jew nutrijenti. F’dawn il-prodotti N kien espress ukoll bħala nitroġenu nitriku u nitroġenu ammonijakali u l-proporzjon bejn it-tnejn kien approssimament ta’ 1:1 ukoll. |
|
(23) |
Madankollu, it-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba għaddew minn proċess ulterjuri bil-għan li apparti N jiżdiedu nutrijenti primarji (9) oħra magħhom i.e. P u/jew K, li l-preżenza tagħhom bidlet il-prodott ġo fertilizzant kompost (10). Dan il-fertilizzant kompost jista’ jinkiseb kimikament jew permezz ta’ taħlit. Minkejja din iż-żjieda ta’ nutrijenti primarji oħra u indipendentement mit-tip ta’ trasformazzjoni (kimika jew permezz ta’ taħlit), instab li dan il-proċess ma affettwa ebda fattur kimiku prinċipali tal-kontenut AN li jinsab fih, jiġifieri l-espressjoni tal-kontenut N u l-livell totali ta’ N u AN, li qabeż, rispettivament, it-28 % u t-80 % fil-piż. |
|
(24) |
Partikolarment, fir-rigward tal-livell totali ta’ N u AN, kellha ssir distinzjoni bejn fertilizzanti komposti li jinkisbu kimikament u li jinkisbu permezz ta’ taħlit. Fl-ewwel każ, il-kontenut massimu ta’ 5 % ta’ P u/jew K, kif indikat fit-talba, instab kimikament kompatibbli ma’ kontenut AN li jaqbeż it-80 % (l-ispazju massimu li kien fadal għal P u/jew K fil-komposti li jaqbżu t-80 % ta’ AN varjaw bejn ammont massimu ta’ 7.4 % għall-polifosfat ta’ l-ammonju, u 12 % f’termini ta’ piż skond il-komponent użat — 7,4 % għall-polifosfat ta’ l-ammonju, 9,2 % għal — fosfat diammonju, 10,4 % għall-fosfat monoammonju u 12 % għall-kloridju tal-potassju). Fil-każ ta’ komposti miksuba permezz ta’ operazzjoni ta’ taħlit, instab li l-prodott li rriżulta kien fih mikro-granuli jew granuli tal-prodott ikkonċernat imħallta ma’ mikro-granuli jew granuli ta’ nutrijenti P u/jew K b’tali mod li żguraw li, mill-piż totali tal-kompost, għall-anqas 80 % kien irrappreżentat minn AN. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-proprjetajiet fiżiċi, instab li dawn kienu strettament relatati mal-karatteristiċi agronomiċi u għalhekk setgħu jiġu analizzati fir-rigward ta’ dawn il-karatteristiċi. Ġeneralment, il-proprjetajiet agronomiċi ta’ fertilizzant essenzjalment jiddependu fuq in-nutrijenti (11) primarji li jinsabu fih, l-espressjoni tagħhom u l-kwantità tagħhom fil-piż. Fid-dawl ta’ dawn it-tliet kriterji, instab li kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll it-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba kellhom l-istess proprjetajiet agronomiċi fir-rigward tal-kontenut N u AN tagħhom. L-espressjoni ta’ N - li kienet l-istess għaż-żewġ kategoriji ta’ prodotti - ippermettiet li jintlaħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa mill-uċuħ tar-raba’ kemm fi żmien qasir kif ukoll fuq medda ta’ żmien medju u twil. Bla dubju, il-parti ta’ N espressa bħala nitroġenu nitriku setgħat tinxtorob faċilment u malajr mill-uċuħ tar-raba’, billi l-parti espressa bħhala nitroġenu ammonijakali kellha tgħaddi minn proċess ulterjuri (fermentazzjoni mill-batterja fil-ħamrija) qabel tinxtorob. Apparti dan, l-għatba ta’ 28 % dehret importanti wkoll biex jintlaħqu l-bżonnijiet speċifiċi għall-N ta’ l-uċuħ tar-raba’, kif ġiet rikonoxxuta fuq livell Komunitarju mir-Regolament tal-fertilizzanti, li, fl-Artikolu 25 tiegħu, stabbilixxa li l-fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju ta’ kontenut ta’ nitroġenu għoli seta’ jiġi ddefinit bħala tali biss jekk kien fihom aktar minn 28 % ta’ N fil-piż. Ġara li l-bżonnijiet speċifiċi ta’ l-uċuħ tar-raba’ kienu ntlaħqu xorta waħda kemm mill-prodott ikkonċernat kif ukoll mit-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba, irrispettivament mill-fatt li t-tipi ġodda tal-prodott kien fihom ukoll nutrijenti primarji għajr N, i.e. P u/jew K, li ma affettwawx negattivament il-proprjetajiet agronomiċi tan-Nitroġenu. |
|
(26) |
Fl-aħħarnett, fir-rigward ta’ l-użu finali, ebda parti ma’ kkontestat - sakemm l-AN meħtieġ intlaħaq - li kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll it-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba ntużaw matul l-PI mill-istess bdiewa għall-istess għanijiet. Din il-konklużjoni kienet imsaħħa mill-istħarriġ tas-suq, li sab li kważi l-bdiewa kollha li aċċettaw li jipparteċipaw fl-istħarriġ kienu qalbu mill-prodott ikkonċernat għat-tipi ġodda tal-prodott għaliex kienu irħas. Dan il-fatt kien ikkonfermat minn importatur. |
|
(27) |
Apparti dan, sors pubbliku rrefera għal dawn it-tipi ġodda tal-prodott sew bħala AN kif ukoll NP/NK/NPK. Din l-evidenza ssaħħaħ il-konklużjoni li l-istrateġija tas-suq tal-fornitur (produttur esportatur u importatur) u l-perċezzjoni tal-konsumatur ingħaqdu għal waħda li tikkunsidra li l-prodott ikkonċernat u t-tipi ġodda tal-prodott jilħqu l-istess bżonnijiet. |
|
(28) |
Għalhekk kien konkluż li, minn perspettiva kimika u fiżika/agronomika, it-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba ma setgħux jiġu kkunsidrati bħall-prodott ikkonċernat minħabba l-preżenza ta’ nutrijenti primarji apparti n-Nitroġenu, speċifikament P u/jew K. Madankollu, il-prodott ikkonċernat u t-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba kienu identiċi fir-rigward tal-kontenut AN tagħhom - sakemm jaqbeż it-80 % fil-piż -, is-sustanzi marġinali u n-nutrijenti li seta’ kien fihom, kif ukoll l-użu finali bażiku tagħhom. Għalhekk, il-kontenut AN u s-sustanzi marġinali u n-nutrijenti tat-tipi ġodda tal-prodott imsemmija fit-talba għandhom ikunu kkunsidrati wkoll bħala l-prodott ikkonċernat. |
2. Karatteristiċi kimiċi u fiżiċi u użu finali tal-prodott ikkonċernat u tat-tipi ġodda tal-prodott għajr dawk imsemmija fit-talba.
|
(29) |
Kien ukoll mistħarreġ jekk kienx hemm tipi ġodda tal-prodott għajr dawk imsemmija fit-talba li kellhom jew jista’ jkollhom l-istess karatteristtiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u użu finali mal-prodott ikkonċernat u li għalhekk għandhom jaqgħu wkoll fi ħdan il-firxa tal-prodott ikkonċernat. |
|
(30) |
Kif intqal qabel, il-karatteristiki kimiċi prinċipali li jattribwixxu l-proprjetajiet agronomiċi li jikkaratterizzaw il-prodott ikkonċernat kienu l-espressjoni tal-kontenut N u l-livell totali ta’ N u AN. Għalhekk, kien eżaminat jekk fertilizzanti oħra kellhom jew setgħu kellhom N espress bħala nitroġenu nitriku u nitroġenu ammonijaku f’livell li jaqbeż it-28 % f’termini ta’ piż (u, konsegwentement, livell AN li jaqbeż it-80 % f’termini ta’ piż). |
|
(31) |
It-tipi ġodda tal-prodott li ġejjin, kienu identifikati: (1) melħ doppju (double salts) u taħlitiet ta’ sulfat ta’ l-ammonju u nitrat ta’ l-ammonju (bħhalissa elenkat taħt il-kodiċi NM 3102 29 00 ), (2) melħ doppju u taħlitiet tan-nitrat tal-kalċju u n-nitrat ta’ l-ammonju (bħalissa elenkat taħt il-kodiċi NM 3102 60 00 ), (3) melħ doppju u taħlitiet ta’ melħ kompost tal-manjeżju u n-nitrat ta’ l-ammonju (bħalissa elenkat taħt il-kodiċi NM 3102 90 00 ), u (4) fertilizzanti NPK, NP u NK, li għandhom kontenut ta’ P, K jew PK li jaqbeż dak identifikat fit-talba (5 %) iżda mhux il-għatba li kienet kimikament possibbli b’kontenut N li jaqbeż 28 % (ara l-premessa 24). Din il-lista mhijex komprensiva fil-firxa tagħha. |
|
(32) |
Fir-rigward ta’ l-użu finali tagħhom, instab li l-istruttura kimika u l-proprjetajiet agronomiċi kienu b’tali mod li jagħmilhom adatti sabiex jintużaw għall-istess raġunijiet bħall-prodott ikkonċernat sakemm il-kontenut AN tagħhom kien biżżejjed, jiġifieri f’livell li jaqbeż it-28 % bil-piż (u, bħala riżultat, livell AN li jaqbeż it-80 % fil-piż). |
|
(33) |
Għalhekk kien konkluż li l-prodott ikkonċernat u t-tipi ġodda tal-prodott għajr dawk imsemmija fit-talba kienu identiċi fir-rigward tal-kontenut AN - sakemm dan kien jaqbeż it-80 % fil-piż -, is-sostanzi u nutrijenti marġinali li jista’ jkollhom, kif ukoll l-użu finali bażiku tagħhom. Għalhekk, il-kontenut AN u s-sostanzi u n-nutrijenti marġinali tat-tipi ġodda tal-prodott minbarra dawk imsemmija fit-talba għandhom ikunu kkunsidrati wkoll bħal prodott ikkonċernat |
|
(34) |
Xi partijiet ikkonċernati sostnew li l-inklużjoni ta’ fertilizzanti li ma kinux indikati bħala problematiċi fit-talba ma kinitx iġġustifikata. F’dan ir-rigward hu nnotat li l-għan ta’ din l-investigazzjoni kien li jkunu inklużi t-tipi ġodda ta’ prodotti, li għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodott ikkonċernat għaliex għandhom essenzjalment l-istess karatteristiki kimiċi u fiżiċi u l-istess użu bażiku. B’dan il-mod, fin-notifika ta’ bidu saret referenza għat-“tipi ġodda ta’ prodotti” mingħajr dettall addizzjonali li jikkonċerna l-kompożizzjoni kimika tagħhom, bl-iskop li jkun eżaminat abbażi ta’ kriterji oġġettivi jekk u liema tipi ġodda ta’ prodotti għandhom ikunu inklużi. Kien għalhekk ikkunsidrat li kull tip ta’ fertilizzanti li kienu jinkorporaw il-prodott ikkonċernat, u l-klassifikazzjoni tat-tariffa tagħhom, setgħu jkunu investigati u inklużi fir-Regolament. Għalhekk, it-talba kienet irrifjutata. |
3. Konklużjonijiet
|
(35) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, huwa konkluż li t-tipi ġodda tal-prodott kollha għandhom jitqiesu bħala l-prodott ikkonċernat b'mod esklussiv fir-rigward tal-kontenut tagħhom ta' AN - sakemm dan ma jaqbiżx it-80 % fil-piż - flimkien mas-sostanzi u n-nutrijenti marġinali, iżda mhux fejn jidħlu n-nutrijenti primarji P u K. Bħala riżultat, sabiex jiġu applikati biss il-miżuri eżistenti għal prodott ikkonċernat li huwa inkorporat fit-tipi ġodda tal-prodott kollha, l-applikazzjoni b'mod proporzjonali tal-miżuri eżistenti tidher li hija garantita. |
|
(36) |
Minn dan il-lat, huwa meqjus, fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ komposti (12) tal-fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju li għandhom kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż it-28 % fil-piż, il-miżuri eżistenti għandhom jiġu applikati fi proporzjon mal-kontenut ta’ AN tagħhom u ta’ sostanzi u nutrijenti marġinali oħra. Bil-għan li tiħfief il-proċedura doganali u l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju adatti li jikkorrispondu għall-ammont tal-prodott ikkonċernat inkorporat fil-kompost, erba' firxiet ta’ rati doganali kienu stabbiliti li kull wieħed minnhom jikkorrispondi għal grupp ta’ komposti li għandhom rispettivament l-ewwel wieħed anqas minn 3 % bil-piż ta’ P u/jew K, it-tieni wieħed 3 % bil-piż jew aktar iżda anqas minn 6 % bil-piż ta’ P u/jew K, it-tielet wieħed 6 % bil-piż jew aktar iżda anqas minn 9 % bil-piż ta’ P u/jew K u r-raba’ wieħed 9 % bil-piż jew aktar iżda li ma jaqbiżx it-12 % bil-piż ta’ P u/jew K. |
|
(37) |
Fl-aħħar nett, huwa konkluż li d-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat mogħtija fil-parti operativa tar-Regolamenti oriġinali teħtieġ li tiġi ċċarata: il-kliem “nitrat ta’ l-ammonju” għandu jinbidel b’ “fertilizzanti b’kontenut ta’ nitrat ta’ l-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż”, sabiex jirrikonoxxi li bosta fertilizzanti għandhom kontenut ta’ AN li jaqbeż it-80 % fil-piż, u għandhom kontenut N espress bħala nitroġenu nitriku u nitroġenu ammonijaku li jaqbeż it-28 % fil-piż, u sabiex tiġi evitata konfużjoni bejn il-prodott ikkonċernat u l-kontenut ewlieni tiegħu (AN). |
|
(38) |
Diversi partijiet ikkonċernati ma qablux ma dak li huma ddefinixxew bħala estensjoni tal-miżuri eżistenti għal prodotti oħra għajr il-prodott ikkonċernat. Hu mfakkar li l-konklużjonijiet ma jipprevedux għall-estensjoni tal-miżuri eżistenti bħala tali għal tipi ġodda ta’ prodotti, iżda għall-applikazzjoni proporzjonali tagħhom għall-prodott ikkonċernat inkorporat fit-tipi ġodda ta’ prodotti. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
|
1. |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 658/2002 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Dazju anti-dumping definittiv huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjoni ta’ fertilizzanti solidi b'kontenut tan-nitrat ta’ l-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 , 3102 40 90 , ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 , u li joriġinaw mir-Russja.” |
|
2. |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 132/2001 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Dazju anti-dumping definittiv huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjoni ta’ fertilizzanti solidi b'kontenut tan-nitrat ta’ l-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 , 3102 40 90 , ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 , u li joriġinaw mill-Ukraina.” |
|
3. |
L-Artikolu 1.2 tar-Regolament (KE) Nru 658/2002 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv għandha tkun stabbilita għal ammont fiss espress f’termini ta’ euro għal kull tunnellata kif jidher hawn taħt:
|
|
4. |
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 132/2001 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv għandha tkun stabbilita għal ammont fiss espress f’termini ta’ euro għal kull tunnellata kif jidher hawn taħt:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 21 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 198, 23.8.1995, p. 1.
(4) ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 993/2004 (ĠU L 182, 19.5.2004, p. 28).
(5) ĠU L 23, 25.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 993/2004.
(6) Għad-definizzjoni ta’ “nutrijenti sekondarji” u “mikro-nutrijenti”, ara l-premessa 19 tar-Regolament u ta’ l-Artikoli 2(ċ) u 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1).
(7) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
(8) Il-piż atomiku ta' N huwa 14.0067, ta' H — idroġenu – huwa 1.00794 u ta' l-O — ossiġnu — 15.9994. Il-piż totali ta' AN għalhekk huwa ta' 80.04, li minnu 28.01 huwa rrapreżentat minn N. Il-proporzjon bejn AN u N huwa ta' 2.86.
(9) Ara l-premessa 19 ta’ dan ir-Regolament u d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti.
(10) Ara l-premessa 19 ta’ dan ir-Regolament u d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(j) tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti.
(11) Ara l-premessa 19 ta’ dan ir-Regolament u d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament dwar il-fertilizzanti.
(12) Skond id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(j) tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti.