<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-31/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0031</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:830">EU:T:2018:830</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20181122">22.11.2018</DATE> – Kawża T-31/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Portugall vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>FAEG</KEYWORD><KEYWORD>Infiq eskluż mill-finanzjament</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni l-iktar ’il bogħod</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(c) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006</KEYWORD><KEYWORD>Assistenza teknika</KEYWORD><KEYWORD>Azzjonijiet ta’ spezzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Garanziji proċedurali</KEYWORD><KEYWORD>Aspettattivi leġittimi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑31/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża</HT>, irrappreżentata minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u A. Tavares de Almeida, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Rechena u A. Sauka, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018 tal‑<DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE> li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 312, p. 26</REF.DOC.OJ>), sa fejn din tneħħi mill-imsemmi finanzjament fil-konfront tar-Repubblika Portugiża s-somom ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">460202,73</FT> u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> (partita 6701),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Gervasoni, President, K. Kowalik-Bańczyk (Relatur) u C. Mac Eochaidh, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: I. Dragan, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-programm ta’ għażliet speċifiċi għan-natura iżolata u insulari tal-Madeira u tal-Azores (Poseima), ir-reġjuni awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira (il-Portugall) jibbenefikaw, sa mill‑1992, minn miżuri speċifiċi favur produzzjonijiet agrikoli lokali. Sa mis-sena finanzjarja 2007, dawn il-miżuri ġew iggruppati mill-ġdid fi programm ta’ appoġġ stabbilit konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat‑<DATE ISO="20060130">30 ta’ Jannar 2006</DATE> li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta’ l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="042" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 42, p. 1</REF.DOC.OJ>). Għal dan l-għan, ir-Repubblika Portugiża fasslet abbozz ta’ programm ġenerali, li ġie evalwat u approvat mill-Kummissjoni Ewropea konformement mal-Artikolu 24(1) u (2) tal-istess regolament (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>programm ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20080930">30 ta’ Settembru 2008</DATE>, ir-Repubblika Portugiża ppreżentat lill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 tat‑<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 247/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084M" PAGE.FIRST="319" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 84M, p. 319</REF.DOC.OJ>), abbozz ta’ emenda tal-programm ġenerali. Dan l-abbozz, irrivedut fis‑<DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, kien jipprevedi b’mod partikolari l-introduzzjoni, fi ħdan is-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores, ta’ miżura ġdida dwar il-finanzjament għall-istudji, proġetti dimostrattivi, taħriġ jew miżuri ta’ assistenza teknika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C(2009) 1364 final tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), il-Kummissjoni approvat l-emendi għall-programm ġenerali sottomessi mir-Repubblika Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores inkluda punt 4.6 ġdid, imfassal kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>4.6 Finanzjament ta’ studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ u miżuri ta’ assistenza teknika</P><P>Il-kuntest ġuridiku</P><P>L-Artikolu 50 tar-Regolament […] Nru 793/2006 […] jipprevedi l-finanzjament ta’ studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ u miżuri ta’ assistenza teknika […]</P><P>Għanijiet</P><P>Din il-miżura hija intiża li toħloq il-kundizzjonijiet għal twettiq effiċjenti tal-attivitajiet ta’ preparazzjoni, ta’ koordinazzjoni, ta’ informazzjoni, ta’ ġestjoni, ta’ spezzjoni, ta’ segwitu u ta’ evalwazzjoni tas-sottoprogramm [għar-]reġjun awtonomu tal-Azores.</P><P>Deskrizzjoni</P><P>Il-miżura għandha tidħol fl-attivitajiet eliġibbli li jiġu eżegwiti mill-entitajiet li għandhom responsabbiltajiet fid-diversi funzjonijiet neċessarji għall-ġestjoni tajba u għall-eżekuzzjoni tas-[sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores].</P><P>[…]</P><P>Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, ir-reġjun awtonomu tal-Azores qiegħed ifittex li jikseb il-fondi neċessarji sabiex jissodisfa l-bżonnijiet tal-partijiet kollha fis-[sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores].</P><?PAGE NO="3"?><P>Benefiċjarji</P><P><LIST TYPE="BULLET"><ITEM><P>L-awtoritajiet ta’ ġestjoni</P></ITEM></LIST></P><P>Spejjeż eliġibbli u skema ta’ appoġġ</P><P>Ser jitqiesu bħala eliġibbli u ser jiġu ffinanzjati 100 % l-ispejjeż marbuta ma’:</P><P><LIST TYPE="BULLET"><ITEM><P>l-akkwist u l-manutenzjoni ta’ beni u ta’ tagħmir,</P></ITEM><ITEM><P>l-akkwist ta’ servizzi,</P></ITEM><ITEM><P>it-twettiq ta’ studji u ta’ awditjar,</P></ITEM><ITEM><P>it-tfassil u t-tixrid ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità,</P></ITEM></LIST></P><P>u direttament attribwibbli għal attivitajiet ta’ preparazzjoni, ta’ koordinazzjoni, ta’ informazzjoni, ta’ ġestjoni, ta’ spezzjoni, ta’ segwitu u ta’ evalwazzjoni tas-[sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-miżura, l-awtoritajiet Portugiżi sostnew diversi spejjeż, iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, f’ammont totali ta’ EUR 460 202.73 għas-sena finanzjarja 2012 u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> għas-sena finanzjarja 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Għas-sena finanzjarja 2012, l-ispejjeż inkwistjoni kienu relatati mal-akkwist ta’ erba’ vetturi off-road (EUR 94 407.56), mas-salarji tal-persunal responsabbli għall-ispezzjonijiet fuq il-post (EUR 69 977.11), ma’ spejjeż marbuta mas-sistema ta’ informazzjoni, mas-sistema ta’ aċċess, mas-sistema tan-nar u ma’ vettura off-road (EUR 53 059.65), mal-akkwist ta’ 22 kompjuter u skrijn kif ukoll ma’ tliet laptops (EUR <FT TYPE="NUMBER">14446</FT>) u, fl-aħħar nett, mar-remunerazzjoni ta’ ħdax-il tekniku u ta’ direttur tas-servizzi (EUR 228 312.41).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Għas-sena finanzjarja 2013, l-ispejjeż inkwistjoni kienu jikkorrispondu mar-remunerazzjoni ta’ għaxar tekniċi u ta’ direttur tas-servizzi (EUR 199 095.92) kif ukoll ma’ kumpens li jkopri l-ispejjeż għaċ-ċaqliq ta’ dan id-direttur (EUR 904.08).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara investigazzjoni, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal‑<DATE ISO="20050621">21 ta’ Ġunju 2005</DATE> dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 209, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Portugiżi l-konstatazzjonijiet tagħha abbażi tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 tagħha tal‑<DATE ISO="20060621">21 ta’ Ġunju 2006</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="171" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 171, p. 90</REF.DOC.OJ>). F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni kkonstatat li l-ispejjeż inkwistjoni kellhom l-għan, fit-totalità tagħhom, li jiffinanzjaw il-persunal u t-tagħmir neċessarju għall-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi fil-kuntest tal-programm ġenerali. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li, peress li ma humiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1290/2005, minn naħa, u ma’ dawk tal-Artikolu 12(c) u tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 247/2006, min-naħa l-oħra, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) ma setax jieħu responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE>, l-awtoritajiet Portugiżi esprimew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni, sa fejn, skont huma, l-ispejjeż inkwistjoni kienu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Matul laqgħa bilaterali li saret fl‑<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Portugiżi żammu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom. Wara din il-laqgħa, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Portugiżi li hija kienet tqis li d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> ma setgħetx toħloq, fil-konfront tagħhom, aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20141222">22 ta’ Diċembru 2014</DATE>, l-awtoritajiet Portugiżi reġgħu sostnew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160712">12 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat uffiċjalment il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Portugiżi, konformement mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 885/2006. F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni għal darba oħra kkonkludiet li l-ispejjeż inkwistjoni kienu ineliġibbli billi bbażat ruħha fuq l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1290/2005 u l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006. Konsegwentement, hija pproponiet li tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni s-somma totali ta’ EUR 660 202.73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-FAEG u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 312, p. 26</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Fir-rigward tar-Repubblika Portugiża, il-Kummissjoni b’mod partikolari eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni s-somom ta’ EUR 460 202.73 u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> (partita 6701), li jikkorrispondu mal-ispejjeż inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20170120">20 ta’ Jannar 2017</DATE>, ir-Repubblika Portugiża ippreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20170327">27 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża ppreżentat ir-replika fis‑<DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE> u l-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika fit‑<DATE ISO="20170628">28 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, adottati abbażi tal-Artikolu 89(3)(a) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti Ġenerali għamlet xi mistoqsijiet lill-partijiet u talbithom jipproduċu provi. Il-partijiet ikkonformaw ma’ din it-talba fit-termini stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni fil-konfront tagħha s-somom ta’ EUR 460 202.73 u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Portugiża tqajjem tliet motivi, ibbażati fuq il-ksur, l-ewwel wieħed, tal-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi, it-tieni wieħed, tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 u, it-tielet wieħed, tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li hemm lok jitqies, qabelxejn, it-tielet motiv, li huwa marbut mal-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, sussegwentement, it-tieni motiv, li huwa bbażat fuq il-ksur ta’ regola sostantiva tad-dritt idderivat tal-Unjoni u, fl-aħħar nett, l-ewwel motiv, li huwa bbażat fuq il-ksur ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża targumenta li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006 meta indirizzatilha l-ewwel komunikazzjoni bil-miktub li ma kinitx immotivata b’mod suffiċjenti. Fil-fatt, minn naħa, l-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> ma tesponix ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż inkwistjoni kienu ġew esposti għall-finijiet tat-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ spezzjoni. Min-naħa l-oħra, din l-ittra ma tindikax għaliex l-ebda kap ta’ spiża inkwistjoni, meħud individwalment, ma jista’ jibbenefika mill-finanzjament tal-FAEG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-Repubblika Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok jiġi ppreċiżat li, skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 247/2006, il-miżuri speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura favur ir-reġjuni l-iktar ’il bogħod meħuda abbażi ta’ dan ir-regolament jikkostitwixxu intervenzjonijiet intiżi li jirregolaw is-swieq agrikoli fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 1290/2005. Konsegwentement, l-ispejjeż iffinanzjati mill-Unjoni abbażi tar-Regolament Nru 247/2006 huma fost l-ispejjeż tal-FAEG elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1290/2005 u, għaldaqstant, huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-regolament applikabbli għall-ispejjeż ta’ dan il-fond.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-Kummissjoni tkun fi ħsiebha tneħħi mill-finanzjament tal-Unjoni ċerti spejjeż esposti minn Stat Membru abbażi tar-Regolament Nru 247/2006, hija għandha ssegwi l-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità prevista mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005, li l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tagħha huma ddefiniti mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 885/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-deċiżjoni finali u definittiva dwar l-approvazzjoni tal-konformità għandha tittieħed wara proċedura kontradittorja speċifika li matulha l-Istati Membri kkonċernati għandu jkollhom il-garanziji meħtieġa kollha sabiex jippreżentaw il-perspettiva tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:687">EU:C:2000:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006 jipprevedi li jekk, wara investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li xi spejjeż ma sarux konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija għandha tikkomunika l-konstatazzjonijiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-komunikazzjoni bil-miktub fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat għarfien perfett tar-riżervi tal-Kummissjoni, b’mod illi tkun tista’ taqdi l-funzjoni ta’ twissija mogħtija lilha mill-imsemmija dispożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:266">EU:C:2012:266</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006 jeżiġi li l-irregolarità li l-Istat Membru kkonċernat huwa kkritikat għaliha tkun indikata b’mod suffiċjentement preċiż fil-komunikazzjoni bil-miktub prevista fl-ewwel subparagrafu tal-imsemmija dispożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:266">EU:C:2012:266</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi eżaminat jekk l-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006 u jekk tikkostitwixxix, konsegwentement, komunikazzjoni regolari skont l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, bħalma argumentat il-Kummissjoni, l-ewwel nett, l-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> tiċċita t-testi li hija tagħmel applikazzjoni tagħhom, jiġifieri l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1290/2005, minn naħa, u l-Artikolu 12(c) u l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 247/2006, min-naħa l-oħra. It-tieni nett, din l-ittra tfakkar l-għan tal-miżura prevista fil-punt 4.6 tal-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores kif ukoll il-kategoriji ta’ spejjeż eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni elenkati minn din il-miżura. It-tielet nett, l-istess ittra tidentifika l-ispejjeż eżaminati mill-Kummissjoni billi tippreċiża, għal kull kap minn dawn l-ispejjeż, is-sena finanzjarja kkonċernata, l-awtorità responsabbli mill-ispiża kif ukoll is-suġġett u l-ammont ta’ din l-ispiża. Ir-raba’ nett, l-imsemmija ittra tikkonstata li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>it-totalità tal-ispejjeż [inkwistjoni] intużat sabiex tiffinanzja l-persunal u t-tagħmir neċessarju għall-ispezzjonijiet imwettqa mill-[awtoritajiet Portugiżi] relatati mal-programm [ta’ sostenn]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-ħames nett, l-ittra tispjega li l-ispejjeż esposti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-kuntest tal-obbligi amministrattivi u ta’ spezzjoni tagħhom huma marbuta mal-attività prinċipali tal-aġenziji tal-pagamenti, b’mod illi l-FAEG ma tistax tieħu responsabbiltà ta’ dawn l-ispejjeż. Is-sitt nett, din l-ittra tikkonkludi li l-ispejjeż inkwistjoni huma ineliġibbli għall-finanzjament tal-FAEG minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1290/2005, minn naħa, u tal-Artikolu 12(c) u tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 247/2006, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> tesponi b’mod suffiċjentement preċiż in-natura u l-motivi tal-irregolarità kkritikata lir-Repubblika Portugiża u tagħti lil dan l-Istat Membru għarfien perfett tar-riżervi tal-Kummissjoni. Konsegwentement, din l-ittra tissodisfa, f’dan il-każ, il-funzjoni tagħha ta’ twissija fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi mminata miż-żewġ ilmenti fformulati speċifikament mir-Repubblika Portugiża fil-konfront tal-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq l-argument li din l-ittra ma tesponix ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż inkwistjoni kienu ġew esposti sabiex jitwettqu azzjonijiet ta’ spezzjoni, hemm lok jiġi rrilevat li mill-formulazzjoni stess ta’ kap tal-ispejjeż inkwistjoni – jiġifieri s-somma ta’ EUR 69 977.11 li tikkorrispondi mas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>salarji tal-persunal responsabbli mill-ispezzjonijiet fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] imħallsa matul is-sena finanzjarja 2012 – jirriżulta li din l-ispiża kienet marbuta mat-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ spezzjoni. Barra minn hekk, sa fejn ir-Repubblika Portugiża kellha għarfien perfett tan-natura tal-ispejjeż inkwistjoni u sa fejn hija rrikonoxxiet ulterjorment, b’mod partikolari matul il-laqgħa bilaterali tal‑<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li dawn l-ispejjeż kienu ġew esposti fil-kuntest tal-attività ta’ spezzjoni tagħha, l-assenza ta’ spjegazzjonijiet iktar iddettaljati fl-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, b’mod partikolari sa fejn jirrigwarda s-somom ħlief dik ta’ EUR 69 977.11 imsemmija iktar ’il fuq, bl-ebda mod ma pprekludiet, f’dan il-każ, lir-Repubblika Portugiża milli tesponi l-perspettiva tagħha u li tikkontesta l-fondatezza tal-korrezzjoni finanzjarja proposta mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq l-argument li l-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> ma tippreċiżax ir-raġunijiet li għalihom l-ebda kap tal-ispejjeż inkwistjoni, meħud individwalment, ma jista’ jibbenefika mill-finanzjament tal-FAEG, għandha tingħata t-tweġiba li, meta l-istess motiv ta’ ineliġibbiltà jitqajjem għal kategorija jew grupp ta’ spejjeż, il-Kummissjoni tista’ tillimita ruħha għal<?PAGE NO="7"?> motivazzjoni ġenerali għall-ispejjeż ikkonċernati kollha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>BVBA Management, Training en Consultancy</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:99">EU:C:2007:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, hemm lok jiġi rrilevat li, fl-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż inkwistjoni kellhom, fit-totalità tagħhom, l-għan li jiffinanzjaw il-persunal u t-tagħmir neċessarju għat-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ spezzjoni u li, sa fejn dawn l-ispejjeż kienu jagħmlu parti mill-attività prinċipali tal-awtoritajiet nazzjonali, dawn ma kinux eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni. F’dawn il-kundizzjonijiet u fid-dawl tal-fatt li, skont l-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, l-ispejjeż inkwistjoni kollha kellhom l-istess għan, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li mmotivat, b’mod ġenerali, ir-riżervi tagħha fir-rigward tal-finanzjament ta’ dawn l-ispejjeż mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan kollu preċedenti jirriżulta li l-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża targumenta li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006, li tawtorizza l-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta mal-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ. Issa, l-azzjonijiet ta’ spezzjoni, minn naħa, jikkostitwixxu tip ta’ azzjonijiet ta’ assistenza teknika u, min-naħa l-oħra, huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe programm ta’ appoġġ. Minn dan isegwi li, b’deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1290/2005, l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet nazzjonali dwar l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni meta, bħal f’dan il-każ, huma mġarrba għal attività ta’ spezzjoni u fil-kuntest ta’ programm ta’ appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-Repubblika Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok jiġi kkonstatat li huwa stabbilit bejn il-partijiet li l-ispejjeż inkwistjoni ġew esposti sabiex jiġi ffinanzjat il-persunal u t-tagħmir neċessarju għat-twettiq, mill-awtoritajiet Portugiżi, ta’ azzjonijiet ta’ spezzjoni, li jikkonsistu b’mod partikolari fi spezzjonijiet imwettqa fil-kuntest tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores. Barra minn hekk, kemm mill-proċess, u b’mod partikolari mill-ittra tal‑<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE> u mill-ittra tal-awtoritajiet Portugiżi tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE>, kif ukoll mill-ispjegazzjonijiet orali tal-partijiet matul is-seduta, jirriżulta li l-awtoritajiet Portugiżi li wettqu dawn l-azzjonijiet ta’ spezzjoni u li jibbenefikaw mill-ispejjeż inkwistjoni ma kinux l-aġenzija tal-pagamenti li tinsab f’Liżbona (il-Portugall), iżda awtoritajiet amministrattivi oħrajn preżenti fl-Azores.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dibattitu bejn il-partijiet ma jirrigwardax in-natura u l-għan tal-ispejjeż inkwistjoni, iżda jirrigwarda biss il-kwistjoni, purament ġuridika, dwar jekk dawn l-ispejjeż humiex eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Regolamenti Nri 247/2006 u 793/2006 jipprevedu miżuri speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura favur reġjuni l-iktar ’il bogħod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hemm lok jiġi rrilevat li, qabelxejn, l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 jipprovdi li programm ta’ appoġġ għandu jinkludi, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deskrizzjoni tal-miżuri maħsuba, u b’mod partikolari skemi ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni tal-programm, u, fejn adegwat, tagħrif dwar il-bżonnijiet għal xi studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ jew operazzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-adozzjoni tal-miżuri konċernati<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-tielet inċiż tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 247/2006 jipprevedi l-adozzjoni ta’ modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-istess regolament sa fejn jirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[l]-istudji, il-proġetti dimostrattivi, it-taħriġ jew l-operazzjonijiet ta’ assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 12(ċ) [tal-imsemmi regolament]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 50 tar-Regolament Nru 793/2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni previsti fit-tielet inċiż tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 247/2006, jistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[l]-ammont meħtieġ biex jiffinanzja studji finanzjarji, proġetti ta’ dimostrazzjoni, taħriġ u miżuri ta’ assistenza teknika stipulati fil-programm approvat taħt l-Artikolu 24(2) tar-Regolament […] Nru 247/2006 […] ma jistgħax jeċċedi l‑1 % tal-ammont totali tal-finanzjament għall-programm.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet kollha jirriżulta li l-istudji, il-proġetti dimostrattivi, it-taħriġ kif ukoll l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 u previsti minn skema ta’ għajnuna favur reġjun l-iktar ’il bogħod huma, bħala prinċipju, eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, sakemm, b’mod partikolari, dawn ikunu marbuta mal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew l-adattazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolamenti Nri 247/2006 u 793/2006 ma jinkludu ebda dispożizzjoni li tiddefinixxi d-diversi tipi ta’ azzjonijiet li jsemmu. B’mod partikolari, dawn ir-regolamenti ma jippreċiżawx jekk l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>operazzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta [mal-] […] implimentazzjoni […] tal-miżuri [ta’ sostenn]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> imsemmija fl-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 jinkludux jew le l-azzjonijiet ta’ spezzjoni imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok jiġi eżaminat jekk, bħalma targumenta r-Repubblika Portugiża u tikkontesta l-Kummissjoni, azzjonijiet ta’ spezzjoni, bħal dawk mwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi, jikkostitwixxux azzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta mal-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ appoġġ fis-sens tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat jekk huwiex possibbli, sabiex tingħeleb l-impreċiżjoni tar-Regolamenti Nri 247/2006 u 793/2006, li tiġi applikata f’din il-kawża dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tinkludi definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jew, tal-inqas, li tittieħed minn dan id-dritt definizzjoni ġenerali u trażversali ta’ dan il-kunċett li tista’ tiġi trasposta f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Portugiża tagħmel riferiment, minn naħa, għall-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 1290/2005 u, min-naħa l-oħra, għall-Artikolu 186 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad‑<DATE ISO="20121029">29 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="362" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 362, p. 1</REF.DOC.OJ>). Skont ir-Repubblika Portugiża, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jinkludi l-azzjonijiet ta’ spezzjoni neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, filwaqt li huwa minnu li kull waħda miż-żewġ dispożizzjonijiet invokati mir-Repubblika Portugiża tagħmel xi preċiżjonijiet dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u ssemmi, b’mod partikolari, l-attivitajiet ta’ spezzjoni, ebda waħda minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma hija applikabbli f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 1290/2005, minkejja li jirrigwarda azzjonijiet ta’ assistenza teknika ffinanzjati mill-FAEG u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), jirregola biss l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika ffinanzjati b’mod iċċentralizzat fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew għan-nom tagħha. Minn dan isegwi li din id-dispożizzjoni ma tistax tkun applikabbli għal azzjonijiet ta’ assistenza teknika, bħal dawk maħsuba mill-punt 4.6 tal-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores, li, peress li huma implimentati fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, huma ffinanzjati b’mod iddeċentralizzat mill-FAEG.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 186 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012 għandu l-għan biss li jiddefinixxi, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u tal-għoti ta’ sussidji mill-Unjoni, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>għotjiet [u] kuntratti għall-assistenza teknika konklużi bejn mal-[Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)] jew mal-Fond Ewropew tal-Investiment [(FEI)]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>għotjiet […] konċessi […] lill-BEI u l-[FEI] għall-azzjonijiet ta’ assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li jinsabu, rispettivament, fl-Artikolu 101(3) u fl-Artikolu 125(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>). Minn dan isegwi li din id-dispożizzjoni ma hijiex relatata mal-finanzjament mill-FAEG tal-ispejjeż ta’ assistenza teknika esposti mill-Istati Membri fil-kuntest tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-eventwali inklużjoni tal-azzjonijiet ta’ spezzjoni fost l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 ma tistax tirriżulta mis-sempliċi applikazzjoni tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 1290/2005 jew tal-Artikolu 186 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżami taż-żewġ dispożizzjonijiet invokati mir-Repubblika Portugiża kif ukoll tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 juri l-eżistenza fid-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjonijiet li jiddeskrivu b’mod differenti l-azzjonijiet li jaqgħu taħt l-assistenza teknika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-paragun bejn dawn id-diversi dispożizzjonijiet jirriżulta li l-azzjonijiet ta’ spezzjoni ma humiex imsemmija b’mod sistematiku fost l-azzjonijiet li jaqgħu taħt l-assistenza teknika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minkejja li l-Artikolu 186 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012 jiddefinixxi b’mod konkret il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u jsemmi b’mod espliċitu, għal dan l-għan, l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni, ta’ awditjar u ta’ spezzjoni neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ programm jew ta’ azzjoni, dan ma huwiex l-istess la fir-rigward tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1290/2005 u lanqas tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1290/2005, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Finanzjament ieħor, inkluża assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, sempliċement jelenka diversi tipi ta’ azzjonijiet mingħajr ma jiddefinixxi espressament il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Barra minn hekk, dan l-artikolu jsemmi kemm il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>miżuri ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ appoġġ amministrattiv u tekniku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kif ukoll l-azzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ta’ evalwazzjoni, ta’ verifika u ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Barra minn hekk, l-imsemmi artikolu jsemmi, fil-punt (a), kemm l-azzjonijiet li jaqgħu taħt l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>assistenza teknika u amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kif ukoll dawk dwar l-implimentazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sistemi ta’ kontroll<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Għaldaqstant, l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1290/2005 mhux biss ma jsemmix espressament l-azzjonijiet ta’ spezzjoni fost l-azzjonijiet li jaqgħu taħt l-assistenza teknika, iżda jippreżenta għall-kuntrarju, f’żewġ okkażjonijiet, l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika, mifhuma fis-sens ristrett ta’ azzjonijiet ta’ sostenn amministrattiv u tekniku, minn naħa, u l-azzjonijiet ta’ spezzjoni, min-naħa l-oħra, bħala li jikkostitwixxu żewġ tipi ta’ azzjonijiet distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 jsemmi, fir-rigward tiegħu, biss l-istudji, il-proġetti dimostrattivi, it-taħriġ u l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika. Dan japplika wkoll għat-tielet inċiż tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 247/2006 u għall-Artikolu 50 tar-Regolament Nru 793/2006. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti Nri 247/2006 u 793/2006, l-uniċi applikabbli għal din il-kawża, ma jsemmux l-azzjonijiet ta’ evalwazzjoni, ta’ awditjar u ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, fid-dawl tal-assenza ta’ koerenza bejn id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tar-Regolamenti Nri 1290/2005, 247/2006 u tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012, jidher, fid-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari fil-qasam tal-FAEG, minn naħa, li ma teżistix definizzjoni ġenerali u trażversali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li tista’ tiġi trasposta f’din il-kawża u, min-naħa l-oħra, li, kuntrarjament għal dak li targumenta r-Repubblika Portugiża, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma tindikax neċessarjament assjem ta’ azzjonijiet li jinkludu l-azzjonijiet ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fl-assenza ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li tista’ tiġi applikata jew trasposta f’din il-kawża, l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 għandu jiġi interpretat b’mod illi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831117">17 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>Merck</NAME.CASE>, <NO.CASE>292/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:335">EU:C:1983:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>EasyCar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:150">EU:C:2005:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa utli jitfakkar li, bħalma diġà ġie rrilevat fil-punt 25 iktar ’il fuq, il-miżuri meħuda favur reġjuni l-iktar ’il bogħod abbażi tar-Regolament Nru 247/2006 jikkostitwixxu spejjeż tal-FAEG fis-sens tar-Regolament Nru 1290/2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li, minkejja li r-Regolament Nru 1290/2005 jipprevedi, fl-Artikolu 5(a) tiegħu, il-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ assistenza teknika u amministrattiva implimentati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew għan-nom tagħha, min-naħa l-oħra dan ma jinkludi ebda dispożizzjoni li tipprevedi l-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ assistenza teknika implimentati fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk jidher li, sa fejn dawn jipprevedu l-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta mal-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri fir-reġjuni l-iktar ’il bogħod, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 jistabbilixxu regoli speċifiċi li jidderogaw mir-regoli ġenerali tal-FAEG previsti mir-Regolament Nru 1290/2005 u għandhom, għaldaqstant, ikunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel nett, hemm lok jiġi kkonstatat li, bħalma diġà ġie rrilevat fil-punt 60 iktar ’il fuq, la l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 u lanqas id-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħrajn tar-Regolamenti Nri 247/2006 u 793/2006 ma jsemmu l-azzjonijiet ta’ evalwazzjoni, ta’ awditjar u ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>It-tieni nett, ġie rrilevat ukoll fil-punt 59 iktar ’il fuq li, fil-qasam tal-FAEG, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>assistenza teknika<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jistgħu, f’ċerti sitwazzjonijiet u b’mod partikolari fil-kuntest tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 1290/2005, ma jagħmlux riferiment għal assjem ta’ azzjonijiet li jinkludu l-azzjonijiet ta’ spezzjoni, iżda jagħmlu riferiment biss għal azzjonijiet ta’ sostenn amministrattiv u tekniku fis-sens strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1290/2005, il-pagamenti relatati mal-finanzjamenti previsti skont dan ir-regolament isiru, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, integralment favur benefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-krediti allokati lill-FAEG, u b’mod partikolari dawk allokati lill-Istati Membri, għandhom, bħala prinċipju, jintużaw sabiex jiffinanzjaw spejjeż operattivi li huma pagamenti favur benefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, dawn il-krediti ma jistgħux jintużaw sabiex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jwettqu attivitajiet amministrattivi li huma imposti fuqhom b’mod normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Issa, hemm lok jiġi nnutat li l-ispezzjoni tal-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna u ta’ primjums hija r-responsabbiltà normali tal-Istati Membri, indipendentement mill-eżistenza ta’ miżura ta’ assistenza teknika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tal-miżuri speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura favur ir-reġjuni l-iktar ’il bogħod, l-Istati Membri huma obbligati jwettqu spezzjonijiet amministrattivi u spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 247/2006 kif ukoll tal-Artikoli 30 sa 33 tar-Regolament Nru 793/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għandu jiżdied li dawn l-ispezzjonijiet, u b’mod partikolari l-ispezzjonijiet fuq il-post, huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jistgħu jkunu awtoritajiet distinti mill-aġenzija tal-pagamenti, bħall-awtoritajiet amministrattivi Portugiżi msemmija fil-punt 41 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha stipulati fil-punti 63 sa 73 iktar ’il fuq, mill-interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>operazzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta [mal]-implimentazzjoni […] tal-miżuri [ta’ sostenn]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li huwa jsemmi ma jinkludux l-azzjonijiet ta’ spezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi mminata bl-argument tar-Repubblika Portugiża bbażata, l-ewwel nett, fuq l-argument li l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ neċessarjament tinkludi azzjonijiet ta’ spezzjoni u, it-tieni nett, fuq l-argument li min għandu jkopri l-ispejjeż relatati ma’ dawn l-azzjonijiet ta’ spezzjoni kien ikun previst espressament fis-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, iċ-ċirkustanza li azzjonijiet ta’ spezzjoni jkunu neċessarji għall-eżekuzzjoni tajba ta’ programm ta’ appoġġ ma tippermettix la li jiġu kklassifikati bħala azzjonijiet ta’ assistenza teknika u lanqas li jintrabtu mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ dan il-programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, fin-nuqqas li jikkostitwixxu azzjonijiet ta’ sostenn amministrattiv u tekniku fis-sens strett, l-azzjonijiet ta’ spezzjoni ma jikkostitwixxux azzjonijiet ta’ assistenza teknika fis-sens tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa possibbli, fost l-azzjonijiet imsemmija mill-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006, li jiġu distinti, kronoloġikament u kunċettwalment, qabelxejn, l-azzjonijiet ta’ preparazzjoni ta’ miżura, sussegwentement, l-azzjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni konkreta ta’ din il-miżura u, fl-aħħar nett, l-azzjonijiet intiżi li jispezzjonaw l-eżekuzzjoni tajba tal-imsemmija miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>It-tieni nett, hemm lok jitfakkar li, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 247/2006, il-miżuri meħuda fil-kuntest tal-programmi ta’ sostenn favur ir-reġjuni l-iktar ’il bogħod għandhom ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ programm ta’ appoġġ, anki approvati mill-Kummissjoni, ma jistgħux, konformement mal-prinċipju ta’ ġerarkija tar-regoli, jippermettu li ssir deroga mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, u lanqas li jiġu invokati b’mod utli għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dawn tal-aħħar. Minn dan isegwi li ċ-ċirkustanza li l-punt 4.6 tal-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores jipprevedi min għandu jkopri l-ispejjeż direttament attribwibbli għall-attivitajiet ta’ spezzjoni ta’ dan is-sottoprogramm ma għandhiex rilevanza fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-azzjonijiet ta’ spezzjoni mwettqa minn awtoritajiet nazzjonali humiex fost l-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-azzjonijiet ta’ spezzjoni li taw lok għall-ispejjeż inkwistjoni ma jikkostitwixxux azzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta mal-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ appoġġ fis-sens tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Minn dan kollu preċedenti jirriżulta li l-ispejjeż inkwistjoni ma humiex eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża targumenta li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Fil-fatt, minn naħa, il-Kummissjoni approvat, fid-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE>, miżura ta’ appoġġ li tkopri espressament, bħala spejjeż eliġibbli, l-ispejjeż direttament attribwibbli għal attivitajiet ta’ spezzjoni. Min-naħa l-oħra, il-garanziji mogħtija mill-Kummissjoni huma konformi mar-regoli applikabbli. F’dawn il-kundizzjonijiet, id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> ħolqot, fil-konfront tal-awtoritajiet Portugiżi, aspettattiva leġittima fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-Repubblika Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita sew, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jinsab fost il-prinċipji fundamentali tal-Unjoni (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19810505">5 ta’ Mejju 1981</DATE>, <NAME.CASE>Dürbeck</NAME.CASE>, <NO.CASE>112/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:94">EU:C:1981:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050607">7 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>VEMW <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:362">EU:C:2005:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li kull parti fil-kawża għandha d-dritt tgawdi minn dan il-prinċipju meta tkun tinsab f’sitwazzjoni li minnha jirriżulta li l-amministrazzjoni tal-Unjoni, billi tagħtiha garanziji preċiżi, tkun ħolqot aspettattivi leġittimi fil-konfront tagħha. Informazzjoni preċiża, inkundizzjonali u konkordanti, tkun xi tkun il-forma li tkun ikkomunikata fiha, tikkostitwixxi tali assigurazzjonijiet. L-assigurazzjonijiet mogħtija għandhom, barra minn hekk, ikunu konformi mar-regoli applikabbli (ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>AER vs Karatzoglou</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:453">EU:C:2007:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Kahla Thüringen Porzellan vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:769">EU:C:2010:769</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa stabbilit li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jista’ jiġi invokat anki minn Stat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:385">EU:C:2012:385</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0181">181</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li hemm lok jiġi eżaminat jekk, f’dan il-każ, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kienx jipprekludi li l-Kummissjoni tneħħi l-ispejjeż inkwistjoni mill-finanzjament tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat jekk id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> tinkludix assigurazzjonijiet preċiżi, inkundizzjonali u konkordanti fir-rigward tal-eliġibbiltà għall-finanzjament tal-Unjoni tal-ispejjeż koperti mill-punt 4.6 tal-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jidher utli li jitfakkar il-kuntest ġuridiku li tidħol fih id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> li tapprova l-emendi għall-programm ġenerali sottomessi lill-Kummissjoni mir-Repubblika Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura favur ir-reġjuni l-iktar ’il bogħod, l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 247/2006 jipprevedi proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ abbozzi ta’ programmi ġenerali proposti mill-Istati Membri. Bl-istess mod, l-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 793/2006 jorganizza proċedura ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-emendi li l-Istati Membri jixtiequ jagħmlu għal dawn il-programmi ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri ta’ appoġġ inklużi fil-programmi ġenerali tikkostitwixxi prekundizzjoni indispensabbli għall-finanzjament tal-imsemmija miżuri mill-FAEG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Madankollu, il-programmi ġenerali li għandhom natura previżjonali, b’mod illi, meta tapprovahom, il-Kummissjoni ma tiħux, bħala prinċipju, pożizzjoni b’mod definittiv fuq il-konformità tal-miżuri li dawn jinkludu mar-regoli applikabbli kollha tad-dritt tal-Unjoni u, għaldaqstant, fuq l-eliġibbiltà ta’<?PAGE NO="13"?> dawn il-miżuri għall-finanzjament tal-Unjoni. Għaldaqstant, ma jistax jiġi dedott mis-sempliċi approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ programm ġenerali, la li l-miżuri inklużi f’dan il-programm huma neċessarjament konformi mar-regoli applikabbli kollha tad-dritt tal-Unjoni, u lanqas li l-eliġibbiltà ta’ dawn il-miżuri għall-finanzjament tal-Unjoni ma tistax tiġi kkontestata iktar mill-Kummissjoni, b’mod partikolari matul il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità prevista fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Ir-<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C ‑4/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:237">EU:C:2018:237</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li l-punt 4.6 tal-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores, imdaħħal fil-programm ġenerali permezz tad-Deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE>, minn naħa, isemmi, fost l-ispejjeż eliġibbli, ċerti spejjeż direttament attribwibbli għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>attivitajiet […] ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u, min-naħa l-oħra, jinnomina bħala benefiċjarji tal-miżura l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>awtoritajiet ta’ ġestjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, qabelxejn, id-dispożittiv tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> sempliċement japprova l-emendi għall-programm ġenerali sottomessi mir-Repubblika Portugiża abbażi tal-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 793/2006 u ma jiddeċidix espressament dwar l-eliġibbiltà għall-finanzjament tal-Unjoni tal-ispejjeż li jsiru fil-kuntest ta’ dan il-programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Sussegwentement, filwaqt li huwa minnu li, fil-premessa 2 tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Kummissjoni indikat, fi kliem ġenerali, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>l-emenda [tal-programm ġenerali kienet] tosserva l-għanijiet u r-rekwiżiti tar-Regolament […] Nru 247/2006<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, min-naħa l-oħra hija ma ddeċidietx speċifikament fl-imsemmija deċiżjoni dwar il-konformità tal-miżura mdaħħla fil-punt 4.6 tal-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006 u barra minn hekk ma ħaditx pożizzjoni espressa dwar il-konformità ta’ din il-miżura mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha fil-qasam ta’ FAEG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, id-dispożittiv tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> jippreċiża li l-approvazzjoni magħmula minn din id-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ma tkoprix il-modalitajiet ta’ spezzjoni u s-sanzjonijiet li ser jiġu eżaminati fil-kuntest tal-awditjar tal-FAEG<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> [deċiżjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, fid-dawl tal-kliem tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> kif ukoll tal-kuntest ġuridiku li jidħol fih, il-Kummissjoni ma tistax titqies li pprovdiet lill-awtoritajiet Portugiżi, fl-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, informazzjoni preċiża, inkundizzjonali u konkordanti fir-rigward tal-eliġibbiltà għall-finanzjament tal-Unjoni tal-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta’ spezzjoni msemmija fil-punt 4.6 tal-Anness I tas-sottoprogramm għar-reġjun awtonomu tal-Azores.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li mit-tweġiba mogħtija għat-tieni motiv jirriżulta li, skont l-Artikolu 12(c) tar-Regolament Nru 247/2006, l-ispejjeż esposti mill-awtoritajiet nazzjonali fil-kuntest ta’ azzjonijiet ta’ spezzjoni ma humiex eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, anki jekk kellu jiġi aċċettat li, billi approvat, permezz tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE>, l-introduzzjoni, fil-programm ġenerali, ta’ miżura ġdida ta’ assistenza teknika, il-Kummissjoni pprovdiet lill-awtoritajiet Portugiżi assigurazzjonijiet preċiżi dwar it-teħid ta’ responsabbiltà mill-FAEG ta’ ċerti spejjeż esposti fil-kuntest ta’ azzjonijiet ta’ spezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi, tali assigurazzjonijiet kienu jkunu, fi kwalunkwe każ, kuntrarji għar-regoli applikabbli u, konsegwentement, ma kinux ikunu jistgħu joħolqu, fil-konfront tar-Repubblika Portugiża, aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż inkwistjoni għall-finanzjament tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-Repubblika Portugiża ma hijiex fondata li tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv u, konsegwentement, ir-rikors, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika Portugiża tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kowalik-Bańczyk</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Mac Eochaidh</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>