<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1001087301.case.xml"><NO.CASE>C-559/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0559</NO.CELEX><NO.SEQ>0039.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10875</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10887</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20111027">27.10.2011</DATE> — KAWŻA C-559/10</LEFT><RIGHT>DELI OSTRICH</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-559/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101117">17 ta’ Novembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20101129">29 ta’ Novembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Deli Ostrich NV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Belgische Staat</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn K. Schiemann, li qed jaġixxi bħala President tat-Tmien Awla, L. Bay Larsen u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-10876"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Deli Ostrich NV, minn K. Spagnoli, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u J.-C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Bouyon u B. Burggraaf, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa<?PAGE NO="I-10877"?> Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 301, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), b’mod partikolari tas-subintestaturi <FT TYPE="CN">02089040</FT> u <FT TYPE="CN">02089095</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Deli Ostrich NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Deli Ostrich<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Belgische Staat, irrappreżentat mill-Federale Overheidsdienst Financiën, Douane en Accijnzen (Dipartiment pubbliku federali tal-finanzi, tad-dwana u tas-sisa), dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tal-laħam tal-ġemel iffriżat li ġej mill-Awstralja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM li tidher fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87. Il-verżjoni tan-NM applikabbli fid-data ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali hija dik li tirriżulta mir-Regolament Nru 1549/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>In-NM hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ merkanzija, imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, imwaqqfa mill-Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni ta’ oġġetti, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>, u approvata, flimkien mal-Protokoll li jemendaha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Volum 2, p. 288).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10878"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Taqsima I, iddedikata għar-regoli ġenerali, il-Parti A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titoli tat-taqsimiet, kapitoli u subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ l-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli ta’ titlu [fis-subintestaturi ta’ intestatura] għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subtitli [is-subintestaturi] u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitolu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM fiha klassifikazzjoni tal-merkanzija f’oqsma, kapitoli, intestaturi u subintestaturi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10879"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Taqsima I ta’ din il-Parti intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Annimali ħajjin; prodotti minn annimali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, tinkludi l-Kapitolu 2 li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Laħam u ġewwieni li jittiekel<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li fih tinsab l-intestatura 0208 ifformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>0208</CELL><CELL COL="2">Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew friżat</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">020890</FT></CELL><CELL COL="2">— oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">02089010</FT></CELL><CELL COL="2">— — ta’ ħamiem domestiku</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">— — ta’ kaċċa, ħlief fniek jew liebri:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">02089020</FT></CELL><CELL COL="2">— — — tas-summien</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">02089040</FT></CELL><CELL COL="2">— — — oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">02089055</FT></CELL><CELL COL="2">— — laħam tal-foki</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">02089060</FT></CELL><CELL COL="2">— — ta’ renni</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">02089070</FT></CELL><CELL COL="2">— — saqajn taż-żrinġijiet</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">02089095</FT></CELL><CELL COL="2">— — oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10880"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) u l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2658/87, il-Kummissjoni Ewropea tħejji noti ta’ spjega tan-NM, li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega li kienu fis-seħħ, fid-data li fiha seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, huma dawk li ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20060228">28 ta’ Frar 2006</DATE> (C 50, p. 1). Fir-rigward tas-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT>, dawn jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dan is-subtitlu jinkludi l-laħam u ġewwieni li jittiekel ta’:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>tjur bil-fer; ċriev mhux tqal, ċriev żgħar, kamoxxi jew izard (<HT TYPE="ITALIC">Rupicapra rupicapra</HT>), elk, antilop mogħża, antilopi, għażżiela, orsijiet u kanguri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>tjur bir-rix; ħamiem salvaġġ, wiżż salvaġġ, papri slavaġ, perniċi, faġani, gallini, bekkaċċ, faġan (grouse), ortolani u nagħmiet</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ġeneralment oġġetti għal kaċċa u sparar (faġani, ċriev mhux tqal, nagħmiet, eċċ.) jibqgħu klassifikati bħala laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ annimali slavaġ anki meta annimali bħal dawn trabbew fi priġunerija.</P><P>Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ renni huwa eskluż minn dak is-subtitlu (subtitlu <FT TYPE="CN">02089060</FT>). Madanakollu, il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ ċerti speċi ta’ renni (eż. karibú) huma klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm tingħata prova li dan il-laħam u ġewwieni li jittiekel ġew minn annimali li għexu fis-salvaġġ u li kienu kkaċċjati.</P><?PAGE NO="I-10881"?><P>Dan is-subtitlu ma jkoprix il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ fniek slavaġ (<HT TYPE="ITALIC">Oryctolagus cuniculus</HT>) jew liebri, li jaqgħu f’subtitlu <FT TYPE="CN">02081090</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-kumpannija DHL Global Forwarding NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>DHL<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), ippreżentat lill-kantoor der douane en accijnzen te Antwerpen (uffiċċju tad-dwana u sisa ta’ Antwerpen) b’dikjarazzjoni għar-rilaxx għall-konsum ta’ 660 il-kaxxa tal-kartun ta’ biċċiet mingħajr għadma ta’ laħam tal-ġemel iffriżat. Deli Ostrich kienet imniżżla, fl-imsemmija dikjarazzjoni, bħala d-destinatarja ta’ din il-merkanzija. Dan il-laħam tal-ġemel ġie ddikjarat abbażi tas-subintestatura <FT TYPE="CN">02089095</FT> tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Mal-imsemmija dikjarazzjoni DHL kienet annettiet ċertifikat veterinarju tal-awtorità Awstraljana kompetenti, tal-<DATE ISO="20070910">10 ta’ Settembru 2007</DATE>, li kienet tindika li l-laħam tal-ġemel inkwistjoni kien joriġina minn annimali slavaġ u li ġew maqtula.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, DHL, fuq istruzzjoni ta’ Deli Ostrich, ippreżentat talba għar-rimbors ta’ ċertu ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni, minħabba l-fatt li l-imsemmija merkanzija kienet ġiet iddikjarata abbażi tas-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT> tan-NM. Peress li din it-talba, kif ukoll ir-rikors amministrattiv ippreżentat minn Deli Ostrich ġew miċħuda, din tal-aħħar ressqat kawża quddiem ir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Antwerpen).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju enfasizzat li l-ebda mill-partijiet fil-kawża prinċipali ma jikkontestaw li l-laħam inkwistjoni ġej minn annimali li ma humiex iġmla mrobbija. Madankollu, Deli Ostrich issostni li huma annimali slavaġ, filwaqt li l-Federale<?PAGE NO="I-10882"?> Overheidsdienst Financiën, Douane en Accijnzen jikkunsidra li l-kriterju rilevanti għall-klassifikazzjoni tariffarja għandu jiġi bbażat fuq il-fatt li huma annimali li normalment jinqabdu permezz tal-kaċċa, li ma huwiex il-każ tal-iġmla.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-fatt li s-soluzzjoni tal-kawża mressqa quddiemha tiddependi fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tan-NM dwar il-prodotti li ġejjin mill-annimali, ir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[T]aħt liema kodiċi tariffarju ta’ dazji fuq l-importazzjoni, applikabbli fil-mument tad-dikjarazzjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, għandu jiġi kklassifikat il-laħam tal-iġmla, li f’din il-kawża, b’mod inkontestabbli ma trabbewx filwaqt li kienu maqbudin?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, Deli Ostrich tqajjem dubji dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal deċizjoni preliminari. Fl-opinjoni tagħha, id-domanda magħmula hija bbażata fuq evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża prinċipali, li għandha titwettaq mill-qorti nazzjonali, u mhux fuq l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10883"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE hija bbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja. Hija biss il-qorti nazzjonali, li tkun qed tisma’ l-kawża u li trid tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Nádasdi u Németh, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-290/05+C-333/05" PAGE.ECR="I-10115" YEAR="2006">C-290/05 u C-333/05, Ġabra p. I-10115</REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Meta l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha quddiemha rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-klassifikazzjoni tariffarja, ir-rwol ewlieni tagħha huwa li tagħti kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-kriterji li permezz tagħhom il-qorti nazzjonali tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni fin-NM, iktar milli li tikklassifikahom hija stess, u dan iktar u iktar minħabba li hija mhux neċessarjament ikollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi indispensabbli kollha f’dan ir-rigward (ara s-sentenzi, tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Pärlitigu, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-56/08" PAGE.ECR="I-6719" YEAR="2009">C-56/08, Ġabra p. I-6719</REF.DOC.ECR>, punt 23, u tal-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, Data I/O, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/08" PAGE.ECR="I-4401" YEAR="2010">C-370/08, Ġabra p. I-4401</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, mill-proċess jirriżulta li d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija intiża sabiex tinkiseb interpretazzjoni tan-NM u, b’mod iktar preċiż, kjarifikazzjoni tal-kriterji li jippermettu l-klassifikazzjoni ta’ merkanzija f’waħda mis-subintestaturi li huma parti mill-intestatura 0208 tan-NM, sabiex tiġi solvuta l-kawża li tressqet quddiem din il-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha titqies li hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10884"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-laħam tal-iġmla, li ma joriġinax minn faċilità ta’ trobbija, għandux jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT> tan-NM, bħala (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>laħam tal-kaċċa selvaġġa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) jew <FT TYPE="CN">02089095</FT> tan-NM (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont Deli Ostrich u l-Kummissjoni, in-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li l-laħam tal-iġmla inkwistjoni għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT> tan-NM, li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>laħam tal-kaċċa selvaġġa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Belġjan isostni, min-naħa l-oħra, li dan il-laħam għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">02089095</FT> tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir rigward, għandha titfakkar il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-istħarriġ, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi, kif iddefiniti mill-kliem tan-NM u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20110714">14 ta’ Lulju 2011</DATE>, Paderborner Brauerei Haus Cramer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/10" PAGE.ECR="I-6201" YEAR="2011">C-196/10, Ġabra p. I-6201</REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega mħejjija, għal dak li jikkonċerna n-NM, mill-Kummissjoni jgħinu ħafna fl-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji mingħajr, madankollu, ma huma legalment vinkolanti (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, Roeckl Sporthandschuhe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-123/09" PAGE.ECR="I-4065" YEAR="2010">C-123/09, Ġabra p. I-4065</REF.DOC.ECR>, punt 37, u tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, X, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-423/09" PAGE.ECR="I-10821" YEAR="2010">C-423/09, Ġabra p. I-10821</REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10885"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>MIn-naħa l-oħra, ittra ta’ kap ta’ diviżjoni tal-Kummissjoni, bħal dik tad-<DATE ISO="19970429">29 ta’ April 1997</DATE>, tal-kap tad-Direttorat Ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dwana u taxxi indiretti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (DG XXI) tal-Kummissjoni, li tirrispondi għal domanda tal-Federale Overheidsdienst Financiën, Douane en Accijnzen dwar il-klassifikazzjoni tal-laħam tal-ġemel, invokata mill-Gven Belġjan fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, hija nieqsa mill-portata li għandhom l-imsemmija noti ta’ spjega.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, għandu jiġi kkonstatat li l-laħam tal-ġemel ma huwa previst b’mod espliċitu la mill-kliem tal-intestaturi u tas-subintestaturi tan-NM, la min-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu ta’ din tal-aħħar, u lanqas min-noti ta’ spjega dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT> tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmija nota ta’ spjega tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[i]l-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ annimali li, ġeneralment, huma suġġetti għal kaċċa u sparar […] jibqgħu kklassifikati bħala laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ annimali slavaġ, anki meta annimali bħal dawn trabbew fi priġunerija<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Madankollu, minn din il-preċiżazzjoni ma jirriżultax li huma biss il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ annimali li, ġeneralment, huma suġġetti għal kaċċa li jistgħu jiġu kklassifikati f’din is-subintestatura.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-punt 3 tas-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="19731212">12 ta’ Diċembru 1973</DATE>, Witt (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="149/73" PAGE.ECR="1587" YEAR="1973">149/73, Ġabra p. 1587</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-laħam tar-renni li jista’ joriġina minn annimali slavaġ jew domestiċi, osservat li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>laħam tal-kaċċa selvaġġa<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fit-tifsira komuni tiegħu, jipprevedi l-kategoriji tal-annimali li jgħixu fi stat selvaġġ u li huma suġġetti għall-kaċċa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10886"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-istess punt tal-imsemmija sentenza Witt, il-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, indikat li l-awtoritajiet doganali jistgħu leġittimament jeżiġu provi konklużivi dwar il-fatt li l-annimali li l-laħam tagħhom huwa ddikjarat mill-importatur bħala li jaqa’ taħt is-subintestatura relattiva għall-laħam tal-kaċċa selvaġġa jippreżentaw in-natura ta’ laħam tal-kaċċa selvaġġa, sabiex b’hekk ikun possibbli li l-laħam jiġi kklassifikat b’mod differenti skont jekk jiġix minn annimali slavaġ jew domestiċi tal-istess speċi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi li jippermettu li l-laħam tal-ġemel jiġi kklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT> tan-NM bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>laħam tal-kaċċa selvaġġa<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-kriterju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni jinsab b’hekk fil-kwistjoni ta’ jekk il-laħam, li l-klassifikazzjoni tiegħu hija inkwistjoni, joriġinax minn annimali li kienu jgħixu fi stat selvaġġ u li kienu suġġetti għal kaċċa, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali adita bil-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma jikkontestawx li l-laħam inkwistjoni joriġina minn iġmla li ma trabbewx fi priġunerija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, elementi fattwali li jikkonfermaw li parti kbira mill-popolazzjoni tal-iġmla fl-Awstralja reġgħu qed jgħixu fi stat selvaġġ u li dawn huma effettivament is-suġġett ta’ qbid regolari b’mod partikolari għall-finijiet li jiġu ttrasfromati fi prodotti tal-ikel, fatti li minnhom, jekk ikun il-każ, jista’ jiġi preżunt li l-laħam inkwsitjoni ġej minn iġmla li kienu suġġetti għall-kaċċa.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li l-laħam tal-iġmla għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>laħam tal-kaċċa selvaġġa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jekk l-iġmla li minnhom joriġina dan il-laħam kienu jgħixu fi stat selvaġġ u jekk kienu suġġetti għall-kaċċa.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10887"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-laħam tal-iġmla għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">02089040</FT> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>laħam tal-kaċċa selvaġġa<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jekk l-iġmla li minnhom joriġina dan il-laħam kienu jgħixu fi stat selvaġġ u jekk kienu suġġetti għall-kaċċa.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>