<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑112/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0112</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:487">EU:C:2012:487</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-19.7.12 — KAWŻA C-112/11</P><P>EBOOKERS.COM DEUTSCHLAND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fl-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1008/2008</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-bejjiegħ tal-vjaġġ bl-ajru li jiżgura li l-aċċettazzjoni mill-klijent tas-supplimenti tal-prezz fakultattivi ssir fuq bażi opt-in</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>supplimenti tal-prezz fakultattivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Prezz ta’ assigurazzjoni għal kanċellament ta’ titjira pprovduta minn kumpannija tal-assigurazzjoni indipendenti, li jagħmel parti mill-prezz globali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-112/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110302">2 ta’ Marzu 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ebookers.com Deutschland GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász, G. Arestis (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120111">11 ta’ Jannar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal ebookers.com Deutschland GmbH, minn P. Plog u S. Zimprich, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV, minn J. Hennig, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Centeno Huerta, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn C. Colelli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Simonsson u K.-P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 293, p. 3</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ebookers.com Deutschland GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ebookers.com<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li tikkummerċjalizza vjaġġi bl-ajru permezz ta’ sit internet amministrat minnha stess, u l-Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV (Unjoni Federali tal-Konfederazzjonijiet u l-Assoċjazzjonijiet tal-Konsumaturi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>BVV<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar il-legalità tal-mod ta’ bejgħ ta’ dawn il-vjaġġi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fi kliem il-premessa 16 tar-Regolament Nru 1008/2008:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jqabblu b’mod effettiv il-prezzijiet għal servizzi ta’ l-ajru bejn linja ta’ l-ajru u oħra. Għalhekk, għandu dejjem ikun indikat il-prezz finali li jrid jitħallas mill-klijent għal servizzi ta’ l-ajru li joriġinaw fil-Komunità, inklużi t-taxxi, l-ħlasijiet u d-drittijiet kollha. [...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 18 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi n-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>nollijiet ta’ l-ajru<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, għall-finijiet tal-istess regolament, bħala li jfissru:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>il-prezzijiet espressi f’euro jew f’muniti lokali li jkollhom jitħallsu lit-trasportaturi ta’ l-ajru jew lill-aġenti tagħhom jew lil bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport ta’ passiġġieri fuq servizzi ta’ l-ajru u kwalunkwe kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-punt 19 tal-Artikolu 2 tal-istess regolament jiddefinixxi r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>rati ta’ l-ajru<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, għall-finijiet tal-istess regolament, bħala li jfissru:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>il-prezzijiet espressi f’euro jew f’muniti lokali li jkollhom jitħallsu għat-trasport ta’ merkanzija u l-kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Informazzjoni u non-diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1008/2008 jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>In-nollijiet ta’ l-ajru u r-rati ta’ l-ajru disponibbli għall-pubbliku in ġenerali għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet applikabbli meta offruti jew pubblikati taħt kull forma, anke fuq l-Internet, għal servizzi bl-ajru minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għaliħ japplika t-Trattat. Il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jkun indikat dejjem u għandu jinkludi n-noll jew ir-rata ta’<?PAGE NO="3"?> l-ajru applikabbli kif ukoll it-taxxi kollha applikabbli, u l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u l-drittijiet li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu prevedibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Minbarra l-indikazzjoni tal-prezz finali, għandu jkun speċifikat għall-inqas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>in-noll ta’ l-ajru jew ir-rata ta’ l-ajru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-taxxi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-ħlasijiet ta’ l-ajruport; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ħlasijiet, ħlasijiet addizzjonali jew drittijiet oħrajn, bħal dawk marbutin mas-sigurtà jew il-karburant;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>fejn il-punti elenkati taħt (b), (ċ) u (d) jkunu żdiedu man-noll ta’ l-ajru jew ir-rata ta’ l-ajru. Is-supplimenti tal-prezz fakultattivi għandhom jiġu komunikati b’mod ċar, trasparenti u mingħajr ambigwità fil-bidu ta’ kull proċess ta’ prenotazzjoni u l-aċċettazzjoni tagħhom mill-klijent għandha tkun fuq bażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>opt-in<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>ebookers.com tikkummerċjalizza vjaġġi bl-ajru permezz ta’ sit tal-internet amministrat minnha stess. Meta klijent ikun għażel titjira partikolari fil-kuntest tal-proċess ta’ prenotazzjoni aċċessibbli minn dan is-sit, l-ispejjeż marbuta ma’ din il-prenotazzjoni jidhru fir-rokna tal-lemin tan-naħa ta’ fuq tal-paġna tas-sit tal-internet ta’ ebookers.com, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l-ispejjeż attwali tal-ivvjaġġar tiegħek<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ihre aktuellen Reisekosten<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Dawn l-ispejjeż jinkludu, minbarra l-prezz proprju tat-titjira, ammont li jikkorrispondi għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>taxxi u drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Steuern und Gebühren<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>assigurazzjoni għal kanċellament tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Versicherung Rücktrittskostenschutz<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), ikkalkolati b’mod awtomatiku. It-total ta’ dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prezz globali tal-vjaġġ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Gesamtreisepreis<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-prenotazzjoni ssir definittiva, il-klijent għandu jħallas somma waħda li tikkorrispondi għal dan il-prezz globali tal-vjaġġ lil ebookers.com. Din tal-aħħar tħallas il-prezz tal-biljett lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat u l-ispejjeż tal-assigurazzjoni għal kanċellament lil kumpannija tal-assigurazzjoni, li hija ġuridikament u ekonomikament indipendenti mit-trasportatur tal-ajru. Bl-istess mod, ebookers.com tgħaddi t-taxxi u d-drittijiet lill-benefiċjarji tagħhom. Fil-każ li l-klijent ma jkunx jixtieq jieħu l-assigurazzjoni għal kanċellament, hemm informazzjoni, fil-qiegħ tal-paġna tas-sit tal-internet, dwar il-proċedura li għandu jsegwi, li tikkonsisti f’għażla espliċita ta’ rifjut (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>opt-out<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-BVV tqis li dan il-metodu ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ vjaġġi bl-ajru jmur kontra l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 u teżiġi li, fl-ambitu tal-proċess ta’ prenotazzjoni ta’ titjiriet disponibbli fuq is-sit tal-internet tagħha, ebookers.com ma tibqax tipprovdi ħruġ, b’mod awtomatiku, ta’ assigurazzjoni għal kanċellament. Fit-<DATE ISO="20091228">28 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-BVV ressqet talba f’dan is-sens quddiem il-Landgericht Bonn, li ddeċidiet li tilqa’ b’mod sħiħ din it-talba permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100719">19 ta’ Lulju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appell minn din id-deċiżjoni ppreżentat minn ebookers.com fit-<DATE ISO="20100823">23 ta’ Awwissu 2010</DATE>, l-Oberlandesgericht Köln tistaqsi dwar jekk l-offerta ta’ ebookers.com inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008. Peress li qieset li s-soluzzjoni tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali tiddependi mill-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, u<?PAGE NO="4"?> la l-kliem u lanqas l-istruttura ta’ din tal-aħħar ma jindikaw b’mod inekwivoku jekk din hijiex applikabbli għal din il-kwistjoni, l-istess qorti ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Artikolu 23(1) tar-Regolament [Nru 1008/2008], li jipprovdi li, [supplimenti tal-prezz fakultattivi] għandhom jiġu nnotifikati b’mod ċar, trasparenti u inekwivoku fil-bidu ta’ kull proċedura ta’ riżerva u li għandhom jiġu aċċettati mill-klijenti fuq bażi ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>opt-in<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, jinkludi wkoll il-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ, ta’ servizzi ta’ terzi (f’dan il-każ: il-fornitur ta’ assigurazzjoni għal kanċellament ta’ vvjaġġar), li l-bejjiegħ tal-vjaġġ bl-ajru jiffattura lill-passiġġier flimkien mal-prezz tat-titjira, bħala prezz globali?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>supplimenti tal-prezz fakultattivi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, previst fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ bl-ajru, ta’ servizzi, bħall-assigurazzjoni għal kanċellament ta’ titjira inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti minn parti oħra li ma tkunx it-trasportatur tal-ajru u ffatturati lill-klijent mill-bejjiegħ ta’ dan il-vjaġġ flimkien man-noll tat-titjira, taħt il-forma ta’ prezz globali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha titfakkar il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jiġu kkunsidrati biss il-kliem tagħha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19831117">17 ta’ Novembru 1983</DATE>, Merck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="292/82" PAGE.ECR="3781" YEAR="1983">292/82, Ġabra p. 3781</REF.DOC.ECR>, punt 12; tal-<DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>, Schouten, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-34/05" PAGE.ECR="I-1687" YEAR="2007">C-34/05, Ġabra p. I-1687</REF.DOC.ECR>, punt 25, u tat-<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Yaesu Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-433/08" PAGE.ECR="I-11487" YEAR="2009">C-433/08, Ġabra p. I-11487</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta b’mod ċar kemm mit-titolu kif ukoll mill-kliem tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tiggarantixxi l-informazzjoni u t-trasparenza tal-prezzijiet tas-servizzi tal-ajru u, għalhekk, tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-protezzjoni tal-klijent li jirrikorri għal dawn is-servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 tipprevedi s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>supplimenti tal-prezz fakultattivi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li ma humiex inevitabbli, b’mod kuntrarju għan-noll tal-ajru jew għar-rata tal-ajru u għal elementi oħra li jikkostitwixxu l-prezz definittiv tat-titjira msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament. Dawn is-supplimenti tal-prezz fakultattivi huma għalhekk marbuta ma’ servizz li, filwaqt li jissuplimentaw is-servizz tal-ajru nnifsu, la huma obbligatorji u lanqas indispensabbli għat-trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija, tant li l-klijent jagħżel jekk għandux jaċċettahom jew jirrifjutahom. Huwa proprju minħabba l-fatt li l-klijent huwa f’pożizzjoni li jagħmel din l-għażla li tali supplimenti tal-prezz għandhom jiġu kkomunikati b’mod ċar, trasparenti u inekwivoku fil-bidu ta’ kull proċess ta’ prenotazzjoni, u li dawn għandhom ikunu s-suġġett ta’ aċċettazzjoni minnu fuq il-bażi opt-in, skont kif previst fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit speċifiku għas-supplimenti tal-prezz fakultattivi, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, huwa intiż sabiex jipprekludi li l-klijent ta’ servizzi tal-ajru jiġi inċitat, fil-kuntest ta’ proċess ta’ prenotazzjoni ta’ titjira, sabiex jixtri servizzi addizzjonali għat-titjira nnifisha, li ma humiex inevitabbli u indispensabbli għall-finijiet ta’ din it-titjira, sakemm dan ma jagħżilx espressament li jixtri dawn is-servizzi addizzjonali u li jħallas is-suppliment tal-prezz marbut magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan ir-rekwiżit jikkorrispondi għal dak previst, b’mod ġenerali, fir-rigward tad-drittijiet tal-konsumaturi, fil-qasam tal-ħlasijiet supplimentari, fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, dwar drittijiet<?PAGE NO="5"?> tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>). Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, il-kummerċjant huwa obbligat, qabel ma l-konsumatur jintrabat b’offerta, li jikseb il-kunsens espress ta’ dan tal-aħħar għal kull ħlas supplimentari għar-remunerazzjoni miftiehma għall-obbligu kuntrattwali prinċipali tal-kummerċjant, filwaqt li dan il-kunsens ma jistax jiġi preżunt bl-użu ta’ għażliet awtomatiċi li l-konsumatur għandu jirrifjuta sabiex jevita dan il-ħlas supplimentari.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa kuntrarju għall-għan ta’ protezzjoni tal-klijent li rrikorra għal servizzi tal-ajru, imfittex mill-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, li din il-protezzjoni tkun dipendenti fuq jekk is-servizz addizzjonali fakultattiv marbut mat-titjira nnifisha u s-suppliment tal-prezz marbut ma’ dan is-servizz, offruti fil-kuntest tal-proċess ta’ prenotazzjoni tal-istess titjira, joriġinawx mit-trasportatur tal-ajru jew minn parti oħra li ma tkunx it-trasportatur u li tkun ġuridikament u ekonomikament indipendenti minnu. Fil-fatt, li kieku tali protezzjoni setgħet tkun dipendenti fuq il-kwalità tal-fornitur tas-servizz addizzjonali billi tali protezzjoni tingħata biss jekk dan is-servizz jiġi pprovdut minn trasportatur tal-ajru, tali protezzjoni tkun tista’ faċilment tiġi evitata u, għalhekk, dan l-istess għan ikun ċertament ippreġudikat. Fi kwalunkwe każ, tali proċess huwa inkompatibbli mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, b’mod kuntrarju għal dak li ebookers.com issostni, għall-finijiet tal-għoti tal-protezzjoni prevista fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, ma huwiex importanti li s-servizz addizzjonali fakultattiv u s-suppliment tal-prezz marbut miegħu huma offruti mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat jew minn fornitur marbut miegħu, iżda li dan is-servizz u l-prezz tiegħu huma offruti flimkien mat-titjira nnifisha fil-kuntest tal-proċess ta’ prenotazzjoni marbut magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, b’mod kuntrarju għal dak li ebookers.com issostni, din l-interpretazzjoni ma hijiex inkompatibbli mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1008/2008. Fil-fatt, minkejja li, skont l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament, l-għan ta’ dan tal-aħħar huwa ddefinit b’riferiment għat-trasportaturi tal-ajru, peress li din id-dispożizzjoni tipprovdi li l-istess regolament jirregola l-liċenzji tat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji u d-dritt tagħhom li joperaw servizzi tal-ajru intra-Komunitarji, jibqa’ xorta waħda l-fatt li dan l-għan jinkludi wkoll, fi kliem din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-ipprezzar tas-servizzi ta’ l-ajru intra-Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Bl-istess mod, mill-kliem tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tal-istess regolament, redatt f’termini ġenerali, kif ukoll mill-għan ta’ protezzjoni mfittex minnu, jirriżulta li, kif ikkonstatat fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, ir-rekwiżit ta’ protezzjoni previst minn din id-dispożizzjoni ma jistax ikun dipendenti fuq il-kwalità tal-fornitur tas-servizz addizzjonali fakultattiv marbut mat-titjira nnifisha.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha hawn fuq premessi, għad-domanda mressqa għandha tingħata r-risposta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>supplimenti tal-prezz fakultattivi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, previst fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ bl-ajru, ta’ servizzi, bħalma hija l-assigurazzjoni għal kanċellament ta’ titjira inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti minn parti li ma tkunx it-trasportatur tal-ajru u ffatturati lill-klijent mill-bejjiegħ ta’ dan il-vjaġġ flimkien man-noll tat-titjira, taħt il-forma ta’ prezz globali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>supplimenti tal-prezz fakultattivi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, previst fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ bl-ajru, ta’ servizzi, bħalma hija l-assigurazzjoni għal kanċellament ta’ titjira inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti minn parti li ma tkunx it-trasportatur tal-ajru u ffatturati lill-klijent mill-bejjiegħ ta’ dan il-vjaġġ flimkien man-noll tat-titjira, taħt il-forma ta’ prezz globali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>