European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2562

20.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2562

tad-19 ta’ Novembru 2026

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2297 fir-rigward tal-lista ta’ portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3ga(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2297 (2) elenka l-portijiet ta’ East Port Said (l-Eġittu) u Tanger Med (il-Marokk) bħala portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners f’konformità mal-Artikolu 3ga(2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

Mid-data l-aktar reċenti disponibbli jirriżulta li East Port Said (l-Eġittu) u Tanger Med (il-Marokk) għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3ga (2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Il-portijiet ta’ Abu Qir u Damietta fl-Eġittu jinsabu inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Matul l-aktar perjodu reċenti ta’ tnax-il xahar li għalih hemm data rilevanti disponibbli, is-sehem tat-trażbord tal-kontejners f’dawn il-portijiet qabeż il-65 % tal-volum totali tal-kontejners tagħhom. L-Eġittu ma japplikax miżuri ekwivalenti għad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ dawk il-portijiet. Għalhekk, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3ga(2) tad-Direttiva 2003/87/KE huma ssodisfati u l-portijiet ta’ Abu Qir u ta’ Damietta jenħtieġ li jiġu elenkati bħala portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2297 jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2297 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32 ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2297 tas-26 ta’ Ottubru 2023 li jidentifika portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2297, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2297/oj).


ANNESS

“

ANNESS

Il-portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners imsemmija fl-Artikolu 3ga(2) tad-Direttiva 2003/87/KE

Isem il-port

Pajjiż

ABU QIR

L-EĠITTU

DAMIETTA

L-EĠITTU

EAST PORT SAID

L-EĠITTU

TANGER MED

IL-MAROKK

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2562/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)