11.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9995 — Permira/Neuraxpharm)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 380/10)

1.   

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernesy), u

—

Neuraxpharm Midco S.C.A. (“Neuraxpharm”, il-Luxemburgu).

Permira takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Neuraxpharm kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

“Permira”: ditta Ewropea ta’ ekwità privata li tagħmel investimenti fit-tul f’kumpaniji attivi f’varjetà wiesgħa ta’ setturi li għandhom potenzjal għat-tkabbir u l-iżvilupp.

—

Neuraxpharm: kumpanija farmaċewtika speċjalizzata Ewropea ffokata fuq it-trattament ta’ disturbi tas-sistema nervuża ċentrali. Barra minn hekk, Neuraxpharm, permezz tas-sussidjarji tagħha, tipprovdi servizzi ta’ żvilupp tal-kuntratti u ta’ organizzazzjoni tal-manifattura għal forom ta’ dożaġġ lesti u ingredjenti farmaċewtiċi attivi, kemm lill-kumpaniji tal-grupp kif ukoll lil terzi persuni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9995 — Permira/Neuraxpharm

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).