|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/851 |
6.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/851
tal-14 ta’ April 2025
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 16(2) u l-Artikolu 87(2), il-punt (a), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2891 (2), il-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fl-4 ta’ Ottubru 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(2) |
Il-Ftehim jipprevedi t-trasferiment tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lill-Kanada għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja u terroriżmu. |
|
(3) |
Il-Ftehim jiżgura r-rispett sħiħ għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u familjari, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif rikonoxxuti fl-Artikoli 7, 8 u 47, rispettivament, tagħha.. B’mod partikolari, il-Ftehim jinkludi salvagwardji adegwati għall-protezzjoni ta’ data personali trasferita skont dan. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat, permezz ta’ ittra tal-25 ta’ April 2024, ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-Opinjoni tiegħu 15/2024 fid-29 ta’ April 2024. |
|
(7) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat. |
|
(8) |
F’konformità mat-Trattati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel in-notifiki previsti fl-Artikolu 31 tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tipproċedi, f’isem l-Unjoni, billi tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 31 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ April 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Approvazzjoni tat-12 ta’ Marzu 2025 (għadu mhuwiex ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2024/2891 tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (ĠU L, 2024/2891, 14.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2891/oj)..
(3) It-test tal-Ftehim huwa ppublikat fi ĠU L, 2025/841, 5.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/841/oj.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/851/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)